Indiċi 
Minuti
PDF 279kWORD 77k
It-Tnejn, 15 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 5.Kompożizzjoni tal-Parlament
 6.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 7.Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura
 8.Avviż mill-Presidenza
 9.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 10.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 11.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 12.Dokumenti mressqa
 13.Ordni tal-ħidma
 14.Il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni ***I (dibattitu)
 15.L-Istat tad-Dritt fir-Rumanija (dibattitu)
 16.Distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I - L-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I (dibattitu)
 17.Rekwiżiti ta' Kapital (Regolament) ***I - Rekwiżiti ta' Kapital (Regolament) ***I - Il-Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (Regolament) ***I -Il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment (Direttiva) ***I (dibattitu)
 18.Titoli koperti minn bonds sovrani ***I (dibattitu)
 19.Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u swieq finanzjarji ***I - Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I - Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u l-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ***I (dibattitu)
 20.Is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Direttiva) ***I - Ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Regolament) ***I (dibattitu)
 21.In-nuqqas ta' adozzjoni ta' taxxa tal-Unjoni fuq is-servizzi diġitali (dibattitu)
 22.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 23.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 24.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 4 ta' April 2019 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.03.


3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar il-każ tar-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2012 Nasrin Sotoudeh, li ngħatat sentenza ħarxa mill-qrati Iranjani minħabba l-impenn tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem. Il-President, f'isem il-Parlament, ikkundanna mingħajr riżerva din is-sentenza u talab il-ħelsien immedjat tagħha.

Il-President esprima l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familji tal-vittmi tal-għargħar devastanti li laqtu reċentement lill-Iran u enfasizza r-rieda tal-Unjoni li tgħin sabiex tittaffa s-sitwazzjoni umanitarja f'dan il-pajjiż.

Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni ta' tmiem il-leġiżlatura fejn fakkar fir-rwol ċentrali tal-Parlement u evalwa l-mandat tiegħu.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 3 ta' April 2019 u 4 ta' April 2019 ġew approvati.

°
° ° °

Intervent ta': Tomáš Zdechovský.


5. Kompożizzjoni tal-Parlament

Ivari Padar ġie elett deputat fil-parlament nazzjonali tal-Estonja, b'seħħ mill-4 ta' April 2019.

Il-Parlament ħa nota li, f'konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, din il-funzjoni hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u f'konformità mal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlement stabbilixxa li l-post tiegħu kien vakanti b'seħħ mill-4 ta' April 2019.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Estonjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Hannes Hanso minflok Ivari Padar bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 4 ta' April 2019.


6. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Grupp S&D, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:

Kumitat LIBE: Hannes Hanso

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Ukrajna: Hannes Hanso


7. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura

Il-President informa lill-Parlement, f'konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regoli ta' Proċedura, bl-interpretazzjonijiet tar-regoli li ġejjin, mogħtija mill-Kumitat AFCO:

Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(5):

"L-istqarrija politika ta' grupp għandha tistabbilixxi l-valuri li jirrappreżentaw lil dak il-grupp u l-għanijiet politiċi prinċipali li l-membri tiegħu għandhom l-intenzjoni li flimkien isegwu fil-qafas tal-eżerċizzju tal-mandat tagħhom. L-istqarrija għandha tiddeskrivi l-orjentazzjoni politika komuni tal-grupp b'mod sustanzjali, distintiv u ġenwin."

Interpretazzjoni tal-Artikolu 149(a)(2):

"L-abbozzar jew l-emenda tat-titolu ta' riżoluzzjoni sottomessa sabiex tikkonkludi dibattitu abbażi tal-Artikoli 123, 128 jew 135 ma jikkostitwixxux modifika għall-aġenda, dment li t-titolu jibqa' fi ħdan l-iskop tas-suġġett li qed jiġi diskuss."

Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni għal dawn l-interpretazzjonijiet min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, f'konformità mal-Artikolu 226(4) tar-Regoli ta' Proċedura, sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li jkunu tħabbru, dawn jitqiesu approvati. Fil-każ kuntrarju, dawn jitressqu għal votazzjoni tal-Parlament.


8. Avviż mill-Presidenza

Il-President għarraf li, b'segwitu għall-konsultazzjoni f'konformità mal-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju, tal-Kumitat DEVE u l-Kumitat BUDG, dawn għaddew il-pożizzjoni komuni tagħhom dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2014 u li se jiskadi fit-30 ta' Lulju 2019.

- Pożizzjoni komuni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits bħala l-kumitati kompetenti kkonsultati skont l-Artikolu234 tar-Regolament Finanzjarju (2018/1046) dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (Fond Fiduċjarju Ewropew Bêkou) maħluq mid-deċiżjoni C(2014) 5019 tal-Kummissjoni tal-11.7.2014 u li l-iskadenza tiegħu hija prevista għat-30 ta' Lulju 2019 (Dan id-dokument mhuwiex attwalment disponibbli bil-lingwi kollha)
Adottata mill-koordinaturi tal-Kumitati BUDG u DEVE fl-1 u t-2 ta' April rispettivament.

Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa minn meta titħabbar, din il-pożizzjoni komuni tiġi trażmessa b'mod uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea.


9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President iffirma l-att adottat li ġej, f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura):

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (00071/2019/LEX - C8-0156/2019 - 2018/0390(COD))

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 17 ta' April 2019 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE (00051/2019/LEX - C8-0175/2019 - 2016/0280(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (00058/2019/LEX - C8-0174/2019 - 2017/0294(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (00001/2019/LEX - C8-0173/2019 - 2018/0900(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (00075/2018/LEX - C8-0172/2019 - 2016/0392(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (00086/2018/LEX - C8-0171/2019 - 2017/0225(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (00044/2019/LEX - C8-0170/2019 - 2018/0040(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (00087/2018/LEX - C8-0169/2019 - 2016/0002(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (00085/2018/LEX - C8-0168/2019 - 2018/0012(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (00092/2018/LEX - C8-0167/2019 - 2017/0220(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2018/1726 (00088/2018/LEX - C8-0166/2019 - 2017/0144(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI (00089/2018/LEX - C8-0165/2019 - 2017/0226(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (00006/2019/LEX - C8-0164/2019 - 2017/0293(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta' beni kulturali (00082/2019/LEX - C8-0163/2019 - 2017/0158(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (00081/2019/LEX - C8-0162/2019 - 2015/0278(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (00077/2019/LEX - C8-0161/2019 - 2017/0116(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 f ir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (00066/2019/LEX - C8-0160/2019 - 2019/0027(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE (00007/2019/LEX - C8-0159/2019 - 2016/0284(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari (00004/2019/LEX - C8-0158/2019 - 2018/0082(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (00002/2019/LEX - C8-0157/2019 - 2018/0060(COD));


10. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Novembru II 2018, Diċembru 2018 (it-2 parti) u Jannar I u II 2019 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


11. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   O-000003/2019 imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kunsill: Negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament: proposta leġiżlattiva (B8-0019/2019);

—   O-000004/2019 imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il-Kumitat AFCO, lill-Kummissjoni: Negozjati mal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament: proposta leġiżlattiva (B8-0020/2019).


°
° ° °

12. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (06823/2019 - C8-0155/2019 - 2019/0031(APP))

irriferut

responsabbli :

BUDG

2) mill-kumitati parlamentari

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (COM(2018)0338 - C8-0214/2018 - 2018/0170(COD)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Ingeborg Gräßle (A8-0179/2019)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani (COM(2018)0339 - C8-0206/2018 - 2018/0171(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Jonás Fernández (A8-0180/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (06781/2019 - C8-0134/2019 - 2017/0107(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Eleonora Forenza (A8-0186/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (06929/2019 - C8-0133/2019 - 2018/0214(NLE)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0187/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim fuq kooperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (07683/2019 - C8-0153/2019 - 2019/0005(NLE)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Christian Ehler (A8-0188/2019)

- * Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment (07651/2019 - C8-0149/2019 - 2019/0804(CNS)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A8-0189/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (15056/2018 - C8-0051/2019 - 2016/0156(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Jozo Radoš (A8-0191/2019)

- * Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojost tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali bejn il-Eurojust u r-Renju tad-Danimarka (07770/2019 - C8-0152/2019 - 2019/0805(CNS)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Claude Moraes (A8-0192/2019)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (COM(2018)0640 - C8-0405/2018 - 2018/0331(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0193/2019)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Viorel Ştefan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (06341/2019 - C8-0049/2019 - 2019/0802(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0194/2019)

