Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B8-0373/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B8-0373/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati ta’ Yarmouk fis-Sirja

29.4.2015 - (2015/2664(RSP))

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:
GUE/NGL (B8‑0373/2015)
Verts/ALE (B8‑0408/2015)
PPE (B8‑0410/2015)
EFDD (B8‑0412/2015)
ALDE (B8‑0414/2015)
ECR (B8‑0415/2015)
S&D (B8‑0416/2015)

Cristian Dan Preda, Ramona Nicole Mănescu, Elmar Brok, Arnaud Danjean, László Tőkés, Claude Rolin, Tunne Kelam, Francesc Gambús, Andrzej Grzyb, Jiří Pospíšil, Jaromír Štětina, Bogdan Brunon Wenta, Giovanni La Via, David McAllister, Marijana Petir, Davor Ivo Stier, Therese Comodini Cachia, Esther de Lange, Eduard Kukan, Csaba Sógor, Andrej Plenković, József Nagy, Pál Csáky, Joachim Zeller, Franck Proust, Dubravka Šuica, Stanislav Polčák, Tomáš Zdechovský, Ivan Štefanec, Pavel Svoboda, Michaela Šojdrová, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Monica Macovei, Seán Kelly, Lara Comi, György Hölvényi, Elisabetta Gardini, Brian Hayes, Jeroen Lenaers f'isem il-Grupp PPE
Victor Boștinaru, Richard Howitt, Josef Weidenholzer, Enrique Guerrero Salom, Ana Gomes, Vincent Peillon, Elena Valenciano, Alessia Maria Mosca, Norbert Neuser, Sorin Moisă, José Blanco López, Liisa Jaakonsaari, Andi Cristea, Miroslav Poche, Krystyna Łybacka, Miriam Dalli, Neena Gill, Viorica Dăncilă, Victor Negrescu, Biljana Borzan, Michela Giuffrida, Jutta Steinruck, Tibor Szanyi, Enrico Gasbarra, Julie Ward, Nicola Caputo, Nicola Danti, Vilija Blinkevičiūtė, Demetris Papadakis, Goffredo Maria Bettini, Siôn Simon, Jeppe Kofod, Hugues Bayet, Zigmantas Balčytis, Kati Piri, Marc Tarabella, Claudia Tapardel, Doru-Claudian Frunzulică, Marlene Mizzi, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Eric Andrieu, Kashetu Kyenge, Maria Grapini, Javi López, Eider Gardiazabal Rubial, Luigi Morgano, Brando Benifei, Nikos Androulakis f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Angel Dzhambazki, Jana Žitňanská f'isem il-Grupp ECR
Javier Nart, Fredrick Federley, Izaskun Bilbao Barandica, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Hilde Vautmans, Marielle de Sarnez, Ilhan Kyuchyuk, Beatriz Becerra Basterrechea, Ramon Tremosa i Balcells, Pavel Telička, Marietje Schaake, Petras Auštrevičius, Juan Carlos Girauta Vidal, Ivo Vajgl, Antanas Guoga, Johannes Cornelis van Baalen, Yana Toom, Jozo Radoš, Gérard Deprez, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Louis Michel, Nathalie Griesbeck, Urmas Paet, José Inácio Faria, Martina Dlabajová, Alexander Graf Lambsdorff, Frédérique Ries f'isem il-Grupp ALDE
Martina Anderson, Patrick Le Hyaric, Younous Omarjee, Marie-Christine Vergiat, Anne-Marie Mineur, Eleonora Forenza, Stelios Kouloglou, Sofia Sakorafa, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL
Alyn Smith, Karima Delli, Margrete Auken, Bart Staes, Davor Škrlec, Ernest Urtasun, Barbara Lochbihler, Michèle Rivasi, Heidi Hautala, Judith Sargentini, Igor Šoltes f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Valentinas Mazuronis, Rolandas Paksas, Dario Tamburrano, Piernicola Pedicini, Rosa D’Amato f'isem il-Grupp EFDD


Proċedura : 2015/2664(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B8-0373/2015
Testi mressqa :
RC-B8-0373/2015
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati ta’ Yarmouk fis-Sirja

(2015/2664(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

- wara li kkunsidra d-Dritt Umanitarju Internazzjonali,

 

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,

 

-         wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet tal-10 ta’ April 2015, dwar is-sitwazzjoni f’Yarmouk fis-Sirja,

-     wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-VP/RGħ f’isem l-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ April 2015, dwar is-sitwazzjoni fil-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk fis-Sirja,

-         wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014),

- wara li kkunsidra l-Artikolu 135 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 

A.  billi l-IS/Daesh attakka l-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk fis-Sirja fl-1 ta’ April 2015; billi r-reġim ta’ Assad kompla l-bumbardament u l-attakki mill-ajru tal-kamp b’reazzjoni għall-attakk tal-IS u battalji fit-toroq intensivi bejn il-gruppi ta’ oppożizzjoni armata kontra Assad, jiġifieri Aknaf Beyt el Makdis u l-IS/Daesh, u Jabhat al-Nusra li seħħew madwar il-kamp; billi fis-16 ta’ April 2015 unitajiet militari Palestinjani, bl-għajnuna tar-ribelli Sirjani, ġagħlu lill-ġellieda tal-IS/Daesh jirtiraw mill-kamp; billi l-irtirar tad-Daesh iħalli lill-affiljat tal-al Qaeda Jabhat al-Nusra f’kontroll ġenerali tal-kamp;

B.  billi Yarmouk, l-akbar kamp Palestinjan tar-refuġjati fis-Sirja, iffurmat fl-1957 biex jakkomoda persuni li jkunu qed jaħarbu mill-kunflitt bejn l-Għarab u l-Iżrael, inħakem minn ġlied bejn il-Gvern Sirjan u gruppi armati bħal Jabhat al-Nusra u l-Armata Libera Sirjana; billi qabel il-kunflitt Sirjan iktar minn 160 000 persuna ċivili kienu qed jgħixu fil-kamp, filwaqt li llum fadal biss 18 000;

C.  billi 480 000 refuġjat Palestinjan għadu grupp partikolarment vulnerabbli fil-kriżi fis-Sirja; billi huma mifruxa f’aktar minn 60 kamp madwar ir-reġjun; billi 95 % tar-refuġjati Palestinjani attwalment jiddependu fuq l-UNRWA għall-ħtigijiet ta’ kuljum tagħhom tal-ikel, l-ilma u l-kura tas-saħħa;

D.  billi l-popolazzjoni ċivili fil-kamp ta’ Yarmouk ġiet assedjata minn Diċembru 2012 u ġiet soġġettata għal attakk bil-bombi indiskriminat u bumbardament mir-reġim ta’ Assad u għadha maqbuda fil-kamp, billi skont l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Għajnuna u Xogħol għar-Refuġjati tal-Palestina (UNRWA), 18 000 ċivil Palestinjan u Sirjan f’Yarmouk, inklużi 3 500 tifel u tifla, jeħtieġu għajnuna umanitarja mill-aktar bażika;

E.  billi hemm kriżi ta’ saħħa permanenti fil-kamp, b’epidemija tat-tifojde fl-2014, l-Epatite A u mard relatat mal-ilma li huma endemiċi, kif ukoll malnutrizzjoni bil-konsegwenzi magħrufa kollha;

F.  billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU talab lill-partijiet kollha fil-gwerra ċivili Sirjana aċċess umanitarju għall-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk u biex jippermettu li l-għajnuna umanitarja tilħaq mingħajr ostakli l-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk;

G.  billi l-Kummissjoni Ewropea rrilaxxat fondi ta’ emerġenza immedjata ta’ EUR 2.5 miljun għal operazzjonijiet tal-UNRWA li jagħtu assistenza vitali lir-refuġjati Palestinjani fis-Sirja permezz ta’ flus u oġġetti ta’ għajnuna ta’ emerġenza;

H.  billi barra minn hekk, u bħala parti mill-finanzjament umanitarju tal-UE għas-Sirja għall-2015, l-appoġġ se jiffaċilita rispons umanitarju rapidu biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ familji vulnerabbli; billi dan il-finanzjament jestendi għall-partijiet kollha tas-Sirja affettwati mill-kunflitt, b’fokus speċifiku fuq il-vjolenza reċenti f’Yarmouk, Idlib, Dara’a u Aleppo;

I.  billi ċaħda ta’ aċċess umanitarju li għadha għaddejja mir-reġim Sirjan u ġellieda oħrajn lir-refuġjati li jgħixu fil-Kamp ta’ Yarmouk huwa kontra l-liġi umanitarja internazzjonali; billi l-kapaċità tal-UNRWA biex issostni l-interventi vitali ta’ emerġenza, b’reazzjoni għal żviluppi urġenti bħal dak li għandu impatt fuq Yarmouk, hija serjament mhedda minn sottofinanzjament kroniku għal interventi umanitarji fis-Sirja;

 

     1.  Jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni umanitarja u ta’ sigurtà fis-Sirja u b’mod partikolari fil-kamp tar-refuġjati Palestinjan ta’ Yarmouk u f’kampijiet Palestinjani oħra; itenni l-impenn qawwi tiegħu fl-appoġġ għall-vittmi tal-kunflitt Sirjan;

     2.  Jikkundanna l-akkwiżizzjoni tal-kamp ta’ Yarmouk u atti ta’ terroriżmu mwettqa mill-IS/Daesh u Jabhat al-Nusra, kif ukoll tal-assedju impost mir-reġim ta’ Assad fuq Yarmouk u l-bumbardament tal-kamp, inkluż permezz ta’ bombi f’forma ta' bittija, li jikkawżaw tbatija orribbli fuq il-popolazzjoni milquta; jitlob it-tmiem immedjat tal-assedju u t-tmiem tal-attakki kollha fuq il-popolazzjoni ċivili;

     3.  Jesprimi tħassib għad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem detenuti fil-kamp ta’ Yarmouk u dawk li huma attwalment miżmuma fil-kustodja tal-forzi tas-sigurtà Sirjani; jistieden lill-gruppi armati kollha fil-kamp ta’ Yarmouk biex itemmu l-immirar tagħhom tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

     4.  Iħeġġeġ ir-rispett tal-istatus newtrali ta’ Yarmouk u l-protezzjoni ta’ persuni ċivili ġewwa l-Kamp, partikolarment nisa u tfal, u s-salvagwardja tal-faċilitajiet mediċi, l-iskejjel u l-postijiet ta’ rifuġju;

     5.  Jenfasizza li l-gwerra li għaddejja fis-Sirja u t-theddida mill-IS/Daesh jikkostitwixxu periklu serju għall-poplu tas-Sirja, u għal-Lvant Nofsani usa’; jitlob lill-UE tikkontribwixxi għal sforzi konġunti biex ittaffi l-kriżi umanitarja u jkollha rwol fl-għajnuna tal-pajjiżi ġirien biex jipprovdu rifuġju lir-rifuġjati li qed jaħarbu l-kunflitt fis-Sirja, li ħafna minnhom qed jitilfu ħajjithom fuq dgħajjes fil-Baħar Mediterran;

     6.  Jitlob l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-KSNU 2139 (2014), 2165 (2014) u 2191 (2014) madwar it-territorju tas-Sirja; iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt sabiex jagħtu lill-UNRWA, lill-KISA u organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali oħra aċċess mingħajr xkiel għall-kamp tar-refjuġati f’Yarmouk, biex jippermettu aċċess umanitarju immedjat u mingħajr kundizzjonijiet, biex jevakwaw persuni midruba u jipprovdu passaġġ sikur liċ-ċivili kollha li jixtiequ jitilqu mill-kamp ta’ Yarmouk; jitlob l-istabbiliment ta’ kurituri umanitarji li la huma kkontrollati mir-reġim Sirjan u lanqas minn IS/Daesh u Jabhat al-Nusra, fid-dawl tal-ksur serju u kontinwu tagħhom tad-dritt umanitarju internazzjonali;

7.              Jilqa’ l-ħelsien mill-Kummissjoni Ewropea ta’ fondi ta’ emerġenza immedjati ta’ EUR 2.5 miljun għal operazzjonijiet tal-UNRWA li jagħtu assistenza vitali lir-refuġjati Palestinjani fis-Sirja; ifaħħar l-UNRWA għax-xogħol importanti li qed tagħmel u jesprimi l-impenn qawwi tiegħu biex ikomplu jaħdmu flimkien mal-Kummissarju Ġenerali tal-UNRWA Pierre Krähenbühl u s-sħab l-oħra kollha sabiex jgħinu biex itaffu t-tbatija tan-nies l-aktar fil-bżonn; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom għall-UNRWA għall-isforz għal għajnuna ta’ emerġenza għaċ-ċivili f’Yarmouk, u partijiet oħrajn tas-Sirja, li jiżgura li r-Refuġjati kollha tal-Palestina, il-komunitajiet ospitanti u oħrajn ikollhom l-assistenza li jeħtieġu; iħeġġeġ lill-UE biex tipparteċipa fil-finanzjament ta’ USD 30 miljun għall-appell ta’ emerġenza tal-UNRWA u biex tipprovdi appoġġ diplomatiku u politiku għall-UNRWA;

8.   Jikkundanna bil-qawwa l-abbużi kontra t-tfal, il-massakru, it-tortura, il-qtil u l-vjolenza sesswali, li tagħhom il-popolazzjoni Sirjana hija vittma; jenfasizza l-importanza li jittieħdu passi xierqa biex tkun żgurata s-sikurezza ta’ ċivili innoċenti, fosthom nisa u tfal; Jirrikonoxxi li n-nisa u l-bniet huma vittmi frekwenti ta’ stupru fil-gwerra fil-kunflitt tas-Sirja, inkluż fil-ħabsijiet tar-reġim; jissottolinja li l-Artikolu 3 komuni tal-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra jiggarantixxi lill-midruba u lill-morda kollha l-kura medika meħtieġa għall-kundizzjoni tagħhom mingħajr distinzjoni sfavorevoli; iħeġġeġ lill-fornituri tal-għajnuna umanitarja biex jipprovdu l-firxa sħiħa ta’ servizzi tas-saħħa, f’faċilitajiet umanitarji ffinanzjati mill-UE;

9.   Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU għas-Sirja Staffan de Mistura fl-objettivi tiegħu ta’ perjodi ta’ tregwa lokali u l-implimentazzjoni ta’ pawżi umanitarji min-naħat kollha sabiex jippermettu l-għoti ta’ għajnuna umanitarja; itenni t-talbiet tiegħu lill-UE biex tieħu l-inizjattiva għal sforzi diplomatiċi għal dak l-għan;

10. Itenni t-talba tiegħu għal soluzzjoni sostenibbli għall-kunflitt Sirjan permezz ta’ proċess politiku inklusiv u mmexxi mis-Sirjani abbażi tal-Komunikat ta’ Ġinevra ta’ Ġunju 2012 li jwassal għal tranżizzjoni politika ġenwina li tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan u tippermettilu b’mod indipendenti u demokratiku li jiddetermina l-futur tiegħu stess; Jilqa’ t-tħabbir ta’ taħdidiet ta’ Ġinevra mġedda, li għandhom isiru f’Mejju bejn ir-reġim ta’ Assad, l-oppożizzjoni, il-membri tal-KSNU u s-setgħat reġjonali inkluż l-Iran;

11. Jibqa’ konvint li ma jista’ jkun hemm l-ebda paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr ma tittieħed ir-responsabilità tad-delitti li jkunu twettqu min-naħat kollha matul il-kunflitt, inkluż fir-rigward tal-kamp ta’ Yarmouk; itenni t-talba tiegħu għar-referenza tas-sitwazzjoni fis-Sirja lill-Qorti Kriminali Internazzjonali; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jikkunsidraw serjament ir-rakkomandazzjoni reċenti tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta tan-NU biex jesploraw l-istabbiliment ta’ tribunal speċjali għar-reati li twettqu fis-Sirja;

12. Jistieden lill-Parlament Ewropew biex iwettaq żjara ad hoc fil-kamp tar-refuġjati ta’ Yarmouk biex b’mod indipendenti jevalwa s-sitwazzjoni umanitarja, hekk kif il-kundizzjonijiet ta’ sigurtà jippermettu, f’koordinazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u b’mod indipendenti mir-reġim ta’ Assad jew kwalunkwe parti oħra fil-kunflitt;

13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut Speċjali tan-NU u tal-Lega Għarbija għas-Sirja, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf, lill-President tal-Awtorità Palestinjana, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.