Proċedura : 2016/2667(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0607/2016

Testi mressqa :

RC-B8-0607/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/05/2016 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0223

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 423kWORD 78k
11.5.2016
PE582.625v01-00}
PE582.626v01-00}
PE582.627v01-00}
PE582.629v01-00}
PE582.630v01-00} RC1
 
B8-0607/2016}
B8-0608/2016}
B8-0609/2016}
B8-0611/2016}
B8-0612/2016} RC1

imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

ALDE (B8-0607/2016)

PPE (B8-0608/2016)

S&D (B8-0609/2016)

ECR (B8-0611/2016)

Verts/ALE (B8-0612/2016)


dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina (2016/2667(RSP))


Iuliu Winkler, Daniel Caspary, Tokia Saïfi, Antonio Tajani, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Adam Szejnfeld, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa, Danuta Maria Hübner, Seán Kelly, Pablo Zalba Bidegain, Herbert Reul, Theodoros Zagorakis, Lara Comi, Claude Rolin, Massimiliano Salini, Françoise Grossetête, Artis Pabriks f'isem il-Grupp PPE
Eric Andrieu, Maria Arena, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nicola Caputo, Andrea Cozzolino, Nicola Danti, Isabella De Monte, Monika Flašíková Beňová, Eider Gardiazabal Rubial, Elena Gentile, Neena Gill, Michela Giuffrida, Sylvie Guillaume, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Jude Kirton-Darling, Miapetra Kumpula-Natri, Cécile Kashetu Kyenge, Bernd Lange, Arne Lietz, Juan Fernando López Aguilar, David Martin, Edouard Martin, Emmanuel Maurel, Sorin Moisă, Luigi Morgano, Alessia Maria Mosca, Momchil Nekov, Pina Picierno, Tonino Picula, Miroslav Poche, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Pedro Silva Pereira, Siôn Simon, Monika Smolková, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Julie Ward, Martina Werner, Flavio Zanonato, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho, Karoline Graswander-Hainz f'isem il-Grupp S&D
Emma McClarkin, Raffaele Fitto, Remo Sernagiotto, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR
Alexander Graf Lambsdorff, Marietje Schaake, Marielle de Sarnez, Hannu Takkula, Dita Charanzová, Johannes Cornelis van Baalen, Pavel Telička f'isem il-Grupp ALDE
Reinhard Bütikofer,Helmut Scholz, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp Verts/ALE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina (2016/2667(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  –  wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-antidumping (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea)(1),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina,

 

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina huma tnejn mill-akbar qawwiet kummerċjali fid-dinja, fejn iċ-Ċina hija t-tieni l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE u l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali taċ-Ċina, u bi flussi kummerċjali bejniethom li jisbqu sewwa l-EUR 1 biljun kull jum;

B.  billi fl-2015 l-investiment ġej miċ-Ċina lejn l-UE għall-ewwel darba qabeż l-investiment sejjer mill-UE lejn iċ-Ċina; billi s-suq Ċiniż ilu għal xi żmien il-mutur ewlieni tal-profitti għal għadd ta' industriji u marki Ewropej;

C.  billi, meta ċ-Ċina ssieħbet fid-WTO, arranġament għal din l-adeżjoni ppreveda metodoloġija speċifika għall-kalkolu tad-dumping, li ddaħħlet fit-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina u li sservi ta' bażi għat-trattament differenti li jingħata lill-importazzjonijiet miċ-Ċina;

D.  billi kwalunkwe deċiżjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-importazzjonijiet miċ-Ċina wara Diċembru 2016 għandha tiżgura l-konformità tad-dritt tal-UE mar-regoli tad-WTO;

E.  billi d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li jibqgħu fis-seħħ wara l-2016 jipprovdu bażi għall-applikazzjoni ta' metodoloġija mhux standard għall-importazzjonijiet miċ-Ċina wara l-2016;

F.  billi, fid-dawl tal-livell kurrenti ta' influwenza tal-istat fuq l-ekonomija Ċiniża, id-deċiżjonijiet tad-ditti dwar il-prezzijiet, il-kostijiet, l-outputs u l-inputs ma jirrispondux għas-sinjali tas-suq li jirriflettu l-provvista u d-domanda;

G.  billi, fil-Protokoll ta' Adeżjoni tagħha, iċ-Ċina ntrabtet li, inter alia, tippermetti li l-prezzijiet kollha tagħha jiġu ddeterminati mill-forzi tas-suq, u billi l-UE jeħtiġilha tiżgura li ċ-Ċina tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tagħha fi ħdan id-WTO;

H.  billi s-sovrakapaċità taċ-Ċina diġà qed ikollha konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali qawwija fl-UE, kif wera dan l-aħħar l-impatt negattiv fuq is-settur tal-azzar tal-UE, b'mod partikolari fir-Renju Unit, u billi l-impatt soċjali fuq l-impjiegi fl-UE tal-għoti liċ-Ċina ta' status ta' ekonomija tas-suq (MES) jaf ikun sostanzjali;

I.  billi 56 mit-73 miżura ta' antidumping li huma fis-seħħ illum fl-UE japplikaw għall-importazzjonijiet miċ-Ċina;

J.  billi l-konsultazzjoni pubblika konkluża reċentement dwar il-possibbiltà li ċ-Ċina tingħata l-istatus ta' ekonomija tas-suq tista' tipprovdi informazzjoni addizzjonali li taf tkun utli biex tiġi indirizzata l-kwistjoni;

K.  billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2012 bit-titolu "Industrija Ewropea Aktar b'Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku" tistabbilixxi l-objettiv li, sal-2020, is-sehem tal-industrija fil-PDG tal-UE jiżdied għal 20 %,

1.  Itenni l-importanza tas-sħubija strateġika tal-UE maċ-Ċina, f'liema sħubija l-kummerċ ħieles u ġust u l-investiment għandhom rwol importanti;

2.  Jenfasizza li ċ-Ċina mhijiex ekonomija tas-suq, u li l-ħames kriterji stabbiliti mill-UE għad-definizzjoni ta' ekonomiji tas-suq għadhom ma ġewx issodisfati;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoordina mas-sħab kummerċjali l-kbar tal-UE, inkluż fil-kuntest tas-Summits tal-G7 u tal-G20 li dalwaqt isiru, dwar l-aħjar mod kif jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li jibqgħu fis-seħħ wara l-2016 jingħataw tifsira ġuridika sħiħa fil-proċeduri nazzjonali tagħhom, u li nopponu kull konċessjoni unilaterali ta' MES liċ-Ċina;

4.  Jenfasizza li, fis-Summit li ġej bejn l-UE u ċ-Ċina, il-kwistjonijiet relatati mal-MES għandhom jiġu diskussi;

5.  Jitlob li l-Kummissjoni tqis kif jixraq it-tħassib espress mill-industrija, mit-trejdjunjins u minn partijiet interessati oħra tal-UE, dwar il-konsegwenzi għall-impjiegi tal-UE u għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fis-setturi kollha tal-manifattura milquta u għall-industrija tal-UE kollha kemm hi, u li tiżgura, f'dan il-kuntest, li l-impjiegi fl-UE jkunu difiżi;

6.  Huwa konvint li, sakemm iċ-Ċina ma tissodisfax il-ħames kriterji tal-UE meħtieġa biex tikkwalifika bħala ekonomija tas-suq, l-UE għandha tuża metodoloġija mhux standard f'investigazzjonijiet antidumping u antisussidji fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi fid-determinazzjoni tal-komparabbiltà tal-prezzijiet, bi qbil ma' u b'effett sħiħ ta' dawk il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni taċ-Ċina li jipprovdu spazju għall-applikazzjoni ta' metodoloġija mhux standard; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel proposta konformi ma' dan il-prinċipju;

7.  B'mod parallel, jisħaq fuq il-ħtieġa imminenti li ssir riforma ġenerali tal-istrumenti tal-Unjoni Ewropea għad-difiża tal-kummerċ, bil-għan li l-industrija tal-UE jkollha garanzija ta' kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni maċ-Ċina u ma' sħab kummerċjali oħra, fir-rispett sħiħ tar-regoli tad-WTO; jitlob li l-Kunsill iħabrek bil-ħeffa għal qbil mal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għad-difiża tal-kummerċ;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

(1)

ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

Avviż legali