Indiċi 
Minuti
PDF 219kWORD 69k
It-Tnejn, 15 ta' Lulju 2019 - StrasburguVerżjoni finali
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Dokumenti mressqa
 7.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 8.Ordni tal-ħidma
 9.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 10.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 11.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 4 ta' Lulju 2019 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.03.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

Kyriakos Velopoulos ġie elett bħala deputat fil-parlament nazzjonali tal-Greċja b'effett mis-7 ta' Lulju 2019.

Il-Parlament ħa nota li, bi qbil mal-Artikolu 7(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, din il-kariga hija inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, bi qibl mal-Artikolu 4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu b'effett mis-7 ta' Lulju 2019.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Netherlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Lara Wolters minflok Frans Timmermans bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 4 ta' Lulju 2019.

L-awtoritajiet kompetenti Griegi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Emmanouil Fragkos minflok Kyriakos Velopoulos bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 10 ta' Lulju 2019.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Lara Wolters u Emmanouil Fragkos jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-Gruppi PPE u ECR it-talbiet ta' ħatra li ġejjin:

Kumitat AFET: Andrius Kubilius minflok Hildegard Bentele

Kumitat AFCO: Geert Bourgeois minflok Ryszard Antoni Legutko

Sottokumitat DROI: Assita Kanko minflok Witold Jan Waszczykowski

Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.

°
° ° °

Intervent ta': Richard Corbett.


6. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li l-Ġermanja tingħata s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali eżistenti tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt is-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi (COM(2019)0221 - C9-0001/2019 - 2019/0107(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

TRAN

opinjoni:

EMPL

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lill-Italja biex tinnegozja u tikkonkludi ftehim mal-Iżvizzera li jawtorizza operazzjonijiet ta' kabotaġġ matul il-forniment ta' servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi (COM(2019)0223 - C9-0002/2019 - 2019/0108(COD))
F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

TRAN

opinjoni:

EMPL

- Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u d-Direttiva2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa fir-rigward ta’ sforz ta’ difiża fi ħdan il-qafas tal-Unjoni (COM(2019)0192 - C9-0003/2019 - 2019/0096(CNS))

irriferut

responsabbli:

ECON

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cape Verde (2019-2024) (08662/2019 - C9-0004/2019 - 2019/0078(NLE))

irriferut

responsabbli:

PECH

opinjoni:

DEVE, BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija, l-Italja u l-Awstrija (COM(2019)0206 - C9-0005/2019 - 2019/2023(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

opinjoni:

REGI

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (06198/2013 - C9-0006/2019 - 2007/0181(NLE))

irriferut

responsabbli:

TRAN

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibiilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2019)0251 - C9-0007/2019 - 2019/2026(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2020 (COM(2019)0252 - C9-0008/2019 - 2019/2027(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2019)0208 - C9-0009/2019 - 2019/0101(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli:

ENVI

opinjoni:

ITRE, IMCO, TRAN

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (09405/2019 - C9-0010/2019 - 2019/0099(NLE))

irriferut

responsabbli:

INTA

opinjoni:

DEVE, PECH

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) (08928/2019 - C9-0011/2019 - 2019/0090(NLE))

irriferut

responsabbli:

PECH

opinjoni:

DEVE, BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Georgia, min-naħa l-oħra (09556/2019 - C9-0013/2019 - 2010/0186(NLE))

irriferut

responsabbli:

TRAN

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (08730/2019 - C9-0018/2019 - 2019/0013(NLE))

irriferut

responsabbli:

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha, u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI dwar l-akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (08732/2019 - C9-0019/2019 - 2019/0012(NLE))

irriferut

responsabbli:

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (05931/2019 - C9-0020/2019 - 2018/0358(NLE))

irriferut

responsabbli:

INTA

opinjoni:

DEVE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (06050/2019 - C9-0023/2019 - 2018/0356(NLE))

irriferut

responsabbli:

INTA

opinjoni:

DEVE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (15783/2018 - C9-0025/2019 - 2018/0418(NLE))

irriferut

responsabbli:

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) (COM(2019)0290 - C9-0026/2019 - 2019/2036(BUD))

irriferut

responsabbli:

BUDG

- Proposta għal nomina tal-kariga ta' Viċi President tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (N9-0008/2019 - C9-0028/2019 - 2019/0903(NLE))

irriferut

responsabbli:

ECON


7. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Jannar II 2019 u Marzu I 2019 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


8. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Lulju II 2019 (PE 640.119/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

It-talba tal-Grupp GUE/NGL biex ma jiddaħħalx id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (punt 26 tal-PDOJ) permezz tat-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni.

Interventi ta': Idoia Villanueva Ruiz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba u Michael Gahler kontra t-talba.

B'VSI (83 vot favur, 142 kontra, 72 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-Erbgħa

It-talba tal-Grupp GUE/NGL biex fl-aġenda jiddaħħlu bħala t-tielet punt ta' waranofsinhar, wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar iż-żona ta' arja nadifa fil-bliet tal-UE (punt 32 tal-PDOJ), id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Mercosur.

Interventi ta': Idoia Villanueva Ruiz f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba u Christophe Hansen kontra t-talba.

Il-Parlament irrifjuta din it-talba.

Il-Ħamis

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Interventi ta': Chris Davies, President tal-Kumitat PECH, Robert Rowland u Claire Fox.

PRESIDENZA: Mairead McGUINNESS
Viċi President


9. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:

Loránt Vincze, John Howarth, Irena Joveva, Christian Allard, Ruža Tomašić, Giorgos Georgiou, Matthew Patten, Andrea Bocskor, Corina Crețu, Izaskun Bilbao Barandica, Susanna Ceccardi, Marc Botenga, Kostas Papadakis, Michaela Šojdrová, Nicolás Gonzalez Casares, Valter Flego, Nicolaus Fest, Zbigniew Kuźmiuk, João Ferreira, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lara Wolters, Peter Kofod, Daniel Buda, Jude Kirton-Darling u Franc Bogovič.


10. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 640.119/OJMA).


11. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 17.53.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adamowicz, Ademov, Adinolfi Isabella, Adinolfi Matteo, Aguilar, Ainslie, Al-Sahlani, Alexandrov Yordanov, Alieva-Veli, Allard, Amaro, Ameriks, Anderson Christine, Andresen, Andrieu, Androuët, Annemans, Ansip, Ara-Kovács, Arena, Arias Echeverría, Arłukowicz, Armand, Arvanitis, Asimakopoulou, Aubry, Auken, Auštrevičius, Avram, Azmani, Baldassarre, Balt, Bardella, Barley, Bartolo, Băsescu, Basso, Bauzá Díaz, Beck, Beghin, Beigneux, Bellamy, Benifei, Benjumea Benjumea, Bennion, Beňová, Berendsen, Berg, Berger, Bergkvist, Bernhuber, Biedroń, Bilbao Barandica, Bilčík, Bischoff, Biteau, Bizzotto, Blaga, Bloss, Bocskor, Boeselager, Bogovič, Bompard, Borchia, Borzan, Botenga, Botoş, Bourgeois, Boyer, Breyer, Brglez, Bricmont, Bruna, Brunet, Buchheit, Buchner, Buda, Bullmann, Bullock, Bunting, Burkhardt, Buşoi, Bütikofer, Buxadé Villalba, Buzek, Cañas, Carême, Carthy, Casa, Casanova, Caspary, Castaldo, Cavazzini, Ceccardi, Cerdas, Chahim, Chaibi, Charanzová, Chastel, Chinnici, Chowns, Christoforou, Cimoszewicz, Ciuhodaru, Colin-Oesterlé, Collard, Conte, Corbett, Cormand, Crețu, Cuffe, Cutajar, van Dalen, Daly, Danielsson, Danjean, Da Re, Daubney, Davies, Decerle, Delbos-Corfield, Deli, Delli, De Lucy, De Man, Demirel, Deparnay-Grunenberg, De Sutter, Deutsch, Dlabajová, Dobrev, Dodds, Doleschal, Donato, Dorfmann, Düpont, Durand, Dzhambazki, Edtstadler, Eickhout, Eppink, Ernst, Eroglu, Evren, Falcă, Farage, Farreng, Federley, Ferber, Ferreira, Fest, Fidanza, Flego, Fotyga, Fourlas, Fox, Fragkos, Frankowski, Franssen, Franz, Freund, Fritzon, Fuglsang, Gade, Gahler, Galvez Muñoz, Gamon, Gancia, Garcia Del Blanco, García Muñoz, Garicano, Gebhardt, Geese, Geier, Georgiou, Georgoulis, Ghinea, Gieseke, Goerens, González, Gonzalez Casares, Grant, Grapini, Gregorová, Griffin, Griset, Grošelj, Grudler, Gualtieri, Guetta, Guillaume, Gusmão, Guteland, Gyöngyösi, Győri, Gyürk, Hahn Svenja, Hahn Henrike, Haider, Hajšel, Hakkarainen, Halicki, Hansen, Häusling, Hayer, Hazekamp, Heaver, Heide, Heinäluoma, Herbst, Herzberger-Fofana, Hetman, Hidvéghi, Hlaváček, Holmgren, Hölvényi, Homs Ginel, Hortefeux, Howarth, Hübner, Huhtasaari, Huitema, Ījabs, Incir, in 't Veld, Jadot, Jahr, Jalkh, Jamet, Járóka, Jarubas, Jones, Jongerius, Jordan, Joron, Joveva, Jurgiel, Juvin, Kaljurand, Kammerevert, Kanev, Kanko, Karas, Karleskind, Karlsbro, Katainen, Kefalogiannis, Keller Fabienne, Keller Ska, Kempa, Kirton-Darling, Kizilyürek, Knotek, Kofod, Kohut, Kokalari, Kolaja, Kolakušić, Konstantinou, Kopacz, Kopcińska, Körner, Kósa, Köster, Kountoura, Kovařík, Kovatchev, Krah, Krasnodębski, Krehl, Kubilius, Kuhnke, Kuhs, Kumpula-Natri, Kuźmiuk, Kympouropoulos, Kyrtsos, Lagodinsky, Lagos, Lange, de Lange, Langensiepen, Lebreton, Lechanteux, Lega, Lenaers, Liberadzki, Liese, Lins, Lizzi, Longworth, López Gil, López-Istúriz White, Lowe, Lutgen, McAllister, McGuinness, McIntyre, Magid, Maldeikienė, Maldonado López, Mandl, Mariani, Marinescu, Marquardt, Marques Margarida, Marques Pedro, Martusciello, Matias, Maxová, Maydell, Mayer, Mazurek, Mažylis, Meimarakis, Melchior, Metsola, Meuthen, Michels, Mihaylova, Mikser, Milazzo, Millán Mon, Miller, Mohammed, Molnár, Monteith, Moraes, Morano, Moreno Sánchez, Mortler, Motreanu, Możdżanowska, Müller, Mummery, Mureşan, Nagtegaal, Nart, Neumann, Neuser, Newton Dunn, Niebler, Niedermayer, Nienaß, Niinistö, Nikolaou-Alavanos, Noichl, Novak, Novakov, O'Sullivan, Oetjen, Olbrycht, Olivier, Omarjee, Overgaard Nielsen, Paet, Pagazaurtundúa, Papadakis Demetris, Papadakis Kostas, Papadimoulis, Patten, Paulus, Pedicini, Peeters, Pekkarinen, Pelletier, Pereira Sandra, Peter-Hansen, Petersen, Phillips Alexandra Louise Rosenfield, Phillips Alexandra Lesley, Pieper, Pignedoli, Pirbakas, Piri, Pîslaru, Plumb, Polčák, Pollák, Porritt, Procaccini, Pugh, Radtke, Rafaela, Rafalska, Regimenti, Reintke, Ressler, Ries, Riquet, Ritchie, Rivière, Rodríguez-Piñero, Rodríguez Ramos, Rónai, Rondinelli, Rooken, Roos, Roose, Rougé, Rowett, Rowland, Ruissen, Ruiz Devesa, Rzońca, Salini, Sánchez Amor, Sander, Sant, Sassoli, Satouri, Schaldemose, Schieder, Schirdewan, Schmiedtbauer, Schmit, Schneider, Scholz, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Seekatz, Séjourné, Semedo, Semsrott, Sidl, Silva Pereira, Simon, Sinčić, Sippel, Slabakov, Smeriglio, Šojdrová, Sokol, Solís Pérez, Sonneborn, Spurek, Spyraki, Stancanelli, Stedman-Bryce, Štefanec, Ştefănuță, Strik, Strugariu, Szydło, Tajani, Tang, Tarabella, Tax, Tennant, Terheş, Tertsch, Thaler, Thun und Hohenstein, Tice, Tinagli, Tobé, Tobiszowski, Toia, Tolleret, Tomac, Tomc, Torvalds, Tóth, Toussaint, Trillet-Lenoir, Trócsányi, Tudose, Uhrík, Ujhelyi, Urtasun, Ušakovs, Vălean, Vana, Van Brempt, Vandendriessche, Van Sparrentak, Vautmans, Vedrenne, Verheyen, Verhofstadt, Vilimsky, Villanueva Ruiz, Villumsen, Vincze, Vitanov, Voaden, Vollath, Von Cramon-Taubadel, Vondra, Von Wiese, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Wallace, Walsh, Walsmann, Warborn, Ward, Waszczykowski, Weimers, Weiss, Wieland, Wiener, Wiezik, Winkler, Winzig, Wiseler-Lima, Wölken, Wolters, Yenbou, Yon-Courtin, Yoncheva, Zacharopoulou, Zalewska, Zanni, Zarzalejos, Zdechovský, Zimniok, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver

Skużati:

Dionísio Bradford, Ochojska

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Settembru 2019Avviż legali