- * Rapport dwar in-nomina ta' Ivana Maletić bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (07034/2019 - C8-0116/2019 - 2019/0803(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0195/2019)

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15822/2018 - C8-0151/2019 - 2018/0423(NLE)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ignazio Corrao (A8-0196/2019)

- Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar miżuri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-baġit ġenerali tal-Unjoni fl-2019 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (06823/2019 - C8-0155/2019 - 2019/0031(APP)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Jean Arthuis (A8-0197/2019)


13. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' April II 2019 (PE 637.987/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tlieta

Bi qbil mal-gruppi politiċi, il-President ippropona li jitressqu 'l quddiem mill-Erbgħa għat-Tlieta filgħodu, bħala l-ewwel punt tal-aġenda, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (punt 129 tal-PDOJ).

Il-Parlament qabel.

°
° ° °

Intervent ta': Thomas Waitz.

It-Tnejn

Talba mill-Grupp ECR biex tiddaħħal fl-aġenda, qabel l-interventi ta' minuta, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent tal-ġenoċidju Griek Pontiku tal-1914-1923. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Intervent ta': Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (79 vot favur, 199 kontra, 18-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba mill-Grupp GUE/NGL biex jiddaħħlu fl-aġenda, b'mod konġunt mad-dibattitu dwar ir-rapport Virginie Rozière dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (A8-0398/2018) (punt 55 tal-PDOJ), id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-theddidiet kontra d-drittijiet u l-integrità tal-informaturi: il-każ ta' Julian Assange.

Interventi ta' Estefanía Torres Martínez f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba, Eva Joly f'isem il-Grupp Verts/ALE, li staqsiet jekk il-każ ta' Julian Assange għandux pjuttost ikun is-suġġett ta' dibattitu separat għada t-Tlieta, u Javier Nart, kontra t-talba tal-grupp GUE/NGL.

B'VSI (40 vot favur, 260 kontra, 12-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

It-Tlieta

Talba mill-PPE biex titneħħa mill-aġenda l-votazzjoni fuq ir-rapport Ingeborg Grässle dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (A8-0179/2019) (punt 16 tal-PDOJ).

Interventi ta' Ingeborg Gräßle f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba, u Arndt Kohn, kontra t-talba.

B'VSI (128 vot favur, 178 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba mill-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-aġenda, bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-rikonoxximent mill-Istati Uniti tal-Għoljiet tal-Golan bħala territorju Iżraeljan u l-annessjoni possibbli ta' insedjamenti Iżraeljani.

Intervent ta': Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.

B'VSI (168 vot favur, 135 kontra, 6 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Talba mill-Grupp GUE/NGL biex tiddaħħal fl-aġenda dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan, mingħajr tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta' João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Victor Boştinaru, kontra t-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Talba mill-Grupp Verts/ALE biex jiddaħħlu fl-aġenda d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-estradizzjoni possibbli ta' Julian Assange.

B'VE (140 vot favur, 123 kontra, 40 astensjoni), il-Parlament approva t-talba.

L-Erbgħa

Talba mill-Grupp S&D biex jiddaħħal fl-aġenda, bħala l-ewwel punt tal-aġenda, dibattitu dwar ir-rapport Guillaume Balas dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (A8-0386/2018).

Interventi ta' Maria João Rodrigues f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, Sven Schulze, kontra t-talba, Guillaume Balas u Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL.

B'VSI (151 vot favur, 148 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Is-sessjoni għalhekk se tibda fit-8.30.

Ġew stabbiliti l-iskadenzi li ġejjin għat-tressiq ta':

emendi : it-Tlieta 16 ta' April 2019, 10.00

talbiet ta' votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma : l-Erbgħa 17 ta' April 2019, 16.00

Il-votazzjoni se ssir il-Ħamis.

Talba mill-Grupp EFDD biex jiddaħħlu fl-aġenda dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-identità diġitali universali: dritt fundamentali għal kull ċittadin Ewropew. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li se jitressqu għall-vot il-Ħamis.

Intervent ta': Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (20 vot favur, 249 kontra, 18-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Intervent ta': Anna Maria Corazza Bildt.

PRESIDENZA: Lívia JÁRÓKA
Viċi President

Intervent ta': Virginie Rozière.


14. Il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni [COM(2018)0218 - C8-0159/2018 - 2018/0106(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0398/2018)

Virginie Rozière ippreżentat ir-rapport.

Interventi ta' Miguel Viegas (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON) u Maite Pagazaurtundúa (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE).

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Luke Ming Flanagan (rapporteur għal opinjoni tal-KumitatCONT), Patrick Le Hyaric (rapporteur għal opinjoni tal-KumitatEMPL), Younous Omarjee (rapporteur għal opinjoni tal-KumitatENVI), Nikolaos Chountis (rapporteur għal opinjoni tal-KumitatCULT), Ramón Jáuregui Atondo (rapporteur għal opinjoni tal-KumitatAFCO), Axel Voss f'isem il-Grupp PPE, Sylvia-Yvonne Kaufmann f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Jean-Marie Cavada f'isem il-Grupp ALDE, Pascal Durand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Francis Zammit Dimech, Sergio Gaetano Cofferati, Julia Reda, Pavel Svoboda, Evelyn Regner, Eva Joly, Carlos Coelho, Ana Gomes, Elly Schlein u David Casa.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Georgios Epitideios.

Interventi ta' Věra Jourová u Virginie Rozière.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.8 tal-Minuti ta' 16.4.2019.


15. L-Istat tad-Dritt fir-Rumanija (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-Istat tad-Dritt fir-Rumanija (2019/2697(RSP))

Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta' Ingeborg Gräßle f'isem il-Grupp PPE, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Andi Cristea, Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Monica Macovei f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, li wieġbet ukoll żewġ mistoqsijiet "karta blu" ta' Cristian Dan Preda u Victor Boştinaru, u Judith Sargentini f'isem il-Grupp Verts/ALE.

PRESIDENZA: Sylvie GUILLAUME
Viċi President

Interventi ta' Jeroen Lenaers, Dan Nica, Renate Weber, Cristian Dan Preda, Maria Grapini, Gunnar Hökmark, Petri Sarvamaa, Victor Boştinaru, għal punt ta' ordni (il-President irtiratlu l-fakultà li jintervjeni billi l-intervent tiegħu ma kienx jikkostitwixxi punt ta' ordni), u Siegfried Mureşan, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Maria Grapini.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lívia Járóka, Andi Cristea, Marek Jurek, Norica Nicolai, Krisztina Morvai, Răzvan Popa, Claudia Țapardel, Mircea Diaconu, Maria Gabriela Zoană, Ana Gomes u Juan Fernando López Aguilar.

Intervent ta': Věra Jourová.

Id-dibattitu ngħalaq.


16. Distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I - L-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv [COM(2018)0092 - C8-0111/2018 - 2018/0041(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0430/2018)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 [COM(2018)0110 - C8-0110/2018 - 2018/0045(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0431/2018)

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Alain Lamassoure f'isem il-Grupp PPE, Mady Delvaux f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Stefan Gehrold, Neena Gill u Sirpa Pietikäinen.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.9 tal-Minuti ta' 16.4.2019 u punt 8.10 tal-Minuti ta' 16.4.2019.


17. Rekwiżiti ta' Kapital (Regolament) ***I - Rekwiżiti ta' Kapital (Regolament) ***I - Il-Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (Regolament) ***I -Il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment (Direttiva) ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 [COM(2016)0850 - C8-0480/2016 - 2016/0360A(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Peter Simon (A8-0242/2018)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni kapitali [COM(2016)0854 - C8-0474/2016 - 2016/0364(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Peter Simon (A8-0243/2018)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' Rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment [COM(2016)0851 - C8-0478/2016 - 2016/0361(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0216/2018)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE u d-Direttiva 2007/36/KE [COM(2016)0852 - C8-0481/2016 - 2016/0362(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0218/2018)

Peter Simon u Gunnar Hökmark ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, ukoll dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi, Ralph Packet f'isem il-Grupp ECR, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi, Caroline Nagtegaal f'isem il-Grupp ALDE, Marco Valli f'isem il-Grupp EFDD, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Markus Ferber, Pedro Silva Pereira, Notis Marias, Matt Carthy, Ernest Urtasun, ukoll dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi, Sirpa Pietikäinen, ukoll dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi, Paul Tang, ukoll dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi, Joachim Starbatty u Miguel Viegas.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo.

