Proċedura : 2015/2734(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0580/2015

Testi mressqa :

RC-B8-0580/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/06/2015 - 5.3

Testi adottati :

P8_TA(2015)0231

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 186kWORD 330k
10.6.2015
PE558.934v01-00}
PE558.935v01-00}
PE558.938v01-00}
PE558.941v01-00}
PE558.943v01-00}
PE558.944v01-00}
PE558.946v01-00} RC1
 
B8-0580/2015}
B8-0581/2015}
B8-0584/2015}
B8-0587/2015}
B8-0589/2015}
B8-0590/2015}
B8-0592/2015} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

EFDD (B8‑0580/2015)

ECR (B8‑0581/2015)

GUE/NGL (B8‑0584/2015)

PPE (B8‑0587/2015)

Verts/ALE (B8‑0589/2015)

ALDE (B8‑0590/2015)

S&D (B8‑0592/2015)


dwar is-sitwazzjoni fin-Nepal wara t-terrimoti (2015/2734(RSP))


Cristian Dan Preda, Thomas Mann, Elmar Brok, Davor Ivo Stier, Krzysztof Hetman, Dubravka Šuica, Giovanni La Via, Michaela Šojdrová, Jiří Pospíšil, Lara Comi, David McAllister, Eduard Kukan, Ildikó Gáll-Pelcz, Patricija Šulin, Jarosław Wałęsa, Kinga Gál, Bogdan Brunon Wenta, Claude Rolin, Therese Comodini Cachia, Ramona Nicole Mănescu, Csaba Sógor, Ivana Maletić, Luděk Niedermayer, Tomáš Zdechovský, Marijana Petir, Ivo Belet, József Nagy, Jeroen Lenaers, Ivan Štefanec, Pavel Svoboda, Tunne Kelam, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Joachim Zeller, Jaromír Štětina, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Andrej Plenković, Stanislav Polčák, Seán Kelly f'isem il-Grupp PPE
Josef Weidenholzer, Victor Boştinaru, Richard Howitt, Enrique Guerrero Salom, Claude Moraes, Elena Valenciano, Pier Antonio Panzeri, Goffredo Maria Bettini, Afzal Khan, Janusz Zemke, Nicola Caputo, Neena Gill, Claudia Tapardel, Jeppe Kofod, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Michela Giuffrida, Doru-Claudian Frunzulică, Miroslav Poche, Momchil Nekov, Alessia Maria Mosca, Andi Cristea, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Sergio Gutiérrez Prieto, Zigmantas Balčytis, Vincent Peillon, Elena Gentile, Miriam Dalli, Enrico Gasbarra, Demetris Papadakis, Nikos Androulakis, Tonino Picula, Jonás Fernández, Julie Ward, Brando Benifei, Theresa Griffin, Liisa Jaakonsaari, Eider Gardiazabal Rubial, Eric Andrieu, Marlene Mizzi, Isabella De Monte, Hugues Bayet, Biljana Borzan, Victor Negrescu, Emilian Pavel, Flavio Zanonato, Tibor Szanyi, Javi López, Csaba Molnár, Viorica Dăncilă, Péter Niedermüller, Sorin Moisă, Jytte Guteland, Olle Ludvigsson, Marita Ulvskog, Krystyna Łybacka, Nicola Danti, Marc Tarabella, Maria Grapini, Siôn Simon, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Simona Bonafè f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Geoffrey Van Orden, Valdemar Tomaševski, Jana Žitňanská, Branislav Škripek, Angel Dzhambazki, Peter van Dalen, Hans-Olaf Henkel, Ruža Tomašić, Ian Duncan, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR
Dita Charanzová, Ilhan Kyuchyuk, Frédérique Ries, Marielle de Sarnez, Filiz Hyusmenova, Hilde Vautmans, Martina Dlabajová, Ivo Vajgl, Beatriz Becerra Basterrechea, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Gérard Deprez, Jozo Radoš, Petras Auštrevičius, Johannes Cornelis van Baalen, Marietje Schaake, Ivan Jakovčić, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Robert Rochefort, Louis Michel, Petr Ježek, Antanas Guoga, José Inácio Faria, Philippe De Backer f'isem il-Grupp ALDE
Pablo Iglesias, Marie-Christine Vergiat, Merja Kyllönen, Kateřina Konečná, Miloslav Ransdorf, Jiří Maštálka, Lola Sánchez Caldentey, Kostadinka Kuneva, Dimitrios Papadimoulis, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL
Jean Lambert, Barbara Lochbihler, Ernest Urtasun, Davor Škrlec, Heidi Hautala, Eva Joly f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fin-Nepal wara t-terremoti (2015/2734(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–         wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nepal,

–         wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-25 ta' April 2015 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, il-Kummissarju għall-Iżvilupp, Neven Mimica, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons għall-Kriżi, Christos Stylianides, dwar it-terremot fl-Asja, u dikjarazzjonijiet uffiċjali oħra,

–         wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-30 ta' April 2015 mill-President tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Asja dwar it-terremot fin-Nepal,

–         wara li kkunsidra ż-żjara fin-Nepal tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Asja fl-okkażjoni tad-9 Laqgħa Interparlamentari tan-Nepal/PE li saret mit-8 sal-10 ta' April 2015,

–         wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-13 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tal-għajnuna ta' emerġenza, ir-rijabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni f'reazzjoni għall-effetti devastanti tat-terremot fin-Nepal,

–         wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

–         wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966,

–         wara li kkunsidra l-inizjattivi tan-Nepal ta’ wara t-terremot bħall-Pjan Nazzjonali ta' Riabilitazzjoni u Rikostruzzjoni l-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet ta’ Wara d-Diżastru,

–         wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.       billi s-sitwazzjoni umanitarja li taffettwa lin-Nepal u lir-reġjun tal-madwar, wara t-terremot devastanti tal-25 ta’ April 2015 u t-terremot sussegwenti tat-12 ta’ Mejju tibqa’ estremament gravi, b’aktar minn 8 800 ruħ irrapportati mejta u ħafna aktar midruba, u mill-inqas nofs miljun dar meqruda, 2.8 miljun persuna spostata u miljuni ta’ nies fil-bżonn ta’ għajnuna umanitarja urġenti;

B.        billi, barra minn hekk, madwar 1.7 miljun tifel u tifla ntlaqtu minn spostament, mewt ta’ wieħed jew iż-żewġ ġenituri, jew il-qerda ta’ djarhom jew skejjel; billi l-orfni huma f’riskju akbar li jmutu bil-ġuħ, mard, abbuż, negliġenza u t-traffikar; billi l-pulizija tan-Nepal rrappurtaw każijiet ta’ gruppi ta’ tfal li qed jittieħdu minn adulti li ma jiġux minnhom; billi projbizzjoni tal-ivvjaġġar għall-minuri mhux akkumpanjati ġiet imħabbra u l-adozzjonijiet internazzjonali ġew sospiżi;

C.       billi apparti telf terribbli ta’ ħajjiet u ħafna nies feruti, it-terremot għamel ħsara kbira lill-wirt kulturali, reliġjuż u storiku tal-pajjiż, inkluż erbgħa minn seba’ siti ta’ Patrimonju Internazzjonali u eluf ta’ monumenti, tempji u monasteri, li jirrappreżenta daqqa ta’ ħarta għall-identità nazzjonali kif ukoll jaffettwa sorsi indispensabbli ta’ dħul;

D.       billi aktar minn 500 uqigħ tal-art xott kbar ġew irrappurtati madwar reġjuni muntanjużi, ta’ spiss, jimblukkaw il-fluss ta’ xmajjar, b’riskju ta’ għargħar jew għargħar estrem glaċjali; billi r-riskji ta’ aktar uqigħ tal-art, għargħar u riskji li jinfaqgħu l-lagi huma kbar ħafna fid-dawl tal-wasla tal-istaġun tal-monsun;

E.        billi hemm tħassib serju dwar ir-riskju ta’ tifqigħ ta’ mard li jinxtered, b’mod partikolari f’żoni ffullati u f’żoni fejn is-sistemi tal-ilma, is-sanità u l-iġjene ġew interrotti;

F.        billi x-xita tal-monsun hija mistennija li tibda dalwaqt u se taffettwa b’mod sinifikanti l-isforzi ta' għajnu, b’mod partikolari fiż-żoni l-aktar imbiegħda;

G.       billi n-NU stmat li 1.4 miljun ruħ jeħtieġu għajnuna f’ikel minħabba l-ħsara kbira għall-għajxien ibbażat fuq l-agrikultura; billi l-istaġun tat-tħawwil jibda dan ix-xahar u madwar 236 000 ruħ jeħtieġu dħul agrikoli, inkluż ross u żerriegħa tal-ħaxix, u billi s-sitwazzjoni hija aggravata minħabba t-telf fuq skala kbira ta’ bhejjem; billi l-bdiewa li jitilfu l-istaġun tat-tħawwil ta’ din is-sena ma jkunux jistgħu jaħsdu qabel tmiem l-2016;

H.       billi l-Kummissarju Stylianides żar ż-żoni milquta flimkien mad-deputat Segretarju Ġenerali tan-NU Valerie Amos mit-30 ta’ April sat-2 ta’ Mejju 2015;

I.         billi l-UE u l-Istati Membri tagħha pprovdew assistenza finanzjarja sinifikanti b’reazzjoni, l-għoti immedjat ta’ EUR 6 miljun għal ħtiġijiet urġenti u nefqa totali s'issa ta’ EUR 22.6 miljun min-naħa tal-Kummissjoni, minbarra li offrew oġġetti ta’ għajnuna u timijiet ta’ tfittxija u salvataġġ permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili;

J.         billi, madankollu, il-koordinatur umanitarju tan-NU ddikjara fl-4 ta’ Ġunju 2015 li fondi internazzjonali b’appoġġ għan-Nepal għadu mhux sodisfaċenti u li n-NU rċeviet biss USD 120 miljun mit-total ta’ USD 422 miljun mwiegħda;

K.       billi riċentement ġie inawgurat ċentru ta' għajnuna għal diżastri u ż-żona umanitarja li pprovdew razzjonijiet tal-ikel għal 200 000 persuna għal ġimagħtejn, appoġġati wkoll minn finanzjament tal-UE, operaw b’suċċess u huma eżempji tajba tad-direzzjoni li fiha l-gvern kien miexi qabel it-terremot;

L.        billi, madankollu, l-isforz ta’ għajnuna kien imxekkel minn infrastruttura limitata u mġarrfa, imma r-rotot ta’ provvista ġew stabbiliti permezz ta’ pajjiżi ġirien, b’mod partikolari l-Indja permezz tal-"Operazzjoni Ħbiberija" ('Operation Friendship');

M.       billi, għalkemm parzjalment solvuta, għad hemm il-problemi fir-rigward ta’ proċeduri doganali mtawla għall-provvisti umanitarji mibgħuta lejn in-Nepal minn donaturi uffiċjali u privati; billi skadiet eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni ta’ 30 jum u ġiet sostitwita b’lista ta’ oġġetti kompletament jew parzjalment eżentati minn taxxi tal-importazzjoni, u bħala riżultat id-dazji fuq l-importazzjoni huma issa imposti fuq ċerti oġġetti ta’ għajnuna;

N.       billi eluf fi bżonn ta’ għajnuna wara t-terremoti qed jirriskjaw li jitħallew ifendu għal rashom fost sinjali inkwetanti li d-diskriminazzjoni bejn is-sessi, il-kasti u dik etnika qed ixxekklu l-isforzi ta’ għajnuna; billi aktar minn nofs il-Komunità Dalita tal-pajjiż għadha qed tistenna għall-kenn u r-razzjonijiet tal-ikel;

O.       billi l-istimi mill-Ministeru tal-Finanzi tan-Nepal qiegħdu l-ispiża tar-rikostruzzjoni għal madwar USD 10 biljun, li hija nofs il-PDG annwali tal-pajjiż;

P.        billi l-Gvern tan-Nepal ħabbar li ser jorganizza konferenza internazzjonali fil-25 ta’ Ġunju 2015 f’Kathmandu sabiex jiġi mmobilizzat appoġġ finanzjarju internazzjonali għar-rikostruzzjoni u r-rijabilitazzjoni tal-pajjiż;

Q.       billi n-Nepal, li hi fost l-ifqar pajjiżi fid-dinja, ħareġ biss reċentement u bil-mod minn gwerra ċivili ta’ 10 snin; billi, madankollu, il-gvern għamel sforzi f’dawn l-aħħar snin biex jipprepara għas-sitwazzjoni mistennija fil-każ ta’ terremot kbir;

1.        Jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lil dawk kollha affettwati minn din it-traġedja terribbli, inklużi l-familji ta’ iktar minn 8 800 persuna li tilfu ħajjithom fin-Nepal, l-Indja, iċ-Ċina u l-Bangladexx;

2.        Ifaħħar l-isforzi tal-istituzzjonijiet u s-soċjetà tan-Nepal wara t-terremoti;

3.        Jilqa’ l-għajnuna rapida pprovduta mill-Kummissjoni u l-Istati Membri lin-Nepal u jistieden lill-komunità internazzjonali biex tkompli tgħin lill-Gvern tan-Nepal b'appoġġ umanitarju fuq perjodu qasir u bl-isforzi ta’ rkupru u ta’ riabilitazzjoni fuq perjodu twil, b’enfasi speċjali fuq is-settur agrikolu u żoni li diffiċli jintlaħqu, u li tonora l-impenji tagħha;

4.        Jenfasizza l-importanza tal-kura tas-saħħa ta’ emerġenza u tal-miżuri mmirati sabiex jevitaw it-tfaqqigħ ta' mard li jittieħed; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jappoġġaw it-tiġdid ta’ faċilitajiet u servizzi tas-saħħa fil-pajjiż, b’mod partikolari f’żoni remoti, inkluż bil-konsenja ta’ tined u tagħmir mediku għal faċilitajiet tas-saħħa li saritilhom il-ħsara jew li nqerdu;

5.        Jistieden lill-Gvern tan-Nepal u lill-komunità internazzjonali biex jiżguraw li t-tfal li ġew separati mill-familji tagħhom jiġu riunifikati magħhom malajr kemm jista’ jkun u biex it-tfal jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-intervent umanitarju; barra minn hekk, jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tat-tfal, inklużi l-bosta każijiet ta’ malnutrizzjoni u r-riskji ta’ abbuż u traffikar; jenfasizza l-importanza li wieħed iġib t-tfal lura lejn l-iskola;

6.        Huwa mħasseb dwar rapporti ta’ abbużi u intimidazzjoni tan-nisa u t-tfal fil-kampijiet improvviżati, u jistieden lill-Gvern tan-Nepal biex jieħu miżuri addizzjonali ħalli jiżgura s-sikurezza ta’ persuni vulnerabbli u l-investigazzjoni rapida ta’ tali rapporti;

7.        Jistieden lill-komunità internazzjonali biex tassisti lill-Gvern tan-Nepal fl-irkupru u r-restawr tal-wirt kulturali, reliġjuż u storiku li saritilhom il-ħsara;

8.        Jenfasizza li n-Nazzjonijiet Uniti tqis li żieda ta’ USD 298.2 miljun hija urġentement meħtieġa sabiex tipprovdi għajnuna umanitarja, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li qed joqrob l-istaġun tal-monsun, u jitlob għal sforz globali mġedded biex jiġu indirizzati dawn il-ħtiġijiet ta’ finanzjament urġenti;

9.        Iħeġġeġ lill-Gvern tan-Nepal biex isolvi l-problemi li jifdal fir-rigward ta’ proċeduri doganali għall-provvisti umanitarji, biex ineħħi kwalunkwe hekk imsejħa “taxxa ta' għajnuna” milli tiġi imposta fuq provvisti umanitarji mill-pulizija lokali mal-fruntieri tan-Nepal, u biex jaħdem flimkien mal-aġenziji ta’ għajnuna sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tilħaq malajr il-postijiet fejn tkun meħtieġa;

10.      Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta’ diskriminazzjoni fit-tqassim tal-għajnuna umanitarja, u jistieden lill-Gvern tan-Nepal biex jiżgura li l-għajnuna tasal għand dawk li jinħtiġuha, indipendentement minn min huma u minn fejn tkun ġejja l-għajnuna; barra minn hekk, jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tindirizza din il-kwistjoni fl-ogħla livell politiku possibbli fil-kuntatti tagħha man-Nepal;

11.      Ifaħħar lill-gvernijiet fir-reġjun, b’mod partikolari lill-Gvern tal-Indja, għall-assistenza tagħhom f’dan l-isforz ta’ għajnuna internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati internazzjonali sabiex ikomplu jaħdmu mal-Gvern tan-Nepal u gvernijiet oħra fir-reġjun fuq il-kwistjoni tat-titjib tat-tħejjija u r-reżiljenza fir-rigward tad-diżastri naturali, inkluż fir-rigward ta’ kodiċijiet ta’ bini, infrastruttura u pjanijiet ta’ emerġenza; jenfasizza li l-Pjan ta’ Riabilitazzjoni u ta’ Rikostruzzjoni Nazzjonali għandu jindirizza wkoll kwistjonijiet ewlenin oħra, inkluż il-ġlieda kontra l-faqar, il-ħarsien tal-ambjent u t-tibdil fil-klima;

12.      Jenfasizza li n-Nepal, bħala pajjiż ta’ wara kunflitt, jeħtieġ aktar sforzi domestiċi u appoġġ internazzjonali fit-tranżizzjoni tiegħu lejn id-demokrazija; jistieden lill-forzi politiċi tan-Nepal biex jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ kooperazzjoni kostruttiva u ta' tiftix għall-kompromess bil-ħsieb li tiġi adottata kostituzzjoni ġdida, demokratika u inklużiva li tissodisfa l-aspirazzjonijiet tal-poplu tan-Nepal, bħala pass importanti fil-proċess ta’ paċi u kontribut sinifikanti għal irkupru rapidu u b'suċċess ta' wara d-diżastri; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ftehim li ntlaħaq fit-8 ta’ Ġunju 2015 bejn il-partiti politiċi ewlenin tan-Nepal;

13.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvernijiet u l-Assemblea Kostitwenti tan-Nepal, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Assoċjazzjoni tal-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

 

Avviż legali