Proċedura : 2016/2912(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-1068/2016

Testi mressqa :

RC-B8-1068/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/10/2016 - 5.3

Testi adottati :

P8_TA(2016)0380

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 442kWORD 99k
5.10.2016
PE589.657v01-00}
PE589.658v01-00}
PE589.661v01-00}
PE589.666v01-00}
PE589.668v01-00}
PE589.671v01-00}
PE589.670v01-00} RC1
 
B8-1068/2016}
B8-1069/2016}
B8-1072/2016}
B8-1077/2016}
B8-1079/2016}
B8-1082/2016}
B8-1081/2016} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

EFDD (B8-1068/2016)

PPE (B8-1069/2016)

S&D (B8-1072/2016)

GUE/NGL (B8-1077/2016)

ALDE (B8-1079/2016)

ECR (B8-1082/2016)

Verts/ALE (B8-1081/2016)


dwar it-Tajlandja, b'mod partikolari s-sitwazzjoni ta' Andy Hall (2016/2912(RSP))


Cristian Dan Preda, Jeroen Lenaers, Davor Ivo Stier, Elmar Brok, Roberta Metsola, Tunne Kelam, Patricija Šulin, Ivan Štefanec, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jaromír Štětina, Pavel Svoboda, Ildikó Gáll-Pelcz, Milan Zver, Romana Tomc, Claude Rolin, Tomáš Zdechovský, Lefteris Christoforou, Michaela Šojdrová, Thomas Mann, Stanislav Polčák, Marijana Petir, Eduard Kukan, Laima Liucija Andrikienė, Giovanni La Via, Bogdan Brunon Wenta, Adam Szejnfeld, József Nagy, Csaba Sógor, Dubravka Šuica, Andrey Kovatchev, Ramona Nicole Mănescu, Jiří Pospíšil, Seán Kelly, Eva Paunova, Therese Comodini Cachia, Elisabetta Gardini, David McAllister, Sven Schulze, Deirdre Clune, Brian Hayes, Krzysztof Hetman, László Tőkés f'isem il-Grupp PPE
Pier Antonio Panzeri, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Josef Weidenholzer, Richard Howitt, Eric Andrieu, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Nicola Caputo, Andrea Cozzolino, Miriam Dalli, Nicola Danti, Isabella De Monte, Doru-Claudian Frunzulică, Eider Gardiazabal Rubial, Enrico Gasbarra, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Norbert Neuser, Demetris Papadakis, Vincent Peillon, Pina Picierno, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Daciana Octavia Sârbu, Siôn Simon, Monika Smolková, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Michela Giuffrida, Theresa Griffin, Sylvie Guillaume, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Agnes Jongerius, Afzal Khan, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Cécile Kashetu Kyenge, Krystyna Łybacka, Vladimír Maňka, David Martin, Tibor Szanyi, Paul Tang, Claudia Țapardel, Marc Tarabella, Elena Valenciano, Julie Ward, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho, Brando Benifei f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Antoni Legutko, Karol Karski, Ryszard Czarnecki, Anna Elżbieta Fotyga, Jana Žitňanská, Ruža Tomašić, Arne Gericke, Branislav Škripek, Angel Dzhambazki, Notis Marias, Pirkko Ruohonen-Lerner, Monica Macovei f'isem il-Grupp ECR
Morten Løkkegaard, Pavel Telička, Ilhan Kyuchyuk, Beatriz Becerra Basterrechea, María Teresa Giménez Barbat, Marietje Schaake, Javier Nart, Urmas Paet, Ivo Vajgl, Carolina Punset, Petr Ježek, Petras Auštrevičius, Gérard Deprez, Nedzhmi Ali, Marian Harkin, Dita Charanzová, Marielle de Sarnez, Ivan Jakovčić, Martina Dlabajová, Paavo Väyrynen, Jasenko Selimovic, José Inácio Faria, Hilde Vautmans, Izaskun Bilbao Barandica, Louis Michel, Nathalie Griesbeck, Hannu Takkula, Anneli Jäätteenmäki, Filiz Hyusmenova, Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp ALDE
Lola Sánchez Caldentey, Xabier Benito Ziluaga, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Miguel Urbán Crespo, Barbara Spinelli, Merja Kyllönen, Kateřina Konečná, Marie-Christine Vergiat f'isem il-Grupp GUE/NGL
Heidi Hautala, Barbara Lochbihler, Reinhard Bütikofer, Igor Šoltes, Bodil Valero, Ernest Urtasun, Davor Škrlec, Bronis Ropė, Josep-Maria Terricabras, Indrek Tarand, Maria Heubuch f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Marco Zanni, Rolandas Paksas, Isabella Adinolfi, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Tajlandja, b'mod partikolari l-każ ta' Andy Hall  (2016/2912(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tajlandja, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Mejju 2010(1), tas-6 ta' Frar 2014(2), tal-21 ta' Mejju 2015(3) u tat-8 ta' Ottubru 2015(4),

–  wara li kkunsidra t-tweġiba tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, tad-19 ta' Novembru 2015, f'isem il-Kummissjoni, dwar is-sitwazzjoni tas-Sur Andy Hall,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet maħruġa mid-Delegazzjoni tal-UE fit-Tajlandja, bi ftehim mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-UE fit-Tajlandja tal-14 ta' Novembru 2014,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-20 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Maurizio Bussi, Direttur Nazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol għat-Tajlanda, il-Kambodja u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos tal-21 ta' Settembru 2016 dwar il-kundanna tal-attivist tad-drittijiet tax-xogħol, Andy Hall, fit-Tajlandja,

–  wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali tat-Tajlandja li tressaq quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, tal-11 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2014 dwar il-Migrazzjoni fit-Tajlandja mfassal mill-Grupp ta' Ħidma Tematiku tan-NU dwar il-Migrazzjoni,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998 u r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/70/161 tas-17 Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, li t-Tajlandja hija Stat firmatarju tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja tat-18 ta' Novembru 2012,

−  wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-difensur tad-drittijiet tal-ħaddiema, is-Sur Andy Hall, li huwa ċittadin tal-UE, fl-20 ta' Settembru 2016 ingħata sentenza sospiża ta' tliet snin priġunerija u multa ta' THB 150 000 wara li kkontribwixxa għal rapport maħruġ mill-NGO Finlandiża, Finnwatch, li żvela ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema f'impjant Tajlandiż tal-ipproċessar tal-ananas, Natural Fruit Company Ltd;

B.  billi Andy Hall kien formalment akkużat b'diffamazzjoni kriminali u bi kriminalità tal-informatika fir-rigward tal-pubblikazzjoni online tar-rapport, u billi ż-żewġ kawżi kriminali tas-Sur Hall tħallew jiġu pproċessati mis-sistema ġudizzjajra Tajlandiża;

C.  billi għadd ta' każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema mwettqa mill-kumpanija kienu ġew identifikati mill-Ministeru Tajlandiż għax-Xogħol u minn impjegati ta' Natural Fruit Company Ltd matul udjenzi ġudizzjarji preċedenti;

D.  billi, fit-18 ta' Settembru 2015, il-Qorti Prakanong ta' Bangkok, f'deċiżjoni favur is-Sur Hall, ikkonfermat iċ-ċaħda tal-proċedimenti l-oħra ta' diffamazzjoni kriminali miġjuba kontrih, li ġew appellati minn Natural Company Ltd u mill-Avukat Ġenerali Tajlandiż u li bħalissa jinstabu pendenti quddiem il-Qorti Suprema; billi ż-żewġ proċedimenti ċivili ġew sospiżi sakemm jiġu riżolti ż-żewġ proċedimenti kriminali;

E.  billi, skont rapporti fil-midja internazzjonali u Tajlandiża, il-Migrant Worker Rights Network (MWRN), organizzazzjoni li s-Sur Hall huwa l-konsulent tagħha, kif ukoll is-Sur Hall innifsu flimkien ma' 14-il ħaddiem ta' razzett tat-tiġieġ mill-Myanmar/Burma, qegħdin jiffaċċaw theddid ta' kawżi simili ta' diffamazzjoni kriminali u ta' kriminalità tal-informatika minn fornitur Tajlandiż tat-tiġieġ lejn is-suq Ewropew;

F.  billi, fit-28 ta' Settembru 2016, l-awtoritajiet Tajlandiżi ostakolaw il-preżentazzjoni u t-tnedija fil-pubbliku, minn għadd ta' esperti u riċerkaturi barranin tad-drittijiet tal-bniedem, tal-aħħar rapport ta' riċerka ta' Amnesty International, li jiddokumenta tortura jew abbuż regolari tal-avversarji politiċi, tal-ħaddiema migranti, tar-ribelli suspettati u ta' persuni oħrajn fil-bażijiet militari, fl-għases tal-pulizija u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni;

G.  billi l-użu sproporzjonat tal-liġijiet dwar id-diffamazzjoni kriminali, li jġorru magħhom pieni ta' priġunerija, kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jirrapportaw allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jillimita l-libertà tal-espressjoni bi ksur tal-obbligi tat-Tajlandja skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li hija Stat firmatarju tiegħu;

H.  billi hemm kważi erba' miljun barrani jgħixu fit-Tajlandja, li 2,7 miljun minnhom ġejjin mill-Kambodja, mil-Laos jew mill-Myanmar/Burma; billi l-permessi tax-xogħol ilhom jinħarġu lill-migranti minn dawn il-pajjiżi sa mill-2001, iżda billi għad hemm aktar minn miljun ħaddiem migrant mhux reġistrat fil-pajjiż;

I.  billi, skont il-Human Rights Watch, fid-dikjarazzjoni tagħha tat-18 ta' Settembru 2016, id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tal-ħaddiema migranti fit-Tajlandja mill-Myanmar/Burma, mill-Kambodja, u mil-Laos li jaħdmu fit-Tajlanda ilhom jiġu miksura b'impunità matul is-snin, u l-ħaddiema migranti ta' spiss jirċievu ftit li xejn jew l-ebda protezzjoni mil-liġijiet Tajlandiżi tax-xogħol, minkejja dikjarazzjonijiet min-naħa tal-gvern li l-ħaddiema migranti kollha legalment reġistrati se jingħataw protezzjoni taħt dawn il-liġijiet;

J.  billi t-Tajlandja bdiet timplimenta Memorandum ta' Qbil dwar il-kooperazzjoni fl-impjieg ta' ħaddiema mal-Kambodja u l-Laos fl-2006, u mal-Myanmar/Burma fl-2009; billi, skont is-sistema tal-Memorandum ta' Qbil, il-ħaddiema jistgħu jiksbu offerti ta' impjieg u dokumenti ta' vvjaġġar qabel jemigraw lejn it-Tajlandja, iżda 5 % biss tal-ħaddiema minn dawn il-pajjiżi għaddew mill-proċess tal-Memorandum ta' Qbil;

1.  Jilqa' l-impenn qawwi tal-UE lejn il-poplu Tajlandiż, li miegħu l-UE għandha rabtiet politiċi, ekonomiċi u kulturali b'saħħithom u dejjiema;

2.  Jiddispjaċih dwar il-verdett ta' ħtija kontra Andy Hall, u jesprimi tħassib dwar il-proċess ġudizzjarju u dwar kif dan jista' jaffettwa l-libertà tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jagħmlu xogħolhom;

3.  Jistieden lill-Gvern Tajlandiż biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa ħalli jiżgura li d-drittijiet – inkluż id-dritt ta' proċess ġust – tas-Sur Hall u ta' difensuri oħra tad-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati u protetti, kif ukoll biex joħloq ambjent favorevoli għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari, jiżgura li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ma jiġux kriminalizzati;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet Tajlandiżi biex jiżguraw li l-liġijiet tal-pajjiż dwar id-diffamazzjoni jkunu konformi mal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li t-Tajlandja hija Stat firmatarju tiegħu, u biex jirrevedu l-Att dwar il-Kriminalità tal-Informatika, li d-diċitura attwali tiegħu hija vaga ħafna;

5.  Jifraħ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-ħidma tiegħu fil-każ ta' Andy Hall, u jħeġġu jkompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tqajjem il-kwistjoni mal-Gvern Tajlandiż matul il-Laqgħa Ministerjali li jmiss tal-ASEAN-UE f'Bangkok;

6.  Jistieden lill-Gvern Tajlandiż u lill-istituzzjonijiet tal-Istat jikkonformaw mal-kostituzzjoni u l-obbligi internazzjonali tat-Tajlandja fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura, id-dritt għal proċess dovut tal-liġi u proċess ġust u d-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni, assoċjazzjoni u għaqda paċifika;

7.  Jirrikonoxxi l-progress li għamel il-Gvern Tajlandiż fir-rigward tal-ġlieda kontra l-isfruttament tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-ħaddiema nazzjonali u migranti, kif evidenzjat, b'mod partikolari, minn sistema rinfurzata ta' spezzjoni tax-xogħol, leġiżlazzjoni li tkopri l-aġenziji tax-xogħol, miżuri li jimpedixxu l-jasar tad-dejn u t-traffikar tal-bnedmin, politika ta' sanzjonijiet aktar b'saħħitha dwar l-abbużi fil-qasam tax-xogħol, ir-ratifika tal-Konvenzjoni Nru 187 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u l-iffirmar f'Marzu 2016 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet Tajlandiżi jadottaw u jimplimentaw, fil-liġi u fil-prattika, politika ta' immigrazzjoni li tkun olistika u li jkollha perspettiva fit-tul għall-ħaddiema migranti b'livell baxx ta' ħiliet skont il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u fl-istess ħin iqisu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; jissuġġerixxi, f'dan il-kuntest, li, bħala l-ewwel pass, jiġi rivedut l-Att dwar ir-Relazzjonijiet tax-Xogħol, bl-għan li jiġi żgurat li l-ħaddiema migranti jgawdu l-istess dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni bħaċ-ċittadini Tajlandiżi;

9.  Jappella għall-protezzjoni tal-ħaddiema migranti permezz ta' inċentivi aktar b'saħħithom għal dawk li jħaddmu sabiex jiġu involuti fil-proċess ta' regolarizzazzjoni, filwaqt li jingħataw multi għolja jew pieni oħra kontra dawk li jħaddmu li ma jinvolvux ruħhom fil-proċess ta' regolarizzazzjoni jew li jkunu fi ksur tal-liġi tax-xogħol;

10.  Jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lid-Delegazzjoni tal-UE f'Bangkok, kif ukoll lid-delegazzjonijiet tal-Istati Membri, biex ikomplu jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tajlandja, u jkomplu bl-involviment tagħhom mal-gvern u s-soċjetà ċivili u jużaw kwalunkwe strument disponibbli biex jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt fit-Tajlandja;

11.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li kumpaniji stabbiliti fit-territorji tagħhom li jagħmlu negozju fit-Tajlandja jirrispettaw l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, permezz ta' monitoraġġ u rapportar trasparenti, b'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, u jilqa' l-appoġġ li l-grupp kummerċjali Finlandiż, S Group, ta lil Andy Hall;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Tajlandja, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja.

 

 

 

(1)

ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 152.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2014)0107.

(3)

ĠU C 353, 27.9.2016, p. 52.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2015)0343.

Avviż legali