Proċedura : 2015/2756(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0689/2015

Testi mressqa :

RC-B8-0689/2015

Dibattiti :

PV 09/07/2015 - 17.1
CRE 09/07/2015 - 17.1

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2015 - 18.1

Testi adottati :

P8_TA(2015)0277

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 164kWORD 89k
8.7.2015
PE565.667v01-00}
PE565.669v01-00}
PE565.671v01-00}
PE565.673v01-00}
PE565.675v01-00}
PE565.676v01-00}
PE565.679v01-00} RC1
 
B8-0689/2015}
B8-0691/2015}
B8-0693/2015}
B8-0695/2015}
B8-0697/2015}
B8-0698/2015}
B8-0701/2015} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

Verts/ALE (B8-0689/2015)

EFDD (B8-0691/2015)

ECR (B8-0693/2015)

PPE (B8-0695/2015)

GUE/NGL (B8-0697/2015)

ALDE (B8-0698/2015)

S&D (B8-0701/2015)


dwar l-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions (2015/2756(RSP))


Cristian Dan Preda, Jeroen Lenaers, Elmar Brok, Andrzej Grzyb, Lara Comi, Ildikó Gáll-Pelcz, Jiří Pospíšil, Jarosław Wałęsa, Claude Rolin, Patricija Šulin, Thomas Mann, Marijana Petir, Bogdan Brunon Wenta, Tomáš Zdechovský, Tunne Kelam, Ivo Belet, Davor Ivo Stier, Eduard Kukan, Dubravka Šuica, Andrej Plenković, Barbara Kudrycka, József Nagy, Ramona Nicole Mănescu, Csaba Sógor, Luděk Niedermayer, Therese Comodini Cachia, Stanislav Polčák, László Tőkés, Brian Hayes, David McAllister, Ivana Maletić, Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE
Josef Weidenholzer, Norbert Neuser, Victor Boştinaru, Richard Howitt, Pier Antonio Panzeri, Elena Valenciano, Nicola Caputo, Eric Andrieu, Nikos Androulakis, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Viorica Dăncilă, Andrea Cozzolino, Andi Cristea, Miriam Dalli, Nicola Danti, Isabella De Monte, Doru-Claudian Frunzulică, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Afzal Khan, Jeppe Kofod, Kashetu Kyenge, Bernd Lange, Arne Lietz, Javi López, Krystyna Łybacka, Marlene Mizzi, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Demetris Papadakis, Gilles Pargneaux, Vincent Peillon, Tonino Picula, Miroslav Poche, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Olga Sehnalová, Siôn Simon, Tibor Szanyi, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, Julie Ward, Flavio Zanonato, Damiano Zoffoli, Theresa Griffin, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Branislav Škripek, Valdemar Tomaševski, Raffaele Fitto, Ryszard Czarnecki f'isem il-Grupp ECR
Cecilia Wikström, Filiz Hyusmenova, Louis Michel, Ivo Vajgl, Ramon Tremosa i Balcells, Pavel Telička, Marielle de Sarnez, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Javier Nart, Izaskun Bilbao Barandica, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Ilhan Kyuchyuk, Juan Carlos Girauta Vidal, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Robert Rochefort, Ivan Jakovčić, Jozo Radoš, Gérard Deprez, Nedzhmi Ali, Johannes Cornelis van Baalen, Alexander Graf Lambsdorff, Petr Ježek, Antanas Guoga, Urmas Paet, José Inácio Faria, Martina Dlabajová, Nathalie Griesbeck, Hannu Takkula, Catherine Bearder, Philippe De Backer f'isem il-Grupp ALDE
Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL
Barbara Lochbihler, Reinhard Bütikofer, Davor Škrlec, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Marco Zanni f'isem il-Grupp EFDD

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozzi ta' liġijiet tal-Kambodja dwar l-NGOs u t-trade unions (2015/2756(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kambodja,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-22 ta' Ġunju 2015tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni,

–       wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem tas-27 ta' April 2015 dwar it-tieni rapport perjodiku dwar il-Kambodja,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta' Awwissu 2014 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja,

–       wara li kkunsidra d-diversi konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87) u d-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98),

–       wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

–       wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni tal-1997 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi s-soċjetà ċivili enerġika tal-Kambodja, partikolarment l-attivisti li jaħdmu fuq il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-fondi, il-membri tat-trade unions, il-ġurnalisti u l-membri tal-partit fl-oppożizzjoni, żvolġew rwol korrettiv importanti;

B.     billi fil-5 ta' Ġunju 2015 il-Gvern tal-Kambodja approva l-abbozz ta' Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (LANGO); billi l-abbozz ta' liġi kien intbagħat lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kambodja għal rieżami fis-16 ta' Ġunju 2015;

C.     billi l-Unjoni Ewropea hija l-akbar sieħeb tal-Kambodja f'termini ta' assistenza għall-iżvilupp, b'allokazzjoni ġdida għall-perjodu 2014-2020 li tammonta għal EUR 410 miljun; billi l-Unjoni Ewropea ssostni l-firxa wiesgħa ta' inizjattivi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jwettqu l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili l-oħrajn tal-Kambodja u osservat ukoll l-elezzjonijiet nazzjonali u muniċipali barra milli forniet sostenn favur il-proċess elettorali; billi l-Kambodja tiddependi ħafna mill-assistenza għall-iżvilupp;

D.     billi r-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni ddikjara li s-soċjetà ċivili tal-Kambodja tħalliet barra mill-proċess ta' abbozzar tal-LANGO;

E.     billi bosta NGOs rinomati indikaw li l-LANGO ssegwi tentattivi preċedenti, li sussegwentement ġew irtirati bħala risposta għall-oppożizzjoni nazzjonali u internazzjonali, intiżi biex tiġi promulgata liġi li tkun timponi restrizzjonijiet inġustifikati fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni u tifrex is-sisien ġuridiċi li fuqhom tingħalaq jew tinċaħad arbitrarjament ir-reġistrazzjoni lill-NGOs li ma jgawdux mill-approvazzjoni politika, inklużi dawk li jimpjegaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

F.     billi d-dritt għal-libertà ta' espressjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni tal-Kambodja u d-dritt ta' parteċipazzjoni politika fl-Artikolu 35 tal-istess Kostituzzjoni;

G.     billi d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika huwa minqux fil-Kostituzzjoni tal-Kambodja, fl-Artikolu 20 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 21 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

H.     billi d-dritt ta' parteċipazzjoni fl-iżvolġiment tal-affarijiet pubbliċi huwa minqux fl-Artikolu 25 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u billi l-libertà ta' assoċjazzjoni, imħarsa mill-Artikolu 22 ta' tali Patt, tirrappreżenta żieda essenzjali għal din il-parteċipazzjoni u spiss hija t-triq li twassal għaliha; billi t-trasparenza u r-responsabilità huma elementi essenzjali għal demokrazija funzjonanti;

I.      billi huwa mistenni li l-pajjiż se jitlef bejn USD 600 miljun u USD 700 miljun fi proġetti ta' żvilupp fis-sena ladarba tkun adottata l-liġi; billi l-LANGO tpoġġi restrizzjonijiet fuq il-baġits, li jkunu jheddu t-tmexxija min-naħa tal-NGOs internazzjonali ta' proġetti effikaċi f'termini ta' spejjeż;

J.      billi l-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions tkun tikser id-dritt għall-organizzazzjoni u tillimita b'mod gravi d-drittijiet tat-trade unions indipendenti, inklużi dawk eżistenti; billi l-abbozz ta' liġi jistabbilixxi soll minimu irraġonevolment għoli għall-għadd ta' ħaddiema li jkollhom jissieħbu qabel ma t-trade union tkun tista' tiġi kkostitwita (20 %); billi l-abbozz ta' liġi tagħti poteri wesgħin lill-uffiċjali tal-Ministeru tax-Xogħol fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istrajkijiet u s-sospensjoni tar-reġistrazzjoni tat-trade unions fuq bażijiet debboli u mingħajr proċess ġust; billi l-abbozz ta' liġi jeskludi lill-ħaddiema nazzjonali mid-dritt li jingħaqdu fi trade union, u jistabbilixxi rekwiżit ta' litteriżmu għall-mexxejja tat-trade unions, fatt li jiddiskrimina kontra n-nisa u l-barranin, jipprojbixxi l-kuntatti mal-NGOs u jwaħħal multi ineffikaċement baxxi lil min iħaddem li jikser il-leġiżlazzjoni fil-qasam tax-xogħol;

K.     billi mill-konsultazzjoni ta' Mejju 2014 li stiednet il-parteċipazzjoni tal-gruppi lokali attivi fid-drittijiet għax-xogħol, l-awtoritajiet tal-Kambodja għadhom ma organizzawx konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-abbozzi ta' liġijiet sussegwenti; billi t-tħabbiriet perjodiċi ppubblikati fil-mezzi tal-komunikazzjoni mill-uffiċjali tal-gvern indikaw li l-liġi dwar it-trade unions se tkun promulgata fl-2015;

L.     billi madwar 5 000 NGO huma reġistrati fil-Kambodja u jfornu assistenza f'oqsma bħal ma huma d-drittijiet tal-bniedem, l-assistenza tas-saħħa, is-soċjetà ċivili u l-agrikoltura;

M.    billi fis-16 ta' Ġunju 2015 il-Prim Ministru Hun Sen, f'laqgħa mal-Ambaxxatur tal-UE, Jean-Françoi Cautain, iddikjara li l-Assemblea Nazzjonali kienet qiegħda tippjana li twettaq konsolidament tal-abbozz ta' liġi dwar l-NGOs, u esprima x-xewqa tiegħu li jinkludi lis-soċjetà ċivili u lis-sħab tal-iżvilupp fil-konsultazzjoni;

1.      Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja jirtira l-abbozz tal-LANGO;

2.      Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Kambodja jirrikonoxxi r-rwol leġittimu u utli li jiżvolġu s-soċjetà ċivili, it-trade unions u l-oppożizzjoni politika huma u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u politiku ġenerali tal-Kambodja; ifakkar li s-soċjetà ċivili hija wieħed mill-pilastri ewlenin tal-iżvilupp ta' kwalunkwe pajjiż; jisħaq fuq il-fatt li l-liġi dwar l-assoċjazzjonijiet u l-NGOs għandha toħloq ambjent favorevoli biex is-soċjetà ċivili tkompli tagħti l-kontribut tagħha għall-iżvilupp tal-Kambodja;

3.      Jistieden lill-Gvern tal-Kambodja jirtira l-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions, jiddivulga pubblikament l-abbozz attwali u jikkonsulta lill-esperti u lill-membri tat-trade unions biex isir rieżami tiegħu, f'konformità mad-dritt internazzjonali u mal-konvenzjonijiet tal-ILO, partikolarment dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni (Nru 87) u d-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv (Nru 98), qabel ma jerġa' jressaq l-abbozz għall-eżami;

4.      Jissekonda d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti li tali leġiżlazzjoni għandha tkun adottata biss permezz ta' proċess parteċipattiv komprensiv, biżżejjed inklużiv li jippermetti li l-partijiet interessati kollha jimpenjaw ruħhom favur is-sustanza tagħha;

5.      Jitlob li s-soċjetà ċivili u l-poplu tal-Kambodja jiġu konċessi biżżejjed żmien għar-rieżami u għall-konsultazzjonijiet dwar kwalunkwe leġiżlazzjoni, bil-għan li jkunu jistgħu jressqu l-osservazzjonijiet lir-rappreżentanti eletti tagħhom qabel ma ssir il-votazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni;

6.      Iħeġġeġ li kwalunkwe abbozz ta' leġiżlazzjoni jirrispetta l-libertajiet tal-kelma, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, li l-Kambodja ntrabtet li tirrispetta bis-saħħa tar-ratifika tagħha tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u ma għandix tpoġġi restrizzjonijiet bla bżonn fuq il-kapaċità tas-soċjetà ċivili li topera b'mod effikaċi u liberu;

7.      Jinkoraġġixxi lill-Gvern tal-Kambodja jkompli jsaħħaħ id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, partikolarment il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda;

8.      Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ssostni l-appell għall-irtirar tal-abbozz tal-LANGO u tal-abbozz ta' liġi li tirregola t-trade unions kif ukoll tqajjem din il-kwistjoni mal-Gvern tal-Kambodja mill-aktar fis;

9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarjat tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, lill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Renju tal-Kambodja.

 

 

 

Avviż legali