Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 9k
L-Erbgħa, 13 ta' Novembru 2019 - Brussell

16. Ordni tal-ħidma
Rapporti Verbatim

Intervent ta': Jérôme Rivière.

°
° ° °

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Novembru I 2019 (PE 643.306/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-emendi li ġejjin.

L-Erbgħa

Id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (punt 20 tal-PDOJ) ser jitmexxew u jitqiegħdu bħala l-ewwel punt wara li jiġi stabbilit il-programm.

Il-Ħamis

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom jew li huma prodotti miż-żrieragħ tal-kolza T45 (ACS-BNØØ8-2) ġenetikament modifikati li jirriżultaw mill-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn iż-żrieragħ tal-kolza fil-pajjiżi terzi sal-2005 ġiet irtirata u għalhekk ser tiġi irtirata mill-ħin tal-votazzjonijiet.

Il-Kumitat JURI adotta rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' José Manuel Fernandes - Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0023/2019).

Bi qbil mal-Artikolu 9(9) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Ħamis ser issir votazzjoni dwar dan ir-rapport.

Il-Parlament qabel dwar dawn il-proposti.

Barra minn hekk, il-President ġie kkonsultat dwar it-talbiet għal emendi li ġejjin:

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex jinbidel it-titolu tad-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja (punt 23 tal-PDOJ) għal "Is-sitwazzjoni fil-Bolivja wara l-kolp ta' stat".

Interventi ta': Manu Pineda f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifika t-talba, u Pilar del Castillo Vera, kontra t-talba.

B'VSI (41 vot favur, 234 kontra, 88 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp PPE biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja (punt 23 tal-PDOJ) bit-tressiq ta' proposti għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Interventi ta': Leopoldo López Gil f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, u Mick Wallace, kontra t-talba.

B'VE (215 vot favur, 165 kontra, 4 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Gruppi S&D u GUE/NGL biex tiddaħħal, wara d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċilì.

Il-Grupp GUE/NGL talab ukoll li dan id-dibattitu jingħalaq permezz ta' tressiq ta' proposti għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Interventi ta': Kati Piri f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikat it-talba, u Leopoldo López Gil, kontra t-talba.

Il-President ippropona li ssir votazzjoni fuq iż-żewġ talbiet (Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL, irrifjuta).

B'sejħa tal-ismijiet (187 favur, 155 kontra, 44 astensjoni), il-Parlament approva t-talba tal-Gruppi S&D u GUE/NGL.

B'sejħa tal-ismijiet (167 favur, 201 kontra, 18-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba tal-Grupp GUE/NGL.

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, wara d-dibattitu dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) (punt 20 tal-PDOJ), dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-settur tal-azzar fl-UE – kif nipproteġu l-ħaddiema nazzjonali u l-katina ta' produzzjoni.

Intervent ta': Paolo Borchia f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba, u Simona Bonafè, li appoġġat it-talba iżda pproponiet li t-titolu jaqra «Is-settur tal-azzar tal-UE: kif nipproteġu l-ħaddiema u l-industriji Ewropej?». Paolo Borchia aċċetta din it-talba.

B'VSI (292 vot favur, 78 kontra, 10 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, wara d-dibattitu dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja, dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fil-Kashmir. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Intervent ta': Bernhard Zimniok f'isem il-Grupp ID, li ġġustifika t-talba.

B'VSI (82 vot favur, 274 kontra, 16-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

Talba tal-Grupp ID biex tiddaħħal, qabel l-interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-vjolenza kontra n-nisa u s-sitwazzjoni tan-nisa fiċ-ċentri ta' rifuġju għan-nisa. Id-dibattitu jingħalaq bit-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li ser jitressqu għal votazzjoni fis-sessjoni parzjali li jmiss.

Interventi ta': Christine Anderson f'isem il-Grupp ID, li ġġustifikat it-talba, u Alice Kuhnke, kontra t-talba billi indikat li t-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar dan is-suġġett ikun aktar xieraq biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni ta' Istanbul u miżuri oħra għall-ġlieda kontra l-vjolenza ta' natura sessista, previsti fis-sessjoni parzjali li jmiss.

B'VSI (79 vot favur, 264 kontra, 22 astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza