Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 17 ta' April 2019 - StrasburguVerżjoni finali

8. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


8.1. Interpretazzjoni tal-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż tar-Regoli ta' Proċedura (votazzjoni)

Interpretazzjoni tal-Artikolu 32(5), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż tar-Regoli ta' Proċedura

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

INTERPRETAZZJONI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0393)


8.2. Protokoll għal mal-Ftehim bejn l-UE u d-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil u l-"Eurodac" *** (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil ippreżentata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin rigward l-aċċess għall-Eurodac għal finijiet tal-infurzar tal-liġi [15822/2018 - C8-0151/2019 - 2018/0423(NLE)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Ignazio Corrao (A8-0196/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2019)0394)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll.


8.3. L-istabbiliment ta' Orizzont Ewropa – stabbiliment tar-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu [COM(2018)0435 - C8-0252/2018 - 2018/0224(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Dan Nica (A8-0401/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 23 tal-Minuti ta' 11.12.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 12.11 tal-Minuti ta' 12.12.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0395)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.4. Il-programm li jimplimenta Orizzont Ewropa ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [COM(2018)0436 - C8-0253/2018 - 2018/0225(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Christian Ehler (A8-0410/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 23 tal-Minuti ta' 11.12.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 12.12 tal-Minuti ta' 12.12.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0396)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.5. Regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) Nru 528/2012, (UE) 2016/424, (UE) 2016/425, (UE) 2016/426 u (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2004/42/KE, 2009/48/KE, 2010/35/UE, 2013/29/UE, 2013/53/UE, 2014/28/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/33/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE, 2014/68/UE u 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2017)0795 - C8-0004/2018 - 2017/0353(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Nicola Danti (A8-0277/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

Interventi ta': Marco Zullo f'isem il-Grupp EFDD, biex jitlob li tittieħed votazzjoni dwar l-emendi qabel il-ftehim proviżorju, skont l-Artikolu 59(3), tar-Regoli ta' Proċedura, u Nicola Danti (rapporteur), kontra din it-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0397)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.6. Il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online [COM(2018)0238 - C8-0165/2018 - 2018/0112(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Christel Schaldemose (A8-0444/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0398)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.7. Infurzar u modernizzazzjoni aħjar tar-regoli tal-UE dwar il-ħarsien tal-konsumatur ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993, id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur [COM(2018)0185 - C8-0143/2018 - 2018/0090(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0029/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

Interventi ta': Róża Thun und Hohenstein, f'isem aktar minn 38 Membru biex titlob li tittieħed votazzjoni dwar l-emendi qabel il-ftehim proviżorju, skont l-Artikolu 59(3), tar-Regoli ta' Proċedura, u Daniel Dalton (rapporteur), kontra din it-talba.

B'VSI (295 vot favur, 331 kontra, 17-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0399)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.8. It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid] [COM(2018)0179 - C8-0144/2018 - 2018/0088(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Pilar Ayuso (A8-0417/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 10 ta' Diċembru 2018 (punt 15 tal-Minuti ta' 10.12.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 5.7 tal-Minuti ta' 11.12.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0400)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.9. Ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 469/2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali [COM(2018)0317 - C8-0217/2018 - 2018/0161(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Luis de Grandes Pascual (A8-0039/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

FTEHIM PROVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0401)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Luis de Grandes Pascual (rapporteur).


8.10. Programm spazjali tal-Unjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni 541/2014/UE [COM(2018)0447 - C8-0258/2018 - 2018/0236(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Massimiliano Salini (A8-0405/2018)

L-ewwel dibattitu sar fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 28 tal-Minuti ta' 12.12.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 13 ta' Diċembru 2018 (punt 9.3 tal-Minuti ta' 13.12.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 10)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0402)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).


8.11. Programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 [COM(2018)0434 - C8-0256/2018 - 2018/0227(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Angelika Mlinar (A8-0408/2018)

Id-dibattitu sar fid-data 12 ta' Diċembru 2018 (punt 29 tal-Minuti ta' 12.12.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 13 ta' Diċembru 2018 (punt 9.4 tal-Minuti ta' 13.12.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 11)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0403)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).


8.12. Programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni [COM(2018)0443 - C8-0260/2018 - 2018/0233(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A8-0421/2018)

Id-dibattitu sar fid-data 16 ta' Jannar 2019 (punt 30 tal-Minuti ta' 16.1.2019).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 17 ta' Jannar 2019 (punt 10.9 tal-Minuti ta' 17.1.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 12)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDA

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0404)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.13. Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 [COM(2018)0385 - C8-0249/2018 - 2018/0209(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy (A8-0397/2018)

Id-dibattitu sar fid-data 10 ta' Diċembru 2018 (punt 13 tal-Minuti ta' 10.12.2018).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 11 ta' Diċembru 2018 (punt 5.5 tal-Minuti ta' 11.12.2018).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 13)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0405)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.

Interventi

Qabel il-votazzjoni, Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni).


8.14. Il-programm Ġustizzja ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja [COM(2018)0384 - C8-0235/2018 - 2018/0208(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteurs: Josef Weidenholzer u Heidi Hautala (A8-0068/2019)

Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 13 ta' Frar 2019 (punt 8.15 tal-Minuti ta' 13.2.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 14)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0406)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.15. Programm Drittijiet u Valuri ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Drittijiet u Valuri [COM(2018)0383 - C8-0234/2018 - 2018/0207(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Bodil Valero (A8-0468/2018)

Id-dibattitu sar fid-data 16 ta' Jannar 2019 (punt 31 tal-Minuti ta' 16.1.2019).
Il-kwistjoni ġiet riferuta lura lill-kumitat responsabbli, għal negozjati interistituzzjonali, f'konformità mal-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura fid-data 17 ta' Jannar 2019 (punt 10.10 tal-Minuti ta' 17.1.2019).

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 15)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

Approvazzjoni (P8_TA(2019)0407)

L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.


8.16. Numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għall-kumitati interparlamentari konġunti u delegazzjonijiet għall-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali (votazzjoni)

Proposta għal deċiżjoni mressqa skont l-Artikoli 212 u 214 tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Konferenza tal-Presidenti, dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, ta' delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u ta' delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u għal assemblej parlamentari multilaterali (2019/2968(RSO)) (B8-0240/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 16)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni (P8_TA(2019)0408)

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Awwissu 2019Avviż legali