Proċedura : 2015/2883(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0997/2015

Testi mressqa :

RC-B8-0997/2015

Dibattiti :

PV 08/10/2015 - 4.4
CRE 08/10/2015 - 4.4

Votazzjonijiet :

PV 08/10/2015 - 9.4

Testi adottati :

P8_TA(2015)0345

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 183kWORD 90k
7.10.2015
PE568.484v01-00}
PE568.491v01-00}
PE568.509v01-00}
PE568.512v01-00}
PE568.513v01-00}
PE568.515v01-00}
PE568.517v01-00}
PE568.519v01-00} RC1
 
B8-0997/2015}
B8-1004/2015}
B8-1022/2015}
B8-1025/2015}
B8-1026/2015}
B8-1028/2015}
B8-1030/2015}
B8-1032/2015} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

ENF (B8‑0997/2015)

ECR (B8‑1004/2015)

ALDE (B8‑1022/2015)

EFDD (B8‑1025/2015)

S&D (B8‑1026/2015)

PPE (B8‑1028/2015)

GUE/NGL (B8‑1030/2015)

Verts/ALE (B8‑1032/2015)


dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr (2015/2883(RSP))


Cristian Dan Preda, Tomáš Zdechovský, Elmar Brok, Santiago Fisas Ayxelà, Jeroen Lenaers, Tunne Kelam, David McAllister, Patricija Šulin, Eduard Kukan, Bogdan Brunon Wenta, Csaba Sógor, Francesc Gambús, Lorenzo Cesa, Jiří Pospíšil, Davor Ivo Stier, Stanislav Polčák, Barbara Kudrycka, Therese Comodini Cachia, Giovanni La Via, Monica Macovei, Andrej Plenković, Marijana Petir, József Nagy, Claude Rolin, Ivan Štefanec, Pavel Svoboda, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Anna Záborská, Michaela Šojdrová, Jaromír Štětina, Adam Szejnfeld, Ramona Nicole Mănescu, Lara Comi, László Tőkés, Krzysztof Hetman, Thomas Mann, Roberta Metsola, Barbara Matera, Dubravka Šuica, Ivana Maletić f'isem il-Grupp PPE
Josef Weidenholzer, Eric Andrieu, Nikos Androulakis, Maria Arena, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Victor Boştinaru, Paul Brannen, Nicola Caputo, Andi Cristea, Miriam Dalli, Viorica Dăncilă, Nicola Danti, Isabella De Monte, Anneliese Dodds, Jonás Fernández, Monika Flašíková Beňová, Doru-Claudian Frunzulică, Eider Gardiazabal Rubial, Enrico Gasbarra, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Ana Gomes, Maria Grapini, Theresa Griffin, Enrique Guerrero Salom, Jytte Guteland, Richard Howitt, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Jude Kirton-Darling, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Javi López, Juan Fernando López Aguilar, Krystyna Łybacka, Andrejs Mamikins, David Martin, Marlene Mizzi, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Péter Niedermüller, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Vincent Peillon, Tonino Picula, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Siôn Simon, Tibor Szanyi, Claudia Tapardel, Marc Tarabella, Patrizia Toia, Elena Valenciano, Julie Ward, Flavio Zanonato, Damiano Zoffoli f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Joachim Starbatty, Ulrike Trebesius, Hans-Olaf Henkel, Bernd Kölmel, Bernd Lucke, Angel Dzhambazki, Raffaele Fitto, Ruža Tomašić, Jana Žitňanská, Marcus Pretzell, Beatrix von Storch, Zdzisław Krasnodębski, Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR
Frédérique Ries, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Martina Dlabajová, Juan Carlos Girauta Vidal, Ilhan Kyuchyuk, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells, Ivo Vajgl, Pavel Telička, Filiz Hyusmenova, Nathalie Griesbeck, Nedzhmi Ali, Philippe De Backer, Marielle de Sarnez, Gérard Deprez, Fredrick Federley, Ivan Jakovčić, Alexander Graf Lambsdorff, Louis Michel, Javier Nart, Jozo Radoš, Robert Rochefort, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Cecilia Wikström, Marian Harkin, Valentinas Mazuronis, Petr Ježek f'isem il-Grupp ALDE
Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Younous Omarjee, Eleonora Forenza, Barbara Spinelli, Sofia Sakorafa, Kateřina Konečná, Kostas Chrysogonos, Kostadinka Kuneva, Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL
Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD
Aymeric Chauprade f'isem il-Grupp ENF
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr (2015/2883(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċendenti tiegħu tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-każ tas-Sur Raif Badawi, mill-Arabja Sawdija(1) u tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq(2);

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, adottati f'Ġunju 1998, u l-verżjoni riveduta u aġġornata ta' April 2013,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari dik tat-18 ta’ Diċembru 2007 dwar il-moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt fid-dinja (A/RES/69/186),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-22 ta' Settembru 2015 mill-esperti tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jiddikkjara d-dritt ta' kulħadd għal-libertà tal-espressjoni, u l-Artikolu 4 li jipprojbixxi t-tortura,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem adottati f'Ġunju 2004 u riveduti f'Diċembru 2008,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tagħha l-Arabja Sawdija hija parti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Artikolu 19 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li tagħha l-Arabja Sawdija hi parti, b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tagħha, li tiggarantixxi d-dritt għall-informazzjoni u l-libertà ta' opinjoni u tal-espressjoni u l-Artikolu 8 tagħha, li jipprojbixxi tortura fiżika jew psikoloġika u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Ali Mohammed al-Nimr, ta' 21 sena u neputi ta' dissident prominenti tal-gvern, kien ikkundannat għall-piena kapitali f'Mejju 2015, skont kif rappurtat għal qtugħ ir-ras segwit minn kruċifissjoni mill-Qorti Suprema tal-Arabja Sawdija fuq akkużi kriminali inklużi sedizzjoni, irvell, protesti, serq u li jagħmel parti minn ċellula terroristika f'Mejju 2015; billi Ali al-Nimr kien għad ma kellux 18-il sena - u għalhekk minorenni - meta kien arrestat waqt li kien qed jipprotesta għad-demokrazija u d-drittijiet ugwali fl-Arabja Sawdija; billi hu kien ikkundannat għall-mewt waqt protesti fil-Provinċja prinċipalment Xiita tal-Lvant tal-Arabja Sawdija; billi kien allegat minn sorsi affidabbli li Ali al-Nimr kien ittorturat u mġiegħel jiffirma l-konfessjoni tiegħu; billi hu ġie mċaħħad minn kull garanzija ta' proċess sikur u proċess legali xieraq f'konformità mad-dritt internazzjonali;

B.  billi l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt fuq xi ħadd li kien għadu minorenni meta saret l-offiża u dan wara allegazzjonijiet ta' tortura hi inkompatibbli mal-obbligi internazzjonali tal-Arabja Sawdija;

C.  billi l-projbizzjoni ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani u degradanti hi inkluża fl-istrumenti internazzjonali u reġjonali kollha tad-drittijiet tal-bniedem, u tikkostitwixxi regola tad-dritt konswetudinarju internazzjonali, li hi għalhekk vinkolanti fuq l-istati kollha, indipendentement minn jekk ikunux irratifikaw il-ftehimiet internazzjonali relevanti;

D.  billi ż-żieda fl-għadd ta' sentenzi tal-mewt hi marbuta sew mas-sentenzi tal-Qorti Kriminali Speċjalizzat tal-Arabja Sawdija fi proċessi bħala rispons għal offiżi relatati mat-terroriżmu; billi skont l-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tal-inqas 175 eżekuzzjoni twettqu bejn Awwissu 2014 u Ġunju 2015 fl-Arabja Sawdija;

E.  billi dan il-każ hu wieħed minn ħafna li fih sentenzi kiefra kif ukoll fastidju intużaw kontra attivisti Saudi li ġew ippersegwitati għaliex esprimew il-fehmiet tagħhom, diversi minnhom ġew ikkundannati, skont proċeduri li huma 'l bogħod minn standards internazzjonali dwar proċessi ġusti, kif ġie kkonfermat mill-Kummissarji Għoli preċedenti tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Lulju 2014;

F.  billi l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikkjara li kull bniedem għandu dritt għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni kemm online kif ukoll offline; billi dan id-dritt jinkludi l-libertà għall-opinjoni mingħajr xkiel u li wieħed ifittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta’ kwalunkwe midja u irrispettivament mill-fruntieri;

G.  billi l-Ambaxxatur tal-Arabja Sawdija għan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra, l-E.T. Faisal bin Hassan Trad, kien maħtur President ta' panel ta' esperti indipendenti fuq il-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

H.  billi l-ftuħ tad-djalogu bejn ir-Renju tal-Arabja Sawdija (KSA) u l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jista' jkun pass kostruttiv biex jissaħħaħ il-fehim reċiproku u jiġu promossi riformi fil-pajjiż inkluża r-riforma tal-ġudikatura;

I.  billi l-Arabja Sawdija hi attur politiku u ekonomiku influenti u importanti fil-Lvant Nofsani u r-reġjun tal-Afrika ta' Fuq;

1.  Jikkundanna bil-qawwa s-sentenza ta' Ali Mohammed al-Nimr għall-piena tal-mewt; itenni l-kundanna tiegħu kontra l-użu tal-piena tal-mewt u jappoġġa bis-sħiħ l-introduzzjoni ta' moratorju fir-rigward tal-piena tal-mewt, bħala pass favur it-tneħħija tagħha;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija u b'mod partikolari l-Majestà Tiegħu r-Re tal-Arabja Sawdija Salman bin Abdulaziz Al Saud biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni ta' Ali Mohammed al-Nimr u jagħti maħfra jew ibiddel is-sentenza; jistieden lis-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna u lill-Istati Membri jużaw l-għodda diplomatika kollha tagħhom u l-isforzi tagħhom biex immedjatament iwaqqfu din l-eżekuzzjoni;

3.  Ifakkar lir-Renju tal-Arabja Sawdija li hi parti statali għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tipprojbixxi b'mod strett l-użu tal-piena tal-mewt għal reati li jsiru minn persuna taħt it-18-il sena;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jabolixxu l-Qorti Kriminali Speċjalizzata, li ġiet stabbilita fl-2008 biex tipproċessa l-każijiet tat-terroriżmu iżda kulma jmur aktar bdiet tħarrek lil dissidenti paċifiċi fuq akkużi li apparentement kienu politikament motivati u fi proċedimenti li jiksru d-dritt fundamentali għal proċess ġust;

5.  Jistieden lill-Gvern tal-Arabja Sawdija jiżgura investigazzjoni immedjata u imparzjali fl-allegati atti ta' tortura u biex jiżgura li Ali Mohammed al-Nimr jingħata attenzjoni medika li jeħtieġ, kif ukoll aċċess regolari għall-familja tiegħu u għal avukat;

6.  Ifakkar lill-Arabja Sawdija fl-impenji tagħha bħala membru tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota li l-Arabja Sawdija reċentement inħatret president fuq panel ta' esperti indipendenti fil-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet tas-Sawdi jiżguraw li l-istandards tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-pajjiż tagħhom ikunu konsistenti mar-rwol internazzjonali tagħhom;

7.  Jitlob għal mekkaniżmu msaħħaħ għal djalogu bejn l-UE u l-Arabja Sawdija dwar kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u skambju ta' għarfien espert dwar kwistjonijiet ta' ġustizzja u dawk legali sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet individwali fir-Renju bi qbil mal-proċess ta' riforma ġudizzjarja li ħa r-Renju tal-Arabja Sawdija; jistieden lill-awtoritajiet tal-KSA isegwu r-riformi meħtieġa dwar id-drittijiet tal-bniedem u partikolarment dawk li jirrigwardaw il-limitazzjoni fuq il-piena tal-mewt u l-piena kapitali;

8.  Jinkoraġġixxi lill-Arabja Sawdija tiffirma u tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li daħal fis-seħħ fl-1976, li l-Artikolu 6 tiegħu jiddikjara li 'kull bniedem għandu dritt inerenti għall-ħajja';

9.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda rappurtata fl-għadd ta' sentenzi ta' mewt fir-Renju tal-Arabja Sawdija fl-2014 u r-rata allarmanti li biha s-sentenzi tal-qorti qed jordnaw il-piena tal-mewt fl-2015;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlament u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Majestà Tiegħu ir-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija, lill-Kummissarju Għġoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem.

 

 

(1)

Testi Adottati, P8_TA(2015)0037.

(2)

Testi Adottati, P8_TA(2014)0207.

Avviż legali