Proċedura : 2016/2993(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-1276/2016

Testi mressqa :

RC-B8-1276/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2016 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0450

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 426kWORD 51k
23.11.2016
PE593.710v01-00}
PE593.711v01-00}
PE593.712v01-00}
PE593.715v01-00}
PE593.716v01-00}
PE593.717v01-00} RC1
 
B8-1276/2016}
B8-1277/2016}
B8-1278/2016}
B8-1281/2016}
B8-1282/2016}
B8-1283/2016} RC1

imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

Verts/ALE (B8-1276/2016)

ALDE (B8-1277/2016)

GUE/NGL (B8-1278/2016)

ECR (B8-1281/2016)

PPE (B8-1282/2016)

S&D (B8-1283/2016)


dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija (2016/2993(RSP))


Cristian Dan Preda, Renate Sommer, Elmar Brok, Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE
Gianni Pittella, Kati Piri, Knut Fleckenstein, Eric Andrieu, Nikos Androulakis, Maria Arena, Zigmantas Balčytis, Brando Benifei, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Nicola Caputo, Nicola Danti, Isabella De Monte, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvie Guillaume, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Agnes Jongerius, Eva Kaili, Cécile Kashetu Kyenge, Krystyna Łybacka, Vladimír Maňka, Costas Mavrides, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Demetris Papadakis, Vincent Peillon, Pina Picierno, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Tibor Szanyi, Paul