Interventi ta' Valdis Dombrovskis, Gunnar Hökmark u Peter Simon (lkoll dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.11 tal-Minuti ta' 16.4.2019, punt 8.12 tal-Minuti ta' 16.4.2019, punt 8.13 tal-Minuti ta' 16.4.2019 u punt 8.14 tal-Minuti ta' 16.4.2019.


18. Titoli koperti minn bonds sovrani ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani [COM(2018)0339 - C8-0206/2018 - 2018/0171(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jonás Fernández (A8-0180/2019)

Jonás Fernández ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Stefan Gehrold f'isem il-Grupp PPE, Ralph Packet f'isem il-Grupp ECR, ukoll dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi, Enrique Calvet Chambon f'isem il-Grupp ALDE, ukoll dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi, u Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta' Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, Lampros Fountoulis u Notis Marias.

Interventi ta' Valdis Dombrovskis u Jonás Fernández.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.15 tal-Minuti ta' 16.4.2019.


19. Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u swieq finanzjarji ***I - Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I - Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u l-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment; ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat; u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu [COM(2017)0536 - C8-0319/2017 - 2017/0230(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0013/2019)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku [COM(2017)0538 - C8-0317/2017 - 2017/0232(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0011/2019)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) [COM(2017)0537 - C8-0318/2017 - 2017/0231(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0012/2019)

Othmar Karas u Pervenche Berès ippreżentaw ir-rapport.

Interventi ta' Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni) u Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta' Danuta Maria Hübner (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFCO), Sirpa Pietikäinen f'isem il-Grupp PPE, Neena Gill f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Matt Carthy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Paul Tang.

Interventi ta' Valdis Dombrovskis, Othmar Karas u Pervenche Berès.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.16 tal-Minuti ta' 16.4.2019, punt 8.17 tal-Minuti ta' 16.4.2019 u punt 8.18 tal-Minuti ta' 16.4.2019.


20. Is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Direttiva) ***I - Ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Regolament) ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE [COM(2017)0791 - C8-0452/2017 - 2017/0358(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A8-0295/2018)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010 [COM(2017)0790 - C8-0453/2017 - 2017/0359(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A8-0296/2018)

Markus Ferber ippreżenta r-rapporti.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni).

Intervent ta': Mady Delvaux f'isem il-Grupp S&D.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.

Interventi ta' Valdis Dombrovskis u Markus Ferber.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.19 tal-Minuti ta' 16.4.2019.


21. In-nuqqas ta' adozzjoni ta' taxxa tal-Unjoni fuq is-servizzi diġitali (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: In-nuqqas ta' adozzjoni ta' taxxa tal-Unjoni fuq is-servizzi diġitali (2019/2695(RSP))

Valdis Dombrovskis (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President

Interventi ta' Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE, Paul Tang f'isem il-Grupp S&D, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Dobromir Sośnierz Membru mhux affiljat.

Intervent ta': Valdis Dombrovskis.

Id-dibattitu ngħalaq.


22. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Iuliu Winkler, Cristian-Silviu Buşoi, Andrea Bocskor, Juan Fernando López Aguilar, Răzvan Popa, Branislav Škripek, Jasenko Selimovic, Josep-Maria Terricabras, Jordi Solé, Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Martin Sonneborn, Dobromir Sośnierz, Anna Maria Corazza Bildt, Costas Mavrides, Ana Miranda, Pál Csáky, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Stanislav Polčák, Nicola Caputo, László Tőkés, Michaela Šojdrová (is-Sa President tkellmet dwar in-nirien li ħakmu l-Katidral ta' Notre Dame ta' Pariġi).


23. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 637.987/OJMA).


24. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.41.

Klaus Welle

Evelyne Gebhardt

Segretarju Ġenerali

Viċi President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Ademov, Affronte, Agea, Aguilera, Aker, Albiol Guzmán, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Annemans, Arena, Arnautu, Arnott, Arthuis, Ashworth, Assis, Auken, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, van Baalen, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Barekov, Bashir, Batten, Bay, Bayet, Bearder, Becerra Basterrechea, Becker, Beghin, Belder, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bergeron, Bettini, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Borrelli, Borzan, Boştinaru, Bové, Brannen, Bresso, Briano, Briois, Brok, Buchner, Buda, Bullock, Buşoi, Bütikofer, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Campbell Bannerman, Caputo, Carthy, Casa, Caspary, Castaldo, del Castillo Vera, Cavada, Charanzová, Chountis, Christensen, Cicu, Cirio, Coburn, Coelho, Cofferati, Colombier, Corazza Bildt, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cozzolino, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, Dance, Danjean, Danti, (The Earl of) Dartmouth, Delahaye, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Deprez, Deß, Detjen, Deutsch, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Dlabajová, Dohrmann, Drăghici, Durand, Dzhambazki, Eck, Elissen, Epitideios, Erdős, Ertug, Estaràs Ferragut, Etheridge, Evans, Federley, Ferber, Fernandes, Fernández, Ferrandino, Ferrara, Fisas Ayxelà, Fjellner, Flack, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Forenza, Foster, Fotyga, Fountoulis, Fox, Franz, Freund, Frunzulică, Gabelic, Gahler, Gál, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gasbarra, Gebhardt, Gehrold, Geier, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Griffin, Grigule-Pēterse, Grossetête, Guillaume, Guoga, Gyürk, Hadjigeorgiou, Händel, Hannan, Hansen, Hanso, Harkin, Harms, Häusling, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Hetman, Heubuch, Hirsch, Hoc, Hoffmann, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Honeyball, Hortefeux, Howarth, Hübner, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Iturgaiz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Jakovčić, James, Jamet, Járóka, Jáuregui Atondo, Jazłowiecka, Ježek, Joly, Joulaud, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kalinowski, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Kari, Karim, Katainen, Kaufmann, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Khan, Kirton-Darling, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Kósa, Köster, Kouroumbashev, Kovács, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lange, de Lange, Langen, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Leontini, Le Pen, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lochbihler, Loiseau, Løkkegaard, Lope Fontagné, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Loskutovs, Lucke, Ludvigsson, Łukacijewska, Lundgren, Łybacka, McAllister, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Mandl, Mănescu, Maňka, Mann, Manscour, Marcellesi, Marias, Marinho e Pinto, Martin, Martin, Martin, Martusciello, Marusik, Maštálka, Matias, Mato, Mavrides, Mayer, Mayer, Meissner, Mélin, Melior, Melo, Metsola, Meuthen, Michel, Michels, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Miranda, Mitrofanovs, Mizzi, Mobarik, Moisă, Molnár, Monot, Montel, Moody, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Müller, Mureşan, Muselier, Nagtegaal, Nagy, Nart, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermüller, Noichl, Nuttall, Obermayr, O'Flynn, Omarjee, Ożóg, Packet, Pagazaurtundúa, Paksas, Palmer, Papadakis Kostas, Papadimoulis, Paşcu, Pavel, Payne, Pedicini, Peterle, Petersen, Petir, Picula, Piecha, Pieper, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Piri, Pirinski, Pitera, Poc, Poche, Polčák, Popa, Poręba, Post, Preda, Pretzell, Preuß, Proust, Punset, Quisthoudt-Rowohl, Radev, Radtke, Rangel, Rebega, Reda, Regner, Reid, Reimon, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rivasi, Rochefort, Rodrigues, Rodrigues, Rodríguez-Piñero, Rodust, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Šadurskis, Saïfi, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sârbu, Sargentini, Sarvamaa, Saryusz-Wolski, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Schmidt, Scholz, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Scott Cato, Scottà, Sehnalová, Selimovic, Sellström, Senra Rodríguez, Sernagiotto, Serrão Santos, Seymour, Siekierski, Silva Pereira, Simon, Simon, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Sommer, Sonik, Sonneborn, Sośnierz, Spinelli, Staes, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stevens, Stolojan, Stuger, Šuica, Šulin, Svoboda, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Tamburrano, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Taylor, Telička, Terricabras, Thomas, Thun und Hohenstein, Tőkés, Tolić, Tomašić, Tomc, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Ujazdowski, Ulvskog, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Valcárcel Siso, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Vana, Van Brempt, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Vehkaperä, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Wałęsa, Ward, Weber, Weidenholzer, Werner, Westphal, Wierinck, Wikström, Winberg, Winkler, Winkler, Winter, Wiśniewska, Wölken, Záborská, Zahradil, Zala, Zammit Dimech, Zanni, Zanonato, Zarianopoulos, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Žitňanská, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Crowley, Hookem, Karlsson, Maydell, Ponga

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali