Proċedura : 2016/2882(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0995/2016

Testi mressqa :

RC-B8-0995/2016

Dibattiti :

PV 15/09/2016 - 8.3
CRE 15/09/2016 - 8.3

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2016 - 11.4

Testi adottati :

P8_TA(2016)0351

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 442kWORD 94k
14.9.2016
PE589.582v01-00}
PE589.583v01-00}
PE589.584v01-00}
PE589.587v01-00}
PE589.592v01-00}
PE589.593v01-00}
PE589.597v01-00} RC1
 
B8-0995/2016}
B8-0996/2016}
B8-0997/2016}
B8-1000/2016}
B8-1005/2016}
B8-1006/2016}
B8-1010/2016} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

EFDD (B8-0995/2016)

ECR (B8-0996/2016)

PPE (B8-0997/2016)

ALDE (B8-1000/2016)

Verts/ALE (B8-1005/2016)

S&D (B8-1006/2016)

ENF (B8-1010/2016)


dwar iż-Żimbabwe (2016/2882(RSP))


Cristian Dan Preda, David McAllister, Tunne Kelam, Davor Ivo Stier, Mariya Gabriel, Laima Liucija Andrikienė, Bogdan Brunon Wenta, Ivan Štefanec, Eduard Kukan, Thomas Mann, Therese Comodini Cachia, Pavel Svoboda, Patricija Šulin, Roberta Metsola, Romana Tomc, Milan Zver, Claude Rolin, Sven Schulze, Jaromír Štětina, Giovanni La Via, József Nagy, Maurice Ponga, Michaela Šojdrová, Tomáš Zdechovský, Luděk Niedermayer, Ramona Nicole Mănescu, Lefteris Christoforou, Adam Szejnfeld, Lorenzo Cesa, Csaba Sógor, Dubravka Šuica, Elisabetta Gardini, Anna Záborská, Eva Paunova, Andrey Kovatchev, László Tőkés, Deirdre Clune, Elmar Brok, Inese Vaidere f'isem il-Grupp PPE
Pier Antonio Panzeri, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Richard Howitt, Clara Eugenia Aguilera García, Nikos Androulakis, Francisco Assis, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, Goffredo Maria Bettini, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nicola Caputo, Nessa Childers, Andi Cristea, Miriam Dalli, Isabella De Monte, Monika Flašíková Beňová, Doru-Claudian Frunzulică, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Ana Gomes, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Eva Kaili, Afzal Khan, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Krystyna Łybacka, Vladimír Maňka, Louis-Joseph Manscour, David Martin, Costas Mavrides, Sorin Moisă, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Norbert Neuser, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Siôn Simon, Monika Smolková, Tibor Szanyi, Claudia Țapardel, Marc Tarabella, Elena Valenciano, Julie Ward, Boris Zala, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D
Geoffrey Van Orden, Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Branislav Škripek, Angel Dzhambazki, Monica Macovei, Jana Žitňanská, Ryszard Antoni Legutko, Anna Elżbieta Fotyga, Tomasz Piotr Poręba, Karol Karski, Ryszard Czarnecki, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR
Hilde Vautmans, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Ilhan Kyuchyuk, Louis Michel, Nedzhmi Ali, Gérard Deprez, Marian Harkin, Urmas Paet, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Javier Nart, Marietje Schaake, Johannes Cornelis van Baalen, Hannu Takkula, Carolina Punset, Martina Dlabajová, Cecilia Wikström, Marielle de Sarnez, José Inácio Faria, Ivo Vajgl, María Teresa Giménez Barbat, Paavo Väyrynen, Ivan Jakovčić, Frédérique Ries, Petr Ježek, Charles Goerens, Jasenko Selimovic, Kaja Kallas, Filiz Hyusmenova f'isem il-Grupp ALDE
Judith Sargentini, Jean Lambert, Maria Heubuch, Heidi Hautala, Jordi Sebastià, Bart Staes, Michèle Rivasi, Barbara Lochbihler, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Igor Šoltes, Davor Škrlec, Bronis Ropė f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Piernicola Pedicini, Laura Agea, Isabella Adinolfi, Laura Ferrara, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD
Louis Aliot, Laurenţiu Rebega, Mireille D’Ornano, Mario Borghezio, Jean-Luc Schaffhauser, Marcus Pretzell, Harald Vilimsky, Barbara Kappel f'isem il-Grupp ENF
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-Żimbabwe (2016/2882(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE tat-12 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE dwar il-ħtif ta' Itai Dzamara tad-9 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/220 tal-15 ta' Frar 2016(1) li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Politiku Globali ffirmat fl-2008 mit-tliet partiti politiċi ewlenin, jiġifieri ZANU PF, MDC-T u MDC,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, li ż-Żimbabwe rratifika,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-poplu taż-Żimbabwe bata għal ħafna snin taħt reġim awtoritarju mmexxi mill-President Mugabe li jżomm is-setgħa tiegħu permezz ta' korruzzjoni, vjolenza, elezzjonijiet imbagħbsa u apparat ta' sigurtà brutali; billi l-poplu taż-Żimbabwe ma esperjenzax libertà vera f'għexieren ta' snin, u ħafna persuni taħt l-età ta' tletin sena, għalhekk, jafu biss ħajja ta' faqar u ripressjoni vjolenti;

B.  billi l-ferment qed jikber għal darb'oħra fiż-Żimbabwe, mifni bil-kriżi, fi sfond ta' nuqqas ta' likwidità, qgħad fuq skala wiesgħa, korruzzjoni mill-istat u sforzi mill-awtoritajiet biex irażżnu l-libertà tal-espressjoni u l-oppożizzjoni politika; billi d-diversi gruppi issa qed jippożizzjonaw ruħhom fi stennija għall-era post-Mugabe;

C.  billi, mill-waqgħa tal-gvern ta' koalizzjoni fl-2013, il-ħidma ta' Tendai Biti biex ġiet stabbilizzata l-ekonomija u jiżdied id-dħul tal-gvern inħattet minn ritorn għas-sistema ta' patroċinji u kleptokrazija u stat ta' biża'; billi ż-Żimbabwe issa qed jesperjenza l-agħar kriżi ekonomika mill-iperinflazzjoni tal-2008 'l hawn; billi l-gvern huwa effettivament fallut;

D.  billi minn Mejju 2016 eluf ta' dimostranti – negozjanti informali, żgħażagħ qiegħda u, issa, persuni professjonali – niżlu fit-toroq f'għadd ta' ċentri urbani madwar iż-Żimbabwe biex jipprotestaw kontra t-telf ta' impjiegi, qgħad tal-massa u l-falliment tal-gvern biex jissodisfa l-aspettattivi ekonomiċi bażiċi tan-nies, jiġifieri suq tax-xogħol li jipprovdi l-impjiegi, forza tax-xogħol pubblika li tkun imħallsa fil-ħin, munita stabbli u affidabbli, u reġim ta' prezzijiet raġonevoli; billi l-armata biss qed titħallas regolarment u b'munita ta' valur;

E.  billi l-moviment ta' protesta mmexxi mill-qassis Evan Mawarire, bl-użu tal-hashtag #ThisFlag, attira l-appoġġ tal-knejjes u l-klassi medja, li sa issa kellhom it-tendenza li jżommu 'l bogħod mill-politika tat-triq;

F.  billi fis-6 ta' Lulju 2016 il-moviment ta' oppożizzjoni #ThisFlag sejjaħ għal ġurnata nazzjonali ta' "bojkott" bi protesta kontra n-nuqqas ta' azzjoni mill-gvern kontra l-korruzzjoni, l-impunità u l-faqar; billi dan wassal sabiex numru kbir ħafna ta' ħwienet u negozji baqgħu magħluqin fil-belt kapitali u għal ripressjoni ħarxa mill-awtoritajiet;

G.  billi Promise Mkwananzi, il-mexxej ta' #Tajamuka, moviment soċjali marbut mal-bojkott ta' Lulju, li ġie arrestat u akkużat b'inċitament ta' vjolenza pubblika, inħeles bi pleġġ; billi attivista ieħor ta' #Tajamuka, Linda Masarira, ġiet arrestata matul il-protesta f'Lulju u baqgħet f'detenzjoni sa llum;

H.  billi bosta dimostrazzjonijiet issa huma organizzati permezz tal-midja soċjali, u billi l-awtoritajiet taż-Żimbabwe imblukkaw l-aċċess għall-internet u l-messaġġi bil-WhatsApp biex jostakolaw il-protesta;

I.  billi mijiet ta' persuni ġew arrestati waqt id-dimostrazzjonijiet; billi fis-26 ta' Awwissu 2016 seħħ ġlied imdemmi fil-kapitali, Harare, meta l-pulizija injoraw ordni tal-qorti u sawtu bil-lembuba eluf ta' dimostranti li kienu nġabru taħt il-patroċinju tal-Aġenda ta' Riforma Elettorali Nazzjonali (NERA) biex jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom għal riformi elettorali pendenti qabel l-elezzjonijiet nazzjonali tal-2018 mistennija b'ħerqa kbira; billi ħafna minn dawk miżmuma għadhom f'kustodja, u mhux magħruf fejn jinsabu bosta nies;

J.  billi l-President Mugabe ilu fil-poter mill-indipendenza fl-1980 u qed ifittex li jerġa' jiġi elett, u billi diversi membri tal-gvern tiegħu ddenunzjaw is-sejħiet għal riforma elettorali qabel l-elezzjonijiet tal-2018;

K.  billi l-veterani tal-ġlieda għall-indipendenza, li qabel kienu alleati mill-qrib tal-partit governanti ta' Mugabe, ibbojkottjaw id-diskors tiegħu fit-8 ta' Awwissu 2016, filwaqt li ddenunzjaw l-iskop dittatorjali tiegħu u n-nuqqas tiegħu li jsolvi l-kriżi ekonomika gravi li ilha tifni lill-pajjiż mis-sena 2000; billi l-President ikkunsidra dan il-bojkott bħala tradiment u, b'ritaljazzjoni, arresta tliet membri tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Indipendenza;

L.  billi fit-2 ta' Settembru 2016 il-pulizija invokat l-Istrument Statutorju 101A biex tipprojbixxi d-dimostrazzjonijiet kollha f'Harare ċentrali, ftit sigħat qabel 18-il partit politiku kienu lesti jagħmlu dimostrazzjoni maġġuri fil-belt kapitali;

M.  billi fis-7 ta' Settembru 2016 il-Qorti Suprema ssospendiet din il-projbizzjoni għal sebat ijiem u billi din is-sentenza waslet ftit jiem biss wara li l-President Mugabe indaħal fl-indipendenza tal-ġudikatura billi kkritika bl-aħrax lill-imħallfin taż-Żimbabwe għal sentenzi "bl-addoċċ" li ppermettew dimostrazzjonijiet kontra l-ħakma tiegħu;

N.  billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe qalet li l-għajnuna għall-ikel, mobilizzata biex tassisti lill-abitanti tal-irħula li jinsabu bil-ġuħ minħabba li kienu affettwati minn kundizzjonijiet ta' nixfa madwar il-pajjiż, kienet qed titqassam fuq bażi partiġġjana, b'uffiċjali ta' Zanu PF jiċħdu l-għajnuna għall-ikel lill-persuni li jappoġġaw il-partiti tal-oppożizzjoni; billi l-Gvern taż-Żimbabwe ddikjara stat ta' diżastru fi Frar 2016, filwaqt li hu stmat li madwar 4.5 miljun ruħ se jkunu jeħtieġu għajnuna għall-ikel minn Jannar 2017 u li massimu ta' nofs il-popolazzjoni rurali qed tiffaċċja l-ġuħ;

O.  billi d-9 ta' Marzu 2016 kien l-ewwel anniversarju tal-ħtif tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Itai Dzamara; billi l-Qorti Suprema ordnat lill-gvern ifittex lil Dzamara u jirrapporta l-progress lill-Qorti kull ħmistax sakemm jiġi determinat fejn jinsab;

P.  billi ż-Żimbabwe huwa firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou, li l-Artikolu 96 tiegħu jistipula li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huwa element essenzjali tal-kooperazzjoni AKP-UE,

Q.  billi numru żgħir ta' miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim taż-Żimbabwe ġġeddu fi Frar 2016 sal-20 ta' Frar 2017; billi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar se jkomplu japplikaw għall-President Mugabe, Grace Mugabe, u għall-Industriji tad-Difiża taż-Żimbabwe; billi l-embargo fuq l-armi se jibqa' fis-seħħ. billi l-UE preċedentement kienet neħħiet ir-restrizzjonijiet fuq 78 persuna u 8 entitajiet;

R.  billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali (NIP) għaż-Żimbabwe ġie allokat EUR 234 miljun għall-perjodu 2014-2020 taħt il-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, biex dawn il-flejjes jiġu ffukati fuq tliet setturi ewlenin, jiġifieri s-saħħa, l-iżvilupp ekonomiku bbażat fuq l-agrikultura, u l-governanza u l-bini ta' istituzzjonijiet;

1.  Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda fil-vjolenza kontra d-dimostranti fiż-Żimbabwe f'dawn l-aħħar xhur; jinnota b'allarm il-projbizzjoni ta' xahar imħabbra dan l-aħħar fuq id-dimostrazzjonijiet; jistieden lill-gvern u lill-partijiet kollha fiż-Żimbabwe jirrispettaw id-dritt ta' dimostrazzjoni paċifika sabiex jiġi indirizzat tħassib ġenwin, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jinvestigaw allegazzjonijiet ta' użu eċċessiv tal-forza u abbużi oħra kontra d-drittijiet tal-bniedem minn elementi fi ħdan il-pulizija taż-Żimbabwe, u jżommuhom responsabbli;

2.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fl-għadd ta' arresti arbitrarji ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u legali, u jħeġġeġ li l-istat tad-dritt jiġi rrispettat u li tiġi ppreservata l-kostituzzjoni;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet;

4.  Jikkundanna d-dikjarazzjonijiet reċenti li saru mill-President Mugabe, fejn attakka l-ġudikatura taż-Żimbabwe, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet fiż-Żimbabwe sabiex ma jinterferixxux mal-indipendenza tal-ġudikatura;

5.  Ifakkar li, skont il-Ftehim Politiku Globali, iż-Żimbabwe impenja ruħu li jiżgura li kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll il-proċeduri u l-prattiki tiegħu jkunu konformi mal-prinċipji u l-liġijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertajiet ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni;

6.  Jiġbed l-attenzjoni lejn is-sitwazzjoni partikolari ta' ħafna nisa fiż-Żimbabwe u l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet tan-nisa;

7.  Jemmen li t-tneħħija tal-biċċa l-kbira tal-miżuri restrittivi kien prematur u li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw jerġgħu jimponu ċerti miżuri, filwaqt li jagħmluha ċara li dawn se jitneħħew u li se jkun disponibbli pakkett ta' assistenza ladarba ż-Żimbabwe jkun biċ-ċar fi triqtu lejn id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jispeċifikaw, b'mod partikolari, li se tiġi pprovduta assistenza biex tappoġġa proċess elettorali ħieles u ġust u r-riforma tal-pulizija;

8.  Jitlob li jkun hemm tranżizzjoni paċifika tas-setgħa bbażata fuq proċess elettorali ħieles u ġust, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem sabiex tiġi żviluppata demokrazija ħielsa, prospera u pluralista;

9.  Jikkundanna bil-qawwa l-imblukkar tal-għajnuna għall-ikel biex isir gwadann politiku; jenfasizza t-tħassib tiegħu dwar kwalunkwe miżura oħra li tagħmel ħsara lill-produzzjoni agrikola, u jitlob li jittieħdu passi sabiex tittejjeb is-sigurtà tal-ikel;

10.  Jesprimi t-tħassib kontinwu tiegħu dwar il-ħtif ta' Itai Dzamara; jitlob li l-habeas corpus jiġi rispettat u li dawk responsabbli għall-ħtif tiegħu jitressqu quddiem il-ġustizzja;

11.  Jinsisti li l-UE għandha tiżgura li l-fondi allokati liż-Żimbabwe għall-Programm Indikattiv Nazzjonali tiegħu jindirizzaw b'mod effettiv l-oqsma kkonċernati, u jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe jippermetti lill-Kummissjoni aċċess mingħajr xkiel għall-proġetti ffinanzjati mill-UE u biex isaħħaħ id-disponibilità tiegħu għal assistenza teknika għal proġetti u programmi miftiehma b'mod konġunt;

12.  Jenfasizza li huwa importanti għall-UE li tibda djalogu politiku mal-awtoritajiet taż-Żimbabwe skont l-Artikoli 8 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou, u b'hekk tikkonferma l-impenn tagħha biex tappoġġa lill-popolazzjoni lokali;

13.  Iħeġġeġ il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u lill-Commonwealth jerġgħu jimpenjaw ruħhom biex jgħinu liż-Żimbabwe jerġa' jaqbad it-triq tad-demokrazija;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Gvern u lill-Parlament taż-Żimbabwe, lill-gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, lill-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.

 

 

(1)

ĠU L 40, 17.2.2016, p. 11

Avviż legali