Proċedura : 2014/2964(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0277/2014

Testi mressqa :

RC-B8-0277/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.22
CRE 17/12/2014 - 10.22
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0103

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 155kWORD 204k
16.12.2014
PE539.000v01-00}
PE539.032v01-00}
PE539.033v01-00}
PE545.597v01-00}
PE545.606v01-00} RC1
 
B8-0277/2014}
B8-0309/2014}
B8-0310/2014}
B8-0349/2014}
B8-0357/2014} RC1/rev.

imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

PPE (B8‑0277/2014)

Verts/ALE (B8‑0309/2014)

GUE/NGL (B8‑0310/2014)

ALDE (B8‑0349/2014)

S&D (B8‑0357/2014)


dwar ir-rikonoxximent ta’ stat sovran Palestinjan (2014/2964(RSP(RSP))


Elmar Brok, Cristian Dan Preda, Arnaud Danjean, Andrej Plenković, David McAllister, Francesc Gambús, Michèle Alliot-Marie, Lorenzo Cesa, Tokia Saïfi, Othmar Karas, Davor Ivo Stier, Claude Rolin, Gunnar Hökmark, Pascal Arimont, Ivo Belet f'isem il-Grupp PPE
Gianni Pittella, Richard Howitt, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Zigmantas Balčytis, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, Nicola Caputo, Tanja Fajon, Eugen Freund, Neena Gill, Jude Kirton-Darling, Miapetra Kumpula-Natri, Miltiadis Kyrkos, Mary Honeyball, Liisa Jaakonsaari, Afzal Khan, Arne Lietz, Juan Fernando López Aguilar, Javi López, Andrejs Mamikins, David Martin, Costas Mavrides, Sorin Moisă, Norbert Neuser, Pier Antonio Panzeri, Gilles Pargneaux, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Soraya Post, Isabelle Thomas, Marita Ulvskog, Elena Valenciano, Josef Weidenholzer, Boris Zala, Janusz Zemke f'isem il-Grupp S&D
Fernando Maura Barandiarán, Ivo Vajgl, Gérard Deprez, Izaskun Bilbao Barandica, Javier Nart, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE
Patrick Le Hyaric, Martina Anderson, Neoklis Sylikiotis, Pablo Iglesias, Marisa Matias, Ángela Vallina, Younous Omarjee, Marie-Christine Vergiat, Josu Juaristi Abaunz, Tania González Peñas, Lola Sánchez Caldentey, Martina Michels, Fabio De Masi, Anne-Marie Mineur, Eleonora Forenza, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL
Tamás Meszerics, Margrete Auken, Helga Trüpel, Philippe Lamberts, Reinhard Bütikofer, Rebecca Harms, Karima Delli, Ernest Maragall f'isem il-Grupp Verts/ALE
Fabio Massimo Castaldo, Laura Agea, Ignazio Corrao, Tiziana Beghin, Marco Zullo, Piernicola Pedicini, Daniela Aiuto, Eleonora Evi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rikonoxximent ta' stat sovran Palestinjan (2014/2964(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani tas-17 ta' Novembru 2014,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President dwar l-attakk fis-sinagoga ta' Har Nof fit-18 ta' Novembru 2014 u dwar l-attakk terroristiku f'Ġerusalemm tal-5 ta' Novembru 2014, u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-UE dwar l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani tal-10 ta' Novembru 2014,

–   wara li kkunsidra t-tħabbira tal-Gvern Svediż li jirrikonoxxi l-Istat tal-Palestina tat-30 ta' Ottubru 2014, kif ukoll ir-rikonoxximent preċedenti min-naħa ta' Stati Membri oħra qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-mozzjonijiet dwar ir-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina approvati mill-House of Commons tar-Renju Unit fit-13 ta' Ottubru 2014, mis-Senat Irlandiż fit-22 ta' Ottubru 2014, mill-Parlament Spanjol fit-18 ta' Novembru 2014, mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża fit-2 ta' Diċembru 2014, u mill-Assemblea Portugiża fit-12 ta' Diċembru 2014,

–   wara li kkunsidra d-Dritt Internazzjonali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-UE ripetutament ikkonfermat l-appoġġ tagħha għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati bl-Istat ta' Iżrael sikur u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà u talbet li t-taħdidiet ta' paċi diretti bejn l-Iżrael u l-Awtorità Palestina jissuktaw;

B.  billi s-sejbien ta' paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani ilha kwistjoni ta' interess ewlieni għall-kommunità internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea, għal aktar minn nofs seklu;

C. billi t-taħditiet diretti dwar il-paċi bejn il-partijiet huma wieqfa; billi l-UE stiednet lill-partijiet ifittxu azzjonijiet li jwasslu għall-ambjent ta’ fiduċja meħtieġ biex jiġu żgurati negozjati b'sinifikat, joqogħdu lura milli jieħdu azzjonijiet li jdgħajfu l-kredibilità tal-proċess u jipprevjenu t-tixwix;

D. billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-mezzi mhux vjolenti huma l-uniku mod ta' kif tista’ tinkiseb paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, appella li jinħolqu l-kundizzjonijiet biex jissuktaw it-taħditiet diretti ta' paċi bejn iż-żewġ partijiet, appoġġja, f'dan ir-rigward, it-talba tal-Palestina li ssir stat osservatur mhux membru fin-Nazzjonijiet Uniti, qies li dan kien pass importanti biex l-affermazzjonijiet Palestinjani jsiru aktar viżibbli, aktar b'saħħithom u aktar effikaċi, u stieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri tal-UE u lill-komunità internazzjonali jilħqu ftehim f'din id-direzzjoni;

E.  billi l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċidiet fid-29 ta’ Novembru 2012 li tagħti lill-Palestina l-istatus ta’ stat osservatur mhux membru fin-NU;

F.  billi r-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina jagħmel parti mill-kompetenza tal-Istati Membri;

G. filwaqt li jfakkar fl-impenn tal-PLO li tirrikonoxxi l-Istat ta' Iżrael sa mill-1993;

1.  Jappoġġja fil-prinċipju r-rikonoxximent ta' stat sovran Palestinjan u s-soluzzjoni ta' żewġ stati, u jemmen li dawn għandhom jimxu id f'id mal-iżvilupp tat-taħdidiet ta' paċi, li għandhom jitmexxew 'il quddiem;

2.  Jappoġġja l-isforzi tal-President Abbas u l-gvern Palestinjan ta' kunsens nazzjonali; jerġa' jisħaq fuq l-importanza li tiġi kkonsolidata l-awtorità tal-gvern Palestinjan ta' kunsens u l-amministrazzjoni tiegħu fl-Istrixxa ta' Gaża; iħeġġeġ lill-fazzjonijiet Palestinjani kollha, inkluż il-Ħamas, jaċċettaw l-impenji tal-PLO u jtemmu d-diviżjonijiet interni; jitlob li l-UE tkompli tagħti appoġġ u għajnuna għall-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali Palestinjani;

3.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li f'dan ir-reġjun, it-tensjonijiet qed jikbru u l-vjolenza qed tiżdied; jikkundanna bil-qawwa kollha l-atti kollha ta' terroriżmu u vjolenza, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi; iwissi dwar is-sogru ta' eskalazzjoni ulterjuri tal-vjolenza li tinvolvi siti mqaddsa, li jistà jittrasforma l-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani f'kunflitt reliġjuż; jistieden lill-mexxejja politiċi min-naħat kollha biex jaħdmu flimkien permezz ta' azzjonijiet viżibbli ħalli jbaxxu t-tensjonijiet u jenfasizza li l-mezzi mhux vjolenti u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju huma l-uniku mod ta' kif tista' tinstab soluzzjoni sostenibbli u paċi ġusta u dejjiema bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza li kwalunkwe azzjoni vjolenti tista' biss tkebbes l-estremiżmu fuq iż-żewġ naħat; iħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jibqgħu lura minn kwalunkwe azzjoni li tista' taggrava s-sitwazzjoni permezz ta' inċitament, provokazzjoni, użu eċċessiv ta' forza jew ritaljazzjoni;

4.  Jenfasizza wkoll li kwalunkwe azzjoni li tqajjem dubji dwar l-impenji ddikjarati għal soluzzjoni negozjata għandha tiġi evitata; jissottolinja li l-insedjamenti huma illegali skont id-dritt internazzjonali; jitlob liż-żewġ partijiet ma jeħdux azzjonijiet li jistgħu jdgħajfu l-vijabbiltà u l-prospetti tas-soluzzjoni ta' żewġ stati;

5.  Itenni s-sostenn qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b'Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, bl-Istat ta' Iżrael sikur u Stat tal-Palestina indipendenti, demokratiku, kontigwu u vijabbli jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà abbażi tad-dritt ta' awtodeterminazzjoni u r-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali;

6.  Jilqa' ż-żjara riċenti tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President fl-Iżrael u fil-Palestina u l-impenn tagħha li tinvolvi ruħha b'mod proattiv fi proċess pożittiv bl-għan li ċ-ċirku ta' kunflitt jitkisser u jinħolqu l-kundizzjonijiet politiċi għal progress ġenwin fil-proċess ta' paċi; jemmen li l-Unjoni Ewropea għandha ġġorr ir-responsabilità tagħha u ssir attur u faċilitatur ġenwin fil-proċess ta' paċi tal-Lvant Nofsani, anke fil-perspettiva tal-ħtieġa li t-taħdidiet ta' paċi jissuktaw, anke permezz ta' approċċ komuni u strateġija komprensiva biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; itenni li approċċ diplomatiku taħt l-awspiċi tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani huwa meħtieġ, u jfakkar fl-importanza tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi;

7.  Jistieden lill-RGħ/VP tiffaċilita pożizzjoni komuni tal-UE f'dan ir-rigward;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' paċi komprensiva, li ttemm kwalunkwe pretiża u twettaq l-aspirazzjonijiet leġittimi taż-żewġ partijiet, inklużi dawk tal-Iżraeljani għas-sigurtà u dawk tal-Palestinjani għal stat sovran; jenfasizza li l-unika soluzzjoni possibbli għall-kunflitt hija l-koeżistenza ta' żewġ stati, l-Iżrael u l-Palestina;

9.  Jiddeċiedi li jvara inizjattiva ta’ “Membri Parlamentari għall-Paċi” intiża biex tiġbor flimkien Membri Parlamentari Ewropej, Iżraeljani u Palestinjani bil-għan li tgħin biex tmexxi 'l quddiem l-aġenda għall-paċi u tikkumplementa l-isforzi diplomatiċi tal-UE;

10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u l-Gvern ta' Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.

 

Avviż legali