Proċedura : 2015/2512(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0006/2015

Testi mressqa :

RC-B8-0006/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2015 - 11.8
CRE 15/01/2015 - 11.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0013

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 141kWORD 71k
13.1.2015
PE545.686v01-00}
PE545.689v01-00}
PE545.690v01-00}
PE547.438v01-00}
PE547.439v01-00} RC1
 
B8-0006/2015}
B8-0009/2015}
B8-0010/2015}
B8-0015/2015}
B8-0016/2015} RC1

imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

PPE (B8‑0006/2015)

Verts/ALE (B8‑0009/2015)

ALDE (B8‑0010/2015)

EFDD (B8‑0015/2015)

S&D (B8‑0016/2015)


dwar il-każ taż-żewġ 'marò' Taljani (2015/2512(RSP))


Lara Comi, Cristian Dan Preda, Salvatore Cicu, Jacek Saryusz-Wolski, Antonio Tajani, Lorenzo Cesa, Elisabetta Gardini, Michael Gahler, Barbara Matera, Raffaele Fitto, Andrej Plenković, Ivana Maletić f'isem il-Grupp PPE
Goffredo Maria Bettini, Simona Bonafè, Victor Boștinaru, Mercedes Bresso, Nicola Caputo, Caterina Chinnici, Silvia Costa, Nicola Danti, Paolo De Castro, Isabella De Monte, Knut Fleckenstein, Eider Gardiazabal Rubial, Enrico Gasbarra, Michela Giuffrida, Roberto Gualtieri, Richard Howitt, Agnes Jongerius, Afzal Khan, Kashetu Kyenge, Jörg Leichtfried, Marju Lauristin, Sorin Moisă, Luigi Morgano, Alessia Maria Mosca, Alessandra Moretti, Pier Antonio Panzeri, Massimo Paolucci, Pina Picierno, Gianni Pittella, Marc Tarabella, Patrizia Toia, Elena Valenciano, Flavio Zanonato, José Blanco López, Javi López f'isem il-Grupp S&D
Javier Nart, Marielle de Sarnez, Ivan Jakovčić, Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Louis Michel, Johannes Cornelis van Baalen, Gérard Deprez, Pavel Telička, Fredrick Federley, Marietje Schaake, Petras Auštrevičius, Urmas Paet f'isem il-Grupp ALDE
Karima Delli, Igor Šoltes, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Marco Valli, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-każ taż-żewġ 'marò' Taljani (2015/2512(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–   wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikolari l-Artikoli 9, 10 u 14 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà / Viċi-President tal-Kummissjoni fil-każ taż-żewġ morini (marò) Taljani Massimiliano La Torre u Salvatore Girone,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-piraterija marittima(1),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Jannar 2015 mill-kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon, li fiha jistieden liż-żewġ pajjiżi – l-Italja u l-Indja – biex jipprovaw jilħqu soluzzjoni raġonevoli u aċċettabbli reċiprokament,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi matul il-lejl tal-15 ta' Frar 2012 il-bastiment kummerċjali Taljan Enrica Lexie, fir-rotta minn Singapor għal Ġibuti, iltaqa’ mal-lanċa tas-sajd St Anthony 'l barra mill-kosta tal-Kerala, fl-Indja;

B.  billi sitt morini (marò) Taljani kienu abbord l-Enrica Lexie biex jipproteġu l-bastiment minn attakki potenzjali minn pirati; billi, fil-biża' ta' attakk minn pirati, ġew sparati tiri ta' twissija lejn il-lanċa li kienet qiegħda toqrob u żewġ sajjieda Indjani, Valentine magħruf ukoll bħala Jelastine u Ajeesh Pink, sfaw traġikament maqtula;

C. billi, fid-19 ta’ Frar 2012 membri tal-forza tal-Pulizija Indjana mbarkaw il-bastiment, ikkonfiskaw l-armi tal-morini u arrestaw lit-tnejn li kienu ġew identifikati bħala dawk responsabbli għall-ftuħ tan-nar fuq il-lanċa tas-sajd;

D. billi dawn l-avvenimenti kkaġunaw tensjonijiet diplomatiċi, minħabba l-inċertezza ġuridika li tikkaratterizza l-każ taż-żewġ morini Taljani; billi, minkejja li għaddew tliet snin, il-kapi ta’ akkuża għadhom ma tressqux mill-awtoritajiet Indjani;

E.  billi wieħed mis-suldati, Massimiliano Latorre, ħalla l-Indja sabiex jgħaddi erba’ xhur id-dar wara li sofra iskemija ċerebrali u għadu jeħtieġ kura medika, u billi s-Sur Girone għadu fl-Ambaxxata Taljani fl-Indja;

F.  billi, waqt li ż-żewġ partijiet qed jinvokaw id-dritt internazzjonali, l-Italja tafferma li l-inċident seħħ f'ibħra internazzjonali u li l-morini għandhom ikunu proċessati fl-Italja jew f'qorti internazzjonali; billi, madankollu, l-Indja ssostni li tista' tipproċessa lill-morini minħabba li l-inċident seħħ f'ibħra kostali taħt ġuriżdizzjoni Indjana;

G. billi fil-15 ta’ Ottubru 2014 ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ta' dak iż-żmien, Catherine Ashton, għamlet stqarrija dwar l-aġir tal-awtoritajiet Indjani, u inkoraġġiet lill-gvern biex isib soluzzjoni rapida u sodisfaċenti f’konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Liġi tal-Baħar u mad-dritt internazzjonali;

H. billi fis-16 ta’ Diċembru 2014 ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ġdida, Federica Mogherini, esprimiet id-diżappunt tagħha għan-nuqqas ta’ klemenza murija fir-rispons għat-talba ta’ Massimiliano Latorre għal estensjoni tas-soġġorn tiegħu fl-Italja għal trattament mediku;

I.   billi ż-żewġ marò huma ċittadini Ewropej, u billi fil-15 ta’ Frar 2012 huma kienu abbord bastiment kummerċjali Taljan, fir-rotta 'l barra mill-kosta tal-Istat tal-Kerala u kienu qed iwettqu l-funzjonijiet tagħhom bħala parti minn attivitajiet internazzjonali kontra l-piraterija, li l-UE hija impenjata favurihom bil-qawwa;

1.  Jesprimi niket kbir għat-telfa traġika taż-żewġ sajjieda Indjani u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu;

2.  Jenfasizza li l-konsegwenzi tal-ġrajja tal-15 ta’ Frar 2012 madankollu għandhom jiġu trattati strettament fl-istat tad-dritt, b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet legali ta’ dawk allegatament involuti;

3.  Jesprimi tħassib qawwi dwar id-detenzjoni tal-morini Taljani mingħajr kapi ta' akkuża; jenfasizza li l-morini għandhom jiġu ripatrijati; jenfasizza li dewmien konsiderevoli u restrizzjonijiet tal-libertà tal-moviment tal-morini huma inaċċettabbli u jirrappreżentaw ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom;

4.  Jiddispjaċih bil-mod li bih il-kwistjoni ġiet immexxija u jsostni l-isforzi tal-partijiet involuti kollha biex jaħdmu urġentement favur soluzzjoni raġonevoli u reċiprokament aċċettabbli fl-interess tal-familji kollha – Indjani u Taljani – kif ukoll taż-żewġ pajjiżi;

5.  Jittama, fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Italja, bħala Stat Membru, rigward il-ġrajjiet relatati mal-inċident, li l-ġuriżdizzjoni tingħata jew lill-awtoritajiet Taljani jew lill-arbitraġġ internazzjonali;

6.  Jinkoraġġixxi lir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex tieħu kull azzjoni neċessarja sabiex tipproteġi ż-żewġ morini Taljani bil-għan li tintlaħaq riżoluzzjoni rapida u sodisfaċenti tal-każ;

7.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza li tenfasizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-qafas tar-relazzjonijiet mal-Indja u għaldaqstant li tikkunsidra miżuri ulterjuri biex tiffaċilita riżoluzzjoni pożittiva tal-każ;

8.  Ifakkar li d-drittijiet u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE f’pajjiżi terzi għandhom ikunu salvagwardati mir-rappreżentanza diplomatika tal-UE, li għandha taħdem b'mod attiv favur id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini tal-UE detenuti f'pajjiż terz;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u lill-President u l-Gvern tal-Indja.

 

(1)

ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 34.

Avviż legali