Proċedura : 2015/2838(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0845/2015

Testi mressqa :

RC-B8-0845/2015

Dibattiti :

PV 10/09/2015 - 5.1
CRE 10/09/2015 - 5.1

Votazzjonijiet :

PV 10/09/2015 - 8.1

Testi adottati :

P8_TA(2015)0314

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 184kWORD 97k
9.9.2015
PE565.813v01-00}
PE565.815v01-00}
PE565.818v01-00}
PE565.820v01-00}
PE565.823v01-00} RC1
 
B8-0845/2015}
B8-0847/2015}
B8-0850/2015}
B8-0852/2015}
B8-0855/2015} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

Verts/ALE (B8‑0845/2015)

ECR (B8‑0847/2015)

PPE (B8‑0850/2015)

ALDE (B8‑0852/2015)

S&D (B8‑0855/2015)


dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Eston Kohver, Oleg Sentsov u Olexandr Kolchenko (2015/2838(RSP))


Cristian Dan Preda, Tunne Kelam, Elmar Brok, Eduard Kukan, Patricija Šulin, Lorenzo Cesa, Brian Hayes, Claude Rolin, Giovanni La Via, Marijana Petir, Jiří Pospíšil, Jarosław Wałęsa, Andrey Kovatchev, Bogdan Brunon Wenta, Davor Ivo Stier, Ramón Luis Valcárcel Siso, Andrej Plenković, Therese Comodini Cachia, Csaba Sógor, Tomáš Zdechovský, Artis Pabriks, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Kudrycka, László Tőkés, Monica Macovei, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, David McAllister, Pavel Svoboda, Michaela Šojdrová, Tadeusz Zwiefka, Luděk Niedermayer, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, József Nagy, Stanislav Polčák, Dubravka Šuica, Gabrielius Landsbergis, Adam Szejnfeld, Inese Vaidere, Anna Maria Corazza Bildt, Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE
Pier Antonio Panzeri, Josef Weidenholzer, Knut Fleckenstein, Victor Boştinaru, Richard Howitt, Ioan Mircea Paşcu, Elena Valenciano, Nicola Caputo, Neena Gill, Eric Andrieu, Maria Arena, Roberto Gualtieri, Victor Negrescu, Zigmantas Balčytis, Kati Piri, Hugues Bayet, Afzal Khan, Eider Gardiazabal Rubial, Jeppe Kofod, Brando Benifei, Vincent Peillon, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Javi López, David Martin, Daciana Octavia Sârbu, Flavio Zanonato, Andi Cristea, Cătălin Sorin Ivan, Julie Ward, José Blanco López, Tibor Szanyi, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Enrico Gasbarra, Alessia Maria Mosca, Andrea Cozzolino, Viorica Dăncilă, Damiano Zoffoli, Doru-Claudian Frunzulică, Maria Grapini, Kashetu Kyenge, Krystyna Łybacka, Sorin Moisă, Tonino Picula, Miroslav Poche, Claudia Tapardel, Marju Lauristin, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Emilian Pavel, Liliana Rodrigues, Jutta Steinruck f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Geoffrey Van Orden, Ruža Tomašić, Jana Žitňanská, Roberts Zīle, Ashley Fox, Ryszard Antoni Legutko, Anna Elżbieta Fotyga, Zdzisław Krasnodębski, Ryszard Czarnecki, Tomas Piotr Poręba, Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg, Karol Karski, Janusz Wojciechowski, Jadwiga Wiśniewska, Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR
Kaja Kallas, Pavel Telička, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Urmas Paet, Marielle de Sarnez, Ramon Tremosa i Balcells, Izaskun Bilbao Barandica, Juan Carlos Girauta Vidal, Valentinas Mazuronis, Petras Auštrevičius, Martina Dlabajová, Beatriz Becerra Basterrechea, Nedzhmi Ali, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Fredrick Federley, Nathalie Griesbeck, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Louis Michel, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Jozo Radoš, Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE
Rebecca Harms, Indrek Tarand, Heidi Hautala, Tamás Meszerics, Barbara Lochbihler, Igor Šoltes, Ulrike Lunacek, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Eston Kohver, Oleg Sentsov u Olexandr Kolchenko (2015/2838(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Russa, b'mod partikolari l-Artikolu 118 tagħha, li jiddikjara li l-ġustizzja fil-Federazzjoni Russa għandha tkun amministrata mill-qrati biss, u l-Artikolu 120 tagħha, li jipprevedi li l-imħallfin huma indipendenti u subordinati biss għall-Kostituzzjoni Russa u għad-dritt federali,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja(1), wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjoni preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2015 dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każ ta' Alexey Navalny(2), tat-30 ta' April 2015 dwar il-każ ta' Nadiya Savchenko(3), u tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet UE-Russja(4),

–       wara li kkunsidra l-istqarrija tad-19 ta' Awwissu 2015 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mongherini, dwar il-verdett kontra l-uffiċjal tal-pulizija Estonjan Eston Kohver,

–       wara li kkunsidra l-istqarrija tal-25 ta' Awwissu 2015 mill-VP/RGħ dwar is-sentenza mogħtija minn qorti Russa liċ-ċittadini Ukreni Oleg Sentsov u Olexandr Kolchenko,

–       wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ Sergei Magnitsky(5), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja, tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Russja: l-għoti ta' sentenzi lil dimostranti involuti fl-avvenimenti ta' Pjazza Bolotnaya(6), u tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO 'Memorial' (rebbieħ tal-Premju Sakharov 2009) fir-Russja(7) u r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky(8),

–       wara li kkunsidra s-seba' rapport perjodiku tal-Federazzjoni Russa(9) kkunsidrat mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem fit-3 136 laqgħa u fit-3 137 laqgħa(10), li saru fis-16 u s-17 ta' Marzu 2015,

−      wara li kkunsidra l-konsultazzjonijiet UE-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-28 ta' Novembru 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u n-Nazzjonijiet Uniti, impenjat ruħha li tħares il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem; billi, minħabba l-bosta każijiet ta' ksur gravi tal-istat tad-dritt u l-adozzjoni ta' liġijiet restrittivi tul ix-xhur li għaddew, hemm tħassib serju rigward il-konformità tar-Russja mal-obbligi internazzjonali u nazzjonali; u billi l-Unjoni Ewropea ripetutament offriet għajnuna u għarfien addizzjonali biex tgħin lir-Russja ħalli timmodernizza u ssegwi l-ordinament kostituzzjonali u ġuridiku tagħha, f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa;

B.     billi l-uffiċjal tal-pulizija Estonjan Eston Kohver inħataf f'Settembru 2014 minn territorju Estonjan mill-FSB u sussegwentement inżamm illegalment fir-Russja, att li jikkostitwixxi ksur ċar u serju tad-dritt internazzjonali;

C.     billi l-produttur tal-films Ukren Oleg Sentsov u l-attivista ċiviku Olexandr Kolchenko, li opponew l-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mir-Russja, ġew arrestati f'Mejju 2014 b'rabta ma' attivitajiet allegati mwettqa fil-Krimea; billi huma ġew trattati bħala ċittadini Russi minkejja l-fatt li għandhom ċittadinanza Ukrena;

D.     billi kemm fil-każ ta' Oleg Sentsov u kif ukoll fil-każ ta' Olexandr Kolchenko kien hemm allegazzjonijiet ta' tortura u trattament ħażin sever li wasslu għall-estrazzjoni illegali ta' depożizzjonijiet li għalihom ġie sussegwentement attribwit valur ġuridiku;

E.     billi Oleg Sentsov u Olexandr Kolchenko ttellgħu f'qorti militari għal delitti li għalihom il-qrati ċivili għandhom ġurisdizzjoni sħiħa; billi l-proċess kien imfixkel minn għadd ta' ksur proċedurali gravi;

F.     billi r-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar l-Indipendenza tal-Imħallfin u l-Avukati, Garbiela Knaul, fir-rapport tagħha ta' April 2014 wara żjara uffiċjali fil-Federazzjoni Russa, tesprimi tħassib serju dwar allegazzjonijiet ta' kemm theddid dirett u indirett lill-ġudikatura, u kif ukoll influwenza, interferenza u pressjoni fuqha mhux xierqa;

G.     billi hemm ħtieġa dejjem ikbar għal politika tal-UE soda, koerenti u komprensiva dwar ir-Russja li tiġi rispettata mill-Istati Membri kollha;

H.     billi l-Pakkett ta' Miżuri għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk kienu previsti biex jiżguraw ir-rilaxx u l-iskambju tal-ostaġġi kollha u tal-persuni kollha miżmuma illegalment, abbażi tal-prinċipju ta' "kollha għal kollha";

I.      billi diversi proċessi u proċedimenti ġudizzjarji matul l-aħħar ftit snin, inklużi l-każijiet Navalny, Magnitsky u Khodorkovsky, tefgħu dubju dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-Federazzjoni Russa;

J.      billi l-UE ripetutament offriet għajnuna u kompetenza addizzjonali, permezz tas-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, biex tappoġġja l-isforzi tar-Russja ħalli timmodernizza u tirrispetta l-ordinament kostituzzjonali u ġuridiku tagħha, f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa;

1.      Jikkundanna bil-qawwa s-sentenza mogħtija mill-qorti reġjonali ta' Pskov kif ukoll il-proċess sħiħ tal-uffiċjal tal-pulizija Estonjan Eston Kohver, li ngħata sentenza ta' 15-il sena ħabs wara li fl-2014 inħataf minn territorju Estonjan, li huwa parti mill-UE; iqis il-każ bħala ksur tad-dritt internazzjonali u tal-istandards elementari tal-ġustizzja;

2.      Iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa taġixxi skont l-obbligi internazzjonali, tirrillaxxa b'mod immedjat lil Eston Kohver u tiggarantixxi r-ritorn sikur tiegħu lejn l-Estonja;

3.      Jesprimi t-twemmin profond tiegħu li sa mill-bidu nett, Eston Kohver ma ġiex provdut bid-dritt ta' proċess ġust, peress li ma kienx hemm smigħ pubbliku tal-każ, li l-konslu Estonjan ma tħalliex ikun preżenti waqt is-smigħ, li Eston Kohver ma ngħatax għajnuna ġuridika adegwata, li, barra minn dan, hu ġie mċaħħad minn żjarat minn martu u familtu, u ġie ordnat jissottoponi ruħu għal eżami psikjatriku mhux ġustifikat, li d-dettalji tiegħu baqgħu mhux magħrufa;

4.      Jikkundanna bil-qawwa s-sentenza illegali u l-priġunerija ta' Oleg Sentsov u Olexandr Kolchenko; jistieden lill-Federazzjoni Russa biex b'mod immedjat tirrilaxxahom u tiggarantixxi r-ritorn sikur tagħhom lejn l-Ukrajna; jeżiġi li l-awtoritajiet Russi jinvestigaw b'mod immedjat, b'manjiera imparzjali u effikaċi, l-allegazzjonijiet ta' torturi kif iddikjarati mill-imputati u x-xhieda dwar il-każ, li ġew miċħuda mill-prosekutur waqt il-proċess; jitlob li din l-investigazzjoni tkun miftuħa wkoll għall-osservaturi internazzjonali;

5.      Jitlob għar-rilaxx taċ-ċittadini Ukrajni miżmuma illegalment, inkluża Nadiya Savchenko, f'konformità mal-Pakkett ta' Miżuri għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk maqbul u l-impenn għar-rilaxx tal-ostaġġi u tal-persuni detenuti kollha relatati mal-kunflitt fl-Ukrajna;

6.      Jiddeplora l-fatt li fil-Federazzjoni Russa l-liġi u l-ġustizzja huma użati bħala strumenti politiċi u bi ksur tad-dritt u l-istandards internazzjonali, li ppermettew l-għoti tas-sentenza lill-produttur tal-films Ukren Oleg Sentsov u lil Olexandr Kolchenko għal 20 sena u 10 snin ħabs rispettivament talli esprimew il-fehmiet tagħhom marbuta ma' pożizzjoni attiva favur l-Ukrajna kontra l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa; jenfasizza, fi kwalukwe każ, li huma ma kellhomx jiġu pproċessati f'qorti militari u li x-xhieda kollha miksuba permezz ta' tortura u metodi illegali oħrajn kellha tiġi eskluża;

7.      Jikkundanna bil-qawwa l-ksur sfaċċat tal-integrità territorjali tal-Ukrajna u tal-Estonja permezz tal-ħtif illegali taċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi sabiex jitressqu quddiem qorti Russa;

8.      Jissottolinja li l-qrati Russi mhumiex kompetenti biex jiġġudikaw atti mwettqa barra mit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tar-Russja, u jirrimarka li l-proċedimenti ġudizzjarji fit-tliet każijiet kollha ma għandhomx jiġu meqjusa bħala leġittimi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jindirizzaw dawn il-każijiet fil-kuntatti tagħhom mal-awtoritajiet Russi u jirrapportaw lura lill-Parlament; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu l-istess fil-laqgħat bilaterali;

9.      Jissottolinja li l-awtoritajiet u l-persunal ġudizzjarju Russi jġorru r-responsabbiltà sħiħa għas-sikurezza u l-benessri tal-persuni miżmuma, u li d-dritt tagħhom għal żjarat mill-familja, li jikkuntattjaw ir-rappreżentanti diplomatiċi tagħhom, għal assistenza medika adegwata, għal konslu ġudizzjarju u konsulari u għal aċċess dettaljat kemm għalihom u kif ukoll għar-rappreżentanti ġuridiċi tagħhom għad-dokumenti u l-evidenza kollha relatata mal-akkużi kontrihom għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ;

10.    Ifakkar lir-Russja dwar l-importanza ta' konformità sħiħa mal-obbligi ġuridiċi internazzjonali tagħha, u dwar il-fatt li d-deċiżjonijiet ġudizzjarji għandhom jittieħdu b'manjiera effikaċi u imparzjali u għandhom ikunu indipendenti, jikkonformaw bis-sħiħ mal-liġi u jkunu bbażati fuq evidenza leġittima, mingħajr ebda interferenza politika; iqis li l-Federazzjoni Russa, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, għandha tissodisfa l-obbligi li impenjat ruħha fir-rigward tagħhom;

11.    Jitlob li jiżdied il-monitoraġġ permanenti tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u fit-territorji attwalment annessi mar-Russja; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-istat li qed jiddeterjora tad-drittijiet tal-bniedem u jistieden lill-awtoritajiet Russi jirrispettaw dawn id-drittijiet, inklużi d-dritt tal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda u l-istat tad-dritt, fir-Russja u fil-Krimea wara l-annessjoni illegali tagħha; jinnota li r-Russja għaldaqstant tkompli tikser il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

12.    Iħeġġeġ lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-VP/RGħ biex ifasslu strateġija politika komprensiva li tippermetti lill-UE tikseb mill-ġdid l-inizjattiva u biex isegwu politika ċara fir-rigward tar-Russja;

13.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.

 

 

 

(1)

Testi adottati, P8_TA(2015)0074.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2015)0006.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2015)0186.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2015)0225.

(5)

ĠU L 68 E 7.3.2014, p. 13.

(6)

Testi adottati, P7_TA(2014)0253.

(7)

Testi adottati, P8_TA(2014)0039.

(8)

Testi adottati, P7_TA(2014)0258.

(9)

CCPR/C/RUS/7.

(10)

CCPR/C/SR.3136 u 3137.

Avviż legali