Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B8-0150/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B8-0150/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA dwar il-fosos komuni tal-persuni nieqsa minn Ashia fil-villaġġ ta' Ornithi fil-parti okkupata ta' Ċipru

11.2.2015 - (2015/2551(RSP))

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:
Verts/ALE (B8‑0150/2015)
ECR (B8‑0153/2015)
ALDE (B8‑0155/2015)
EFDD (B8‑0156/2015)
GUE/NGL (B8‑0157/2015)
S&D (B8‑0159/2015)
PPE (B8‑0161/2015)

Cristian Dan Preda, Eleni Theocharous, Manolis Kefalogiannis, Elmar Brok, Lefteris Christoforou, Davor Ivo Stier, Bogdan Brunon Wenta, Giovanni La Via, Lara Comi, Tunne Kelam, Jiří Pospíšil, Dubravka Šuica, Pavel Svoboda, Stanislav Polčák, Francesc Gambús, Inese Vaidere, Jaromír Štětina, Jarosław Wałęsa, Tomáš Zdechovský, Jeroen Lenaers, Marijana Petir, Andrej Plenković, Joachim Zeller, Franck Proust, Ivan Štefanec, Seán Kelly, Michaela Šojdrová, Claude Rolin, József Nagy, Eduard Kukan, Kinga Gál, Tadeusz Zwiefka, Elisabetta Gardini, Ivana Maletić, Andrey Kovatchev, Monica Macovei f'isem il-Grupp PPE
Josef Weidenholzer, Michela Giuffrida, Kashetu Kyenge, Nikos Androulakis, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Vilija Blinkevičiūtė, Demetris Papadakis, Costas Mavrides, Miroslav Poche, Victor Negrescu, Viorica Dăncilă, Luigi Morgano, Nicola Caputo, Enrico Gasbarra, Doru-Claudian Frunzulică, Juan Fernando López Aguilar, Eva Kaili, Afzal Khan, Neena Gill, Biljana Borzan f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Ruža Tomašić, Valdemar Tomaševski, Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR
Fernando Maura Barandiarán, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström, Ramon Tremosa i Balcells, Juan Carlos Girauta Vidal, Gérard Deprez, Beatriz Becerra Basterrechea, Ivan Jakovčić, Marielle de Sarnez, Johannes Cornelis van Baalen, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE
Takis Hadjigeorgiou, Neoklis Sylikiotis, Marie-Christine Vergiat, Malin Björk, Javier Couso Permuy, Marina Albiol Guzmán, Lidia Senra Rodríguez, Paloma López Bermejo, Ángela Vallina, Sofia Sakorafa, Kostas Chrysogonos, Kostadinka Kuneva, Dimitrios Papadimoulis f'isem il-Grupp GUE/NGL
Ska Keller, Ernest Urtasun, Davor Škrlec, Ernest Maragall f'isem il-Grupp Verts/ALE
Fabio Massimo Castaldo, Laura Agea, Piernicola Pedicini, Tiziana Beghin, Dario Tamburrano, Ignazio Corrao, Rosa D’Amato, Laura Ferrara, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD


Proċedura : 2015/2551(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B8-0150/2015
Testi mressqa :
RC-B8-0150/2015
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-fosos komuni tal-persuni nieqsa minn Ashia fil-villaġġ ta' Ornithi fil-parti okkupata ta' Ċipru

(2015/2551(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar persuni nieqsa f'Ċipru[1],

–   wara li kkunsidra r-rapporti rilevanti tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti[2], ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti[3] u l-inizjattivi internazzjonali għall-investigazzjoni ta' x'sar mill-persuni nieqsa f'Ċipru[4],

–   wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) tal-10 ta' Mejju 2001[5] u tal-10 ta' Jannar 2008[6] dwar persuni nieqsa f'Ċipru, u d-deċiżjoni tal-Awla Manja ta' Mejju 2014 fil-kawża Ċipru v. it-Turkija,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2008 dwar persuni nieqsa f'Ċipru[7],

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0139/2008),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2011 dwar il-ħidma tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f'Ċipru,

–   wara li kkunsidra d-Dritt Internazzjonali Umanitarju, sew dak tal-konvenzjonijiet kif ukoll dak tal-konswetudni, dwar il-persuni nieqsa,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fl-14 ta' Awwissu 1974 il-villaġġ ta' Ashia ġie bbumbardjat mill-forza tal-ajru Torka; billi fil-21 ta' Awwissu l-armata Torka wettqet evakwazzjonijiet furzati tal-massa; billi l-espulsjoni finali tal-abitanti kollha tal-villaġġ seħħet fit-28 ta' Awwissu;

B.  billi b'kollox 106 individwi mill-villaġġ ta' Ashia, ta' etajiet minn 11-il sena sa 84 sena, għebu fl-1974;

C. billi, fir-Rebbiegħa tal-2009, il-Kumitat għall-Persuni Neqsin f’Ċipru (CMP) wettaq tfittxija fl-inħawi ta' Ornithi, villaġġ li jinsab 4 km lejn il-Punent tar-raħal ta’ Ashia; billi reġgħu nfetħu erba’ siti ta’ dfin, li tnejn minnhom kienu bjar tal-ilma u siti ta’ fosos komuni; billi ġie kkonfermat li l-fdalijiet, identifikati b'analiżi tad-DNA, huma ta' individwi mil-lista ta' 71 persuna ċivili li għebu minn Ashia fil-21 ta' Awwissu, kif intqal hawn fuq;

D. billi l-evidenza tagħti x'wieħed jifhem li ż-żewġ fosos komuni kienu diġà reġgħu nfetħu qabel għall-eżumazzjoni; billi l-fdalijiet tneħħew intenzjonalment u ġew trasferiti f'postijiet oħra mhux magħrufa;

E.  billi għadha għaddejja l-agonija u t-tbatija kbira tal-familji tal-persuni nieqsa, li ilhom deċennji ma jafux x'sar minn qrabathom maħbubin, u billi jeħtieġ isir kull sforz biex l-investigazzjonijiet tas-CMP jinġiebu 'l quddiem;

F.  billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem sostniet li, fir-rigward tal-persuni nieqsa Ċiprijotti Griegi u qrabathom, kien hemm: vjolazzjoni persistenti tal-Artikolu 2 (id-dritt għall-ħajja) tal-Konvenzjoni rigward in-nuqqas, min-naħa tal-awtoritajiet Torok, li jwettqu investigazzjoni effikaċi dwar il-lok u d-destin tal-persuni nieqsa Ċiprijotti Griegi li kienu għebu f'ċirkostanzi ta' periklu għal ħajjithom; vjolazzjoni persistenti tal-Artikolu 5 (id-dritt għal-libertà u s-sigurtà) rigward in-nuqqas, min-naħa tat-Turkija, li twettaq investigazzjoni effikaċi dwar il-lok u d-destin tal-persuni nieqsa Ċiprijotti Griegi li dwarhom kien hemm pretiża raġonevoli li kienu miżmuma fid-detenzjoni Torka fil-mument meta għebu; u vjolazzjoni persistenti tal-Artikolu 3 (il-projbizzjoni ta' trattament inuman u degradanti) inkwantu s-silenzju tal-awtoritajiet Torok quddiem il-preokkupazzjonijiet reali tal-qraba laħaq livell ta' severità li seta' jiġi kkaratterizzat biss bħala trattament inuman;

G.  billi dawk il-każijiet fejn biss fdalijiet skeletali parzjali jistgħu jingħaddu għad-dfin ma jistgħux jitqiesu magħluqa sakemm ma jkunux instabu l-fdalijiet kollha identifikabbli tal-persuni nieqsa;

H.  billi l-Qorti Ewropewa tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li t-Turkija, bħala l-qawwa ta' okkupazzjoni de facto fit-Tramuntana ta' Ċipru, għandha r-responsabbiltà li tinvestiga l-lok u d-destin tal-persuni nieqsa, u li tiffaċilita l-ħidma tas-CMP;

I.   billi l-problema tal-persuni nieqsa hija waħda umanitarja li toħroġ mid-dritt tal-qraba tal-persuni nieqsa li jkunu jafu x'sar minn dawn tal-aħħar;

J.   billi l-ġrajjiet koroh tal-persuni nieqsa f'Ċipru bdew fl-1964, b'għadd limitat ta' persuni nieqsa miż-żewġ komunitajiet, u laħqu l-eqqel tagħhom b'aktar minn 2 000 persuna nieqsa wara l-invażjoni militari Torka fl-1974, li minħabba fiha l-gżira għadha maqsuma;

K. billi ilhom nieqsa għal bosta deċennji 2 001 Ċiprijott, li minnhom 1 508 huma Ċiprijotti Griegi u 493 huma Ċiprijotti Torok;

1.  Jikkundanna l-ispustament tal-fdalijiet li seħħ f'Ornithi, u azzjonijiet simili, bħala nuqqas kbir ta' rispett għall-persuni nieqsa u vjolazzjoni goffa tad-dritt tal-familji tagħhom li fl-aħħar isiru jafu tassew f'liema kundizzjonijiet il-maħbubin tagħhom sabu mewthom; jesprimi s-simpatija tiegħu mal-familji tal-persuni nieqsa kollha li għadhom jgħixu fl-inċertezza;

2.  Jissottolinja li l-ispustament tal-fdalijiet u atti simili jistgħu jirrappreżentaw tfixkil u kumplikazzjoni maġġuri għall-proċess iebes u diffiċli tal-investigazzjoni ta' x'sar mill-persuni nieqsa kollha f'Ċipru;

3.  Jenfasizza l-urġenza tal-kwistjoni għall-familji tal-persuni nieqsa, 41 sena wara l-għibien ta' dawn tal-aħħar, u jissottolinja li ftit li xejn fadal żmien biex jinstabu, hekk kif ix-xhieda u l-qraba qed jiġu neqsin; jitlob verifika immedjata u kompluta ta' x'sar mill-persuni nieqsa;

4.  Ifaħħar il-ħidma tas-CMP u jenfasizza l-importanza li dan jintensifika l-attivitajiet tiegħu, minħabba li nofs il-persuni nieqsa għadhom ma nstabux u aktar minn żewġ terzi għad iridu jiġu identifikati;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ħidma tas-CMP tiddependi fuq is-sostenn sħiħ u l-kooperazzjoni kompluta mill-partijiet kollha involuti, u jilqa' b'sodisfazzjoni, f'dan ir-rigward, il-fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni mill-UE u jitlob li dan il-finanzjament jitkompla;

6.  Jinnota li s-CMP għamel appell urġenti biex kull min għandu informazzjoni dwar siti ta' dfin possibbli jikkuntattja lill-investigaturi tas-CMP; jitlob li t-Turkija u l-gvern tagħha jtemmu immedjatament it-tneħħija tal-fdalijiet mill-fosos komuni u jottemperaw ruħhom mad-dritt internazzjonali, mad-dritt internazzjonali umanitarju u mad-deċiżjonijiet tal-QEDB, u jiffaċilitaw għal dak il-għan l-isforżi tal-Kumitat tripartitiku għall-Persuni Nieqsa billi jagħtuh aċċess sħiħ għall-arkivji militari u għaż-żoni militari għal finjiet ta' eżumazzjoni; jitlob li t-Turkija timplimenta bis-sħiħ l-obbligu tagħha, wara d-deċiżjoni tal-QEDB, li tikkumpensa lill-familji tal-persuni nieqsa;

7.  Jitlob li t-Turkija tippermetti, bla dewmien intenzjonali, l-aċċess għaż-żoni li ġew definiti bħala żoni militari, u hemm informazzjoni li fihom hemm siti ta' dfin ta' persuni nieqsa; jissottolinja li l-forzi militari Torok għandhom jipprovdu u jikkondividu mapep militari qodma u jagħtu access sħiħ għall-arkivji tagħhom biex jiffaċilitaw it-tiftix għal siti ta' dfin li għadhom ma nkixfux;

8.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jirratifikaw il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha kontra l-Għibien Furzat, bħala prijorità, u jitlob li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Istati Membri jappoġġjaw il-ħidma tal-Kumitat tan-NU dwar l-Għibien Furzat, stabbilit skont din il-Konvenzjoni;

9.  Ifakkar lill-partijiet kollha kkonċernati u 'l dawk kollha li għandhom, jew li huma fil-qagħda li jkollhom, xi informazzjoni jew evidenza li toħroġ minn għarfien personali, arkivji, rapporti mill-kamp tal-battalja jew rekords ta' postijiet ta' detenzjoni, biex jgħadduha lis-CMP bla aktar dewmien;

10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija, u jfakkar fl-obbligu inkondizzjonat li kull Stat, skont il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, jottempera ruħu mad-deċiżjonijiet finali li fihom ikun parti.