Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 17 ta' Settembru 2019 - Strasburgu

6. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-Parlament.


6.1. Ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew - Kandidat: Is-Sa Christine Lagarde (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew [N9-0023/2019 - C9-0048/2019 - 2019/0810(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberto Gualtieri (A9-0008/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
(Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 17.9.2019)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0008)


6.2. Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew [2019/0903(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Roberto Gualtieri (A9-0007/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)
(Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 2 tal-Minuti ta' 17.9.2019)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2019)0009)


6.3. It-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Irlanda * (votazzjoni)

Rapport dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fl-Irlanda [2019/0806(CNS)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar (A9-0003/2019)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

Approvazzjoni (P9_TA(2019)0010)

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza