Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

4. Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 ta' April 2019 dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (dibattitu)
CRE

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 ta' April 2019 dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (2019/2694(RSP))

Donald Tusk (President tal-Kunsill Ewropew) u Jean-Claude Juncker (President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet u semmew ukoll in-nirien li ħakmu l-Katidral Notre Dame ta' Pariġi.

Il-President enfasizza l-importanza tar-rwol tal-Parlament matul il-proċess tan-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Interventi ta' Esteban González Pons f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, u Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President

Interventi ta' Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, Gerard Batten f'isem il-Grupp ENF, Kazimierz Michał Ujazdowski Membru mhux affiljat, Elmar Brok (Il-President tat ġieħ lil Elmar Brok, li għalih dan kien l-aħħar intervent), Richard Corbett, James Nicholson, Martina Anderson, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Seán Kelly, Alyn Smith, Julie Girling, Seb Dance, Hans-Olaf Henkel, Danuta Maria Hübner u Seán Kelly.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Paulo Rangel, Ana Gomes, Ana Miranda, Juan Fernando López Aguilar, Paul Brannen u Gunnar Hökmark.

Interventi ta' Jean-Claude Juncker u Donald Tusk.

Id-dibattitu ngħalaq.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali