Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 15 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

8. Avviż mill-Presidenza

Il-President għarraf li, b'segwitu għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju, tal-Kumitat DEVE u l-Kumitat BUDG, dawn għaddew il-pożizzjoni komuni tagħhom dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2014 u li se jiskadi fit-30 ta' Lulju 2019.

- Pożizzjoni komuni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits bħala l-kumitati kompetenti kkonsultati skont l-Artikolu234 tar-Regolament Finanzjarju (2018/1046) dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (Fond Fiduċjarju Ewropew Bêkou) maħluq mid-deċiżjoni C(2014) 5019 tal-Kummissjoni tal-11.7.2014 u li l-iskadenza tiegħu hija prevista għat-30 ta' Lulju 2019 (Dan id-dokument mhuwiex attwalment disponibbli bil-lingwi kollha)
Adottata mill-koordinaturi tal-Kumitati BUDG u DEVE fl-1 u t-2 ta' April rispettivament.

Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa minn meta titħabbar, din il-pożizzjoni komuni tiġi trażmessa b'mod uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali