Proċedura : 2015/2766(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0707/2015

Testi mressqa :

RC-B8-0707/2015

Dibattiti :

PV 09/07/2015 - 17.4
CRE 09/07/2015 - 17.4

Votazzjonijiet :

PV 09/07/2015 - 18.4
CRE 09/07/2015 - 18.4

Testi adottati :

P8_TA(2015)0280

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 156kWORD 85k
8.7.2015
PE565.685v01-00}
PE565.687v01-00}
PE565.689v01-00}
PE565.691v01-00}
PE565.692v01-00}
PE565.693v01-00} RC1
 
B8-0707/2015}
B8-0709/2015}
B8-0711/2015}
B8-0713/2015}
B8-0714/2015}
B8-0715/2015} RC1/rev.

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

ECR (B8‑0707/2015)

Verts/ALE (B8‑0709/2015)

PPE (B8‑0711/2015)

GUE/NGL (B8‑0713/2015)

ALDE (B8‑0714/2015)

S&D (B8‑0715/2015)


dwar is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan (2015/2766(RSP))


Cristian Dan Preda, László Tőkés, Elmar Brok, Andrzej Grzyb, Lara Comi, Ildikó Gáll-Pelcz, Jiří Pospíšil, Jarosław Wałęsa, Claude Rolin, Patricija Šulin, Ramón Luis Valcárcel Siso, Thomas Mann, Marijana Petir, Bogdan Brunon Wenta, Tomáš Zdechovský, Michaela Šojdrová, Michèle Alliot-Marie, Davor Ivo Stier, Eduard Kukan, Dubravka Šuica, György Hölvényi, Andrej Plenković, Barbara Kudrycka, Lorenzo Cesa, József Nagy, Ramona Nicole Mănescu, Csaba Sógor, Pavel Svoboda, Luděk Niedermayer, Jaromír Štětina, Therese Comodini Cachia, Maurice Ponga, Joachim Zeller, Stanislav Polčák, Tunne Kelam, Krzysztof Hetman, Inese Vaidere, Kinga Gál, Brian Hayes, David McAllister, Ivana Maletić, Giovanni La Via, Elisabetta Gardini, Anna Záborská, Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE
Josef Weidenholzer, Ana Gomes, Victor Boştinaru, Richard Howitt, Norbert Neuser, Elena Valenciano, Linda McAvan, Pier Antonio Panzeri, Eric Andrieu, Nikos Androulakis, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Nicola Caputo, Andi Cristea, Miriam Dalli, Nicola Danti, Isabella De Monte, Doru-Claudian Frunzulică, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Maria Grapini, Theresa Griffin, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Afzal Khan, Jeppe Kofod, Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Javi López, Krystyna Łybacka, Marlene Mizzi, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Miroslav Poche, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Olga Sehnalová, Siôn Simon, Tibor Szanyi, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, Patrizia Toia, Julie Ward, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho, Viorica Dăncilă f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Peter van Dalen, Jana Žitňanská, Geoffrey Van Orden, Arne Gericke, Angel Dzhambazki, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR
Catherine Bearder, Louis Michel, Ivo Vajgl, Ramon Tremosa i Balcells, Ilhan Kyuchyuk, Pavel Telička, Izaskun Bilbao Barandica, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Javier Nart, Juan Carlos Girauta Vidal, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Frédérique Ries, Ivan Jakovčić, Dita Charanzová, Jozo Radoš, Gérard Deprez, Johannes Cornelis van Baalen, Filiz Hyusmenova, Petr Ježek, Marielle de Sarnez, Alexander Graf Lambsdorff, Nedzhmi Ali, Antanas Guoga, Urmas Paet, José Inácio Faria, Nathalie Griesbeck, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE
Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Stelios Kouloglou, Tania González Peñas f'isem il-Grupp GUE/NGL
Maria Heubuch, Heidi Hautala, Michèle Rivasi, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni taż-żewġ pastors Insara fis-Sudan (2015/2766(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-esperti dwar id-drittijiet tal-bniedem tad-19 ta' Mejju 2014 maħruġ skont il-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

–       wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon jew tat-Twemmin,

–       wara li kkunsidra il-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou tal-2000,

–       wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-Libertà ta' Reliġjon u ta' Twemmin tal-2013,

–       wara li kkunsidra l-pjan nazzjonali tas-Sudan għad-drittijiet tal-bniedem adottat fl-2013, ibbażat fuq il-prinċipji tal-universalità u l-ugwaljanza tal-persuni kollha,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 62/149 tat-18 ta' Diċembru 2007, 63/168 tat-18 ta' Diċembru 2008, 65/206 tal-21 ta' Diċembru 2010, 67/176 tal-20 ta' Diċembru 2012 u 3/69 tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-kwistjoni ta' moratorju fuq l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt, li fihom appellat lil dawk il-pajjiżi fejn il-piena kapitali għadha teżisti biex jistitwixxu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bl-għan li tiġi abolita,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi Pastor Michael Yat tal-Knisja Evanġelika Presbiterjana tas-Sudan t'Isfel ittieħed f'kustodja mis-Servizz ta' Intelligence Nazzjonali tas-Sudan (NISS) wara li ppriedka fil-Knisja tat-Tramuntana ta' Khartoum, fergħa tal-Knisja Evanġelika Presbiterjana tas-Sudan, waqt żjara fis-Sudan fil-21 ta' Diċembru 2014; billi ġie arrestat minnufih wara priedka li fiha allegatament ikkundanna l-bejgħ kontroversjali ta' art u proprjetà tal-knisja u t-trattament tal-Insara fis-Sudan;

B.     billi Pastor Peter Yen Reith ġie arrestat fil-11 ta' Jannar 2015 wara li bagħat ittra lill-Uffiċċju Sudaniż għall-Affarijiet Reliġjużi li fiha saqsa dwar Pastor Michael u talab aktar informazzjoni dwar l-arrest tiegħu;

C.     billi ż-żewġ irġiel inżammu incommunicado sal-1 ta' Marzu 2015, u fl-4 ta' Mejju t-tnejn li huma ġew akkużati b'diversi reati skont il-Kodiċi Kriminali tas-Sudan tal-1991 inklużi; atti kriminali konġunti (Artikolu 21), id-dgħajfien tas-sistema kostituzzjonali (Artikolu 51), gwerra kontra l-istat (Artikolu 50), spjunaġġ (Artikolu 53), il-kisba jew l-iżvelar illegali ta' dokumenti uffiċjali (Artikolu 55), l-inċitazzjoni għall-mibegħda (Artikolu 64), l-istorbju fil-pubbliku (Artikolu 69) u d-dagħa (Artikolu 125);

D.     billi l-akkużi bbażati fuq l-Artikoli 50 u 53 tal-Kodiċi Krimnali tas-Sudan għandhom il-piena tal-mewt f'każ li wieħed jinstab ħati;

E.     billi fl-1 ta' Lulju l-awtoritajiet Sudaniżi marru jeqirdu parti mill-kumpless tal-Knisja Evanġelika ta' Bahri; billi l-avukat tal-knisja, Mohamed Mustafa, li huwa wkoll l-avukat taż-żewġ pastors arrestati, u Pastor Hafez tal-Knisja Evanġelika ta' Bahri lmentaw li l-impjegat tal-gvern kien qed jeqred il-parti żbaljata tal-kumpless; billi t-tnejn ġew arrestati talli fixklu lil impjegat taċ-ċivil fil-qadi ta' dmirijietu; billi l-uffiċjal tal-gvern kompla jeqred il-parti żbaljata tal-kumpless;

F.     billi t-theddidiet kontra mexxejja tal-knisja, l-intimidazzjoni tal-komunitajiet Insara u l-qerda ta' proprjetà tal-knisja komplew b'pass mgħaġġel fis-Sudan wara s-seċessjoni tas-Sudan t'Isfel fl-2011;

G.     billi l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li s-Sudan irratifika, tinkludi d-dritt għall-ħajja u l-projbizzjoni tat-tortura u ta' kastig u trattament krudili, inumani jew degradanti, iżda billi l-piena tal-mewt, kif ukoll l-amputazzjoni, is-swat bil-frosta u forom oħra ta' kastigi korporali, għadhom qed jitwettqu fil-pajjiż għal numru ta' reati;

H.     billi l-istabbiliment ta' moratorju universali fuq il-piena tal-mewt bl-għan tal-abolizzjoni totali tagħha jrid jibqa' wieħed mill-objettivi ewlenin tal-komunità internazzjonali, kif imtenni mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 2014;

1.      Jistieden lill-awtoritajiet Sudaniżi jirtiraw l-akkużi kollha kontra Pastor Michael Yat u Pastor Peter Yen Reith u jitlob ir-rilaxx immedjat u bla kundizzjoni tagħhom; sadattant, jistieden lill-Gvern tas-Sudan jiżgura li sakemm jiġu rilaxxati ż-żewġ pastors ma jkunux soġġetti għal tortura jew għal forom oħra ta' trattament ħażin u li l-integrità fiżika u mentali tagħhom tiġi rispettata kif xieraq;

2.      Jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE għas-Sudan timmonitorja l-proċedimenti fil-qorti u tagħti assistenza lill-pastors; jistieden lill-UE teżerċita rwol ta' tmexxijja billi tagħmel enfasi fuq, u tikkundanna, il-ksur serju u mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-pajjiż;

3.      Ifakkar lill-awtoritajiet Sudaniżi dwar l-obbligi tagħhom f'livell nazzjonali u internazzjonali li jħarsu l-liberta' ta' reliġjon u ta' twemmin; itenni li l-libertà ta' reliġjon, kuxjenza u twemmin hija dritt tal-bniedem universali li jeħtieġ li jitħares kullimkien u għal kulħadd; jikkundanna bil-qawwa l-forom kollha ta' vjolenza u intimidazzjoni li jxekklu d-dritt li persuna jkollha jew ma jkollhiex, jew li tadotta, reliġjon tal-għażla tagħha, inkluż l-użu ta' theddid, forza fiżika jew sanzjonjiet penali biex min jemmen jew ma jemminx jinġiegħel jiċħad ir-reliġjon tiegħu jew jikkonverti;

4.      Jistieden lill-Gvern tas-Sudan jirrevoka l-leġiżlazzjoni kollha li toħloq diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon, jipproteġi l-identità tal-gruppi ta' minoranza, fosthom dik tat-twemmin kollu;

5.      Jikkundanna l-fastidju tal-Insara u l-indħil fl-affarijiet tal-knisja; iħeġġeġ lill-Gvern tas-Sudan ma jibqax jagħmel dan; jistieden lis-Sudan jirrevoka l-liġijiet dwar l-apostasija u ma jibqax jagħlaq il-knejjes u siti reliġjużi oħra;

6.      Jistieden lill-Gvern tas-Sudan jirriforma s-sistema ġuridika tal-pajjiż, b'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex iħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem u biex jiżgura il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem ta' kull individwu, b'mod partikolari fir-rigward tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa, il-minoranzi reliġjużi u l-gruppi żvantaġġati;

7.      Itenni l-kundanna tiegħu tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkustanzi kollha u l-ħtieġa li jiddaħħal moratorju fid-dinja kollha bl-għan tal-abolizzjoni tagħha; jistieden lill-Gvern tas-Sudan, għaldaqstant, biex jabolixxi l-piena tal-mewt, kif ukoll il-prattika tas-swat bil-frosta, li għadha fis-seħħ, u biex jikkommuta s-sentenzi tal-mewt eżistenti;

8.      Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-isforzi li qed isiru, b'mod partikolari min-NU, l-UE, l-Unjoni Afrikana u t-trojka (in-NOrveġja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti), biex tinstab soluzzjoni nnegozjata għas-sitwazzjoni fis-Sudan u biex jiġu appoġġati l-isforzi tas-soċjetà ċivili u tal-partiti tal-oppożizzjoni biex jippromwovu proċess ta' paċi inklużiv;

9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern tar-Repubblika tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Ko-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan.

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza