Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 16 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

18. Interpretazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura (azzjonijiet meħuda)

L-interpretazzjonijiet tal-Artikoli 32, paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż u 149a, paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura, mogħtija mill-Kumitat AFCO, tħabbru fil-plenarja tal-ġurnata ta' qabel (punt 7 tal-Minuti ta' 15.4.2019).

Il-Grupp EFDD oppona l-interpretazzjoni tal-Artikolu 32, paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż tar-Regoli ta' Proċedura fl-iskadenza ta' 24 siegħa stabbilita fl-Artikolu 226, paragrafu 4 tar-Regoli ta' Proċedura.

Konsegwentement, din l-interpretazzjoni ddaħħlet fil-ħin tal-votazzjonijiet tal-Erbgħa 17 ta' April 2019.

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 149a, paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura ma kienet soġġetta għall-ebda oppożizzjoni fl-iskadenza ta' 24 siegħa. Din l-interpretazzjoni għaldaqstant hija meqjusa adottata.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Lulju 2019Avviż legali