Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

15. Ir-rikonoxximent mill-Istati Uniti tal-Għoljiet tal-Golan bħala territorju Iżraeljan u l-annessjoni possibbli tal-insedjamenti tax-Xatt tal-Punent (dibattitu)
CRE

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Ir-rikonoxximent mill-Istati Uniti tal-Għoljiet tal-Golan bħala territorju Iżraeljan u l-annessjoni possibbli tal-insedjamenti tax-Xatt tal-Punent (2019/2702(RSP))

Federica Mogherini (Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) għamlet id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Cristian Dan Preda f'isem il-Grupp PPE, Elena Valenciano f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp ALDE, Marisa Matias f'isem il-Grupp GUE/NGL, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE u Maria Arena, li wieġbet ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Cristian Dan Preda.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Arne Lietz, Arne Gericke, Rosa D'Amato, Milan Zver, Andi Cristea, Branislav Škripek u Kostas Papadakis.

Intervent ta': Federica Mogherini.

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President

Id-dibattitu ngħalaq.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali