Proċedura : 2015/2957(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-1278/2015

Testi mressqa :

RC-B8-1278/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2015 - 11.6

Testi adottati :

P8_TA(2015)0417

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 419kWORD 78k
25.11.2015
PE1278/2015v01-00}
PE573.312v01-00}
PE573.314v01-00}
PE573.315v01-00} RC1
 
B8-1278/2015}
B8-1280/2015}
B8-1282/2015}
B8-1283/2015} RC1

imressqa skont l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

ALDE (B8‑1278/2015)

PPE (B8‑1280/2015)

S&D (B8‑1282/2015)

ECR (B8‑1283/2015)


dwar strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (2015/2957(RSP))


Albert Deß, Franc Bogovič, Sofia Ribeiro, Marijana Petir, Nuno Melo, Daniel Buda, Mairead McGuinness, Elisabeth Köstinger, Roberta Metsola, Pilar Ayuso, Norbert Lins, Peter Jahr, Ramón Luis Valcárcel Siso, Emil Radev, Annie Schreijer-Pierik f'isem il-Grupp PPE
Paolo De Castro, Isabelle Thomas, Eric Andrieu, Clara Eugenia Aguilera García, Viorica Dăncilă, Karin Kadenbach, Michela Giuffrida, Marlene Mizzi, Jeppe Kofod, Paul Brannen, Nicola Caputo, Maria Noichl, Marc Tarabella, Jean-Paul Denanot, Momchil Nekov, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, David Martin f'isem il-Grupp S&D
James Nicholson, Janusz Wojciechowski, Richard Ashworth, Daniel Dalton, Jørn Dohrmann, Angel Dzhambazki, Rikke Karlsson, Valdemar Tomaševski f'isem il-Grupp ECR
Fredrick Federley, Jasenko Selimovic, Ivan Jakovčić, Frédérique Ries, Jens Rohde, Ulrike Müller, Hannu Takkula f'isem il-Grupp ALDE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (2015/2957(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tat-TFUE dwar il-funzjonament tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (COM(2012)0006),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-benessri tal-annimali tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ekwi fi ħdan l-Unjoni u b'hekk għal suq intern li jiffunzjona tajjeb;

B.  billi ċ-ċittadini Ewropej għandhom interess kbir fil-benessri tal-annimali u jixtiequ jkunu jistgħu jagħmlu għażliet aktar infurmati bħala konsumaturi;

C.  billi r-regoli nazzjonali dwar il-benessri tal-annimali m'għandhomx imorru kontra l-prinċipji tas-suq uniku tal-UE;

D.  billi l-benessri tal-annimali huwa marbut mill-qrib mas-saħħa tal-annimali u mas-saħħa pubblika;

E.  billi, minħabba l-kumplessità u l-interpretazzjonijiet differenti tagħhom, ir-regoli tal-UE u dawk nazzjonali dwar il-benessri tal-annimali joħolqu inċertezza ġuridika u jistgħu jqiegħdu lill-produtturi f'ċertu Stati Membri fi żvantaġġ kompetittiv serju;

F.  billi l-livell tal-benessri tal-annimali fl-Unjoni huwa fost l-ogħla fid-dinja;

G.  billi l-benessri tal-annimali għandu jitjib aktar abbażi ta' sejbiet xjentifiċi prevalenti u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-effiċjenza u l-kompetittività tat-trobbija agrikola tal-annimali; billi standards koerenti tal-benessri tal-annimali madwar l-UE jistgħu jibbenefikaw minn definizzjoni ta' trobbija tal-annimali tajba;

H.  billi livell għoli tal-benessri tal-annimali huwa importanti biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà, għad li dan ifisser investimenti u spejjeż operattivi addizzjonali li mhumiex distribwiti b'mod proporzjonat tul il-katina alimentari;

1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta, mingħajr dewmien, il-punti pendenti tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevalwa l-istrateġija eżistenti u tfassal strateġija ġdida u ambizzjuża għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali għall-perjodu 2016-2020 sabiex tibni fuq il-ħidma tal-istrateġija preċedenti u tiżgura l-kontinwazzjoni ta' qafas biex tiggarantixxi standards għolja tal-benessri tal-annimali fost l-Istati Membri;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura qafas leġiżlattiv aġġornat, komprensiv u ċar li jimplimenta bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tat-TFUE; itenni, madankollu, li taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jitbaxxew il-livelli tal-benessri tal-annimali minħabba s-simplifikazzjoni amministrattiva; jenfasizza li dawn l-objettivi ma jeskludux lil xulxin;

4.  Jenfasizza li l-Artikolu 13 tat-TFUE huwa ta' applikazzjoni ġenerali, orizzontali, u għaldaqstant huwa importanti daqs id-dispożizzjonijiet dwar l-agrikoltura, l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur;

5.  Ifakkar li l-Parlament huwa parti fin-negozjati li għaddejjin, u adotta atti leġiżlattivi li jindirizzaw kwistjonijiet dwar il-benessri tal-annimali, bħas-saħħa tal-annimali, kundizzjonijiet żootekniċi, produzzjoni organika u kontrolli uffiċjali;

6.  Jirrikonoxxi l-isforzi li diġà saru mill-bdiewa dwar il-benessri tal-annimali fid-diversi Stati Membri;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fejn ikun hemm evidenza xjentifika ċara li turi problemi marbuta mal-benessri tal-annimal, tadatta jew tintroduċi strumenti ta' politika ġodda biex issolvi dawn il-problemi; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-benessri tal-annimali fl-Istati Membri;

8.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-implimentazzjoni effikaċi u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE relatata mal-benessri tal-annimali, minħabba l-kumplessità u l-għadd kbir ta' atti leġiżlattivi relevanti; jenfasizza li t-titjib fl-infurzar u l-konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti għandu jkun l-għan ewlieni tar-regoli kollha dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fl-istess ħin, tkun aktar ambizzjuża fir-rigward tal-inklużjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-reċiproċità tal-istandards tal-benessri tal-annimali, bħala element mhux kummerċjali fil-politika tal-kummerċ tagħha u meta tinnegozja ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali, u tippromwovi l-benessri tal-annimali f'pajjiżi terzi billi tesiġi standards ta' benessri ekwivalenti għall-annimali u l-prodotti importati flimkien ma' kontrolli stretti;

10.  Jenfasizza l-importanza ta' finanzjament xieraq għall-politika agrikola komuni li jkun kompatibbli mal-livell tal-ambizzjonijiet tagħna, sabiex tiġi evitata rilokazzjoni tal-produzzjoni u tal-kummerċ lejn pajjiżi u kontinenti bi standards aktar baxxi dwar il-benessri tal-annimali;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa, tikkondividi u xxerred l-aħjar prattiki bbażati fuq ix-xjenza u tappoġġa innovazzjoni u riċerka dwar l-iżvilupp ta' tekniki u teknoloġiji ġodda dwar il-benessri tal-annimali;

12.  Ifakkar li hemm żbilanċi fil-katina alimentari li jqiegħdu lill-produttur primarju fi żvantaġġ, u li din is-sitwazzjoni tillimita l-iskop għal investimenti fil-qasam tal-benessri tal-annimali fil-livell tal-irziezet;

13.  Ifakkar li l-produtturi huma mgħobbija wisq b'obbligi amministrattivi u li, fit-tfittxija permanenti għas-simplifikazzjoni amministrattiva, din l-istrateġija Ewropea m'għandhiex tkompli żżid il-piż li diġà jeżisti; jenfasizza l-ħtieġa għal stabbiltà u prevvedibbiltà ta' investimenti fis-settur, filwaqt li tiġi żgurata kompetizzjoni internazzjonali ġusta;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.  

 

 

(1)

ĠU C 349E, 29.11.2013, p. 62.

Avviż legali