Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

8. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


8.1. L-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali [COM(2018)0307 - C8-0182/2018 - 2018/0154(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Cecilia Wikström (A8-0395/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0359)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.2. L-adeżjoni tal-UE mal-Att ta' Ġinevra dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi*** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi [06929/2019 - C8-0133/2019 - 2018/0214(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0187/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0360)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-att.

Interventi

Marianne Thyssen (Membru tal-Kummissjoni) biex tippreċiża l-pożizzjoni tal-Kummissjoni.


8.3. L-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjoni tal-Unjoni wara l-adeżjoni tagħha mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi [COM(2018)0365 - C8-0383/2018 - 2018/0189(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0036/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

FTEHIM PROVIŻORJU u DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0361)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.4. Ftehim bejn l-UE u l-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru [15056/2018 - C8-0051/2019 - 2016/0156(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Jozo Radoš (A8-0191/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0362)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


8.5. Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 [06781/2019 - C8-0134/2019 - 2017/0107(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Eleonora Forenza (A8-0186/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

Eleonora Forenza (rapporteur) għamlet dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0363)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


8.6. Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Viorel Ștefan (votazzjoni)

Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Viorel Ştefan bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [06341/2019 - C8-0049/2019 - 2019/0802(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0194/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)
(Votazzjoni permezz ta' vot sigriet (Artikolu 180a, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura))
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti tas-16.4.2019)

Indrek Tarand (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

KANDIDATURA TA' VIOREL ŞTEFAN

Rifjut (P8_TA(2019)0364).


8.7. Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Ivana Maletić (votazzjoni)

Rapport dwar in-nomina ta' Ivana Maletić bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [07034/2019 - C8-0116/2019 - 2019/0803(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0195/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)
(Votazzjoni permezz ta' vot sigriet (Artikolu 180a, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura))
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 2 tal-Minuti tas-16.4.2019)

KANDIDATURA TA' IVANA MALETIĆ

Adozzjoni (P8_TA(2019)0365)

Interventi

Željana Zovko.


8.8. Il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni [COM(2018)0218 - C8-0159/2018 - 2018/0106(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Virginie Rozière (A8-0398/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

FTEHIM PROVIŻORJU, DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0366)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.9. Distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv [COM(2018)0092 - C8-0111/2018 - 2018/0041(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0430/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0367)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Wolf Klinz (rapporteur).


8.10. L-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta' fondi ta' investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013 u (UE) Nru 346/2013 [COM(2018)0110 - C8-0110/2018 - 2018/0045(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Wolf Klinz (A8-0431/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0368)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.11. Rekwiżiti ta' Kapital (Regolament) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ, il-proporzjon ta' ffinanzjar stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta' investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta' rappurtar u divulgar u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 [COM(2016)0850 - C8-0480/2016 - 2016/0360A(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Peter Simon (A8-0242/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0369)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.12. Rekwiżiti ta' Kapital (Direttiva) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta' entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ir-rimunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta' konservazzjoni kapitali [COM(2016)0854 - C8-0474/2016 - 2016/0364(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Peter Simon (A8-0243/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0370)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.13. Il-Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (Regolament) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-Kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' Rikapitalizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment [COM(2016)0851 - C8-0478/2016 - 2016/0361(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0216/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0371)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Gunnar Hökmark (rapporteur).


8.14. Il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment (Direttiva) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE dwar il-kapaċità ta' assorbiment tat-telf u ta' rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2012/30/UE, id-Direttiva 2011/35/UE, id-Direttiva 2005/56/KE, id-Direttiva 2004/25/KE u d-Direttiva 2007/36/KE [COM(2016)0852 - C8-0481/2016 - 2016/0362(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Gunnar Hökmark (A8-0218/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0372)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.15. Titoli koperti minn bonds sovrani ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani [COM(2018)0339 - C8-0206/2018 - 2018/0171(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Jonás Fernández (A8-0180/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0373)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.16. Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u swieq finanzjarji ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) Nru 2015/760 dwar il-Fondi ta' Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment; ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat; u d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu [COM(2017)0536 - C8-0319/2017 - 2017/0230(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0013/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0374)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Pervenche Berès (rapporteur).


8.17. Is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u l-istabbiliment tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku [COM(2017)0538 - C8-0317/2017 - 2017/0232(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0011/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 17)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0374P8_TA(2019)0375)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.18. Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u l-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) [COM(2017)0537 - C8-0318/2017 - 2017/0231(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Othmar Karas u Pervenche Berès (A8-0012/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 18)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0376)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.19. Is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Direttiva) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2013/36/UE u 2014/65/UE [COM(2017)0791 - C8-0452/2017 - 2017/0358(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A8-0295/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 19)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0377)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.20. Ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment (Regolament) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 575/2013 u (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 1093/2010 [COM(2017)0790 - C8-0453/2017 - 2017/0359(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A8-0296/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 20)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0378)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.21. Kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea [COM(2017)0797 - C8-0006/2018 - 2017/0355(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Enrique Calvet Chambon (A8-0355/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 21)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fil-15 ta' Novembru 2018 (punt 5.4 tal-Minuti ta' 15.11.2018).

Intervent ta' Paloma López Bermejo f'isem il-Grupp GUE/NGL biex titlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Intervent ta': Enrique Calvet Chambon (rapporteur) kontra din it-talba.

B'VSI (157 vot favur, 487 kontra, 7 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU, DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0379)

Interventi

Enrique Calvet Chambon fi tmiem il-votazzjoni.


8.22. L-istabbiliment ta' Awtorità Ewropea tax-Xogħol ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol [COM(2018)0131 - C8-0118/2018 - 2018/0064(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0391/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 22)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fil-11 ta' Diċembru 2018 (punt 5.3 tal-Minuti tal-11.12.2018).

FTEHIM PROVIŻORJU, DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0380)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.23. Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u dwar il-protezzjoni tal-ekosistemi marini permezz ta' miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1343/2011 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 [COM(2016)0134 - C8-0117/2016 - 2016/0074(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Gabriel Mato (A8-0381/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 23)

Id-dibattitu sar fil-15 ta' Jannar 2018 (punt 13 tal-Minuti ta' 15.1.2018).

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fis-16 ta' Jannar 2018 (punt 5.3 tal-Minuti ta' 16.1.2018).

Gabriel Mato (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

Intervent ta' Peter van Dalen (b'rappreżentanza ta' għadd ta' Membri li jilħaq il-limitu baxx) biex jitlob li l-emendi jitressqu għall-votazzjoni qabel il-ftehim provviżorju, skont l-Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Interventi ta':: Yannick Jadot u Gabriel Mato, kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta din it-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0381)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.24. Regolament dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju [COM(2017)0114 - C8-0099/2017 - 2017/0048(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Janusz Lewandowski (A8-0094/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 24)

Il-votazzjoni dwar id-deċiżjoni biex jibdew negozjati interistituzzjonali saret fid-19 ta' April 2018 (punt 10.10 tal-Minuti ta' 19.4.2018).

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0382)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.25. Investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF u l-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-OLAF [COM(2018)0338 - C8-0214/2018 - 2018/0170(COD)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Ingeborg Gräßle (A8-0179/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 25)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0383)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.26. L-istabbiliment tal-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta' appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta' kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri [COM(2018)0474 - C8-0273/2018 - 2018/0258(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Jiří Pospíšil (A8-0460/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 26)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 15 ta' Jannar 2019 (punt 8.1 tal-Minuti ta' 15.1.2019).

Id-dibattitu sar fit-3 ta' April 2019 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.4.2019).

GĦELUQ TAL-EWWEL QARI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0384)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.27. L-istabbiliment tal-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana ***I (votazzjoni)

Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Dwana" għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana [COM(2018)0442 - C8-0261/2018 - 2018/0232(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Maria Grapini (A8-0464/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 27)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 15 ta' Jannar 2019 (punt 8.8 tal-Minuti ta' 15.1.2019).

Id-dibattitu sar fit-3 ta' April 2019 (punt 18 tal-Minuti ta' 3.4.2019).

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI, EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0385)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.28. It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi, li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi [COM(2018)0209 - C8-0151/2018 - 2018/0103(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Andrejs Mamikins (A8-0473/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 28)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0386)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Andrejs Mamikins (rapporteur) għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.


8.29. L-istabbiliment ta' qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma' persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta' dejta fuq livell individwali miġbura minn kampjuni [COM(2016)0551 - C8-0345/2016 - 2016/0264(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Tamás Meszerics (A8-0247/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 29)

FTEHIM PROVIŻORJU, DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0387)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.30. Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fiil-qasam tal-fruntieri u viża ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ETIAS], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntiera] u r-Regolament (UE) Nru 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] [COM(2018)0478 - C8-0294/2018 - 2017/0351(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Jeroen Lenaers (A8-0347/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 30)

Id-dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 24 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0388)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.31. Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA] [COM(2018)0480 - C8-0293/2018 - 2017/0352(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Nuno Melo (A8-0348/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 31)

Id-dibattitu sar fis-27 ta' Marzu 2019 (punt 24 tal-Minuti ta' 27.3.2019).

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0389)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.32. Netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' netwerk Ewropew bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (riformulazzjoni) [COM(2018)0303 - C8-0184/2018 - 2018/0153(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Cécile Kashetu Kyenge (A8-0040/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 32)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0390)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Cécile Kashetu Kyenge (rapporteur) għamlet dikjarazzjoni dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.


8.33. Rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati fir-rigward tas-sikurezza ġenerali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/... u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 [COM(2018)0286 - C8-0194/2018 - 2018/0145(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Róża Thun und Hohenstein (A8-0151/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 33)

Róża Gräfin von Thun und Hohenstein (rapporteur) għamlet dikjarazzjoni skont l-Artikolu 150(4) tar-Regoli ta' Proċedura.

FTEHIM PROVIŻORJU u DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0391)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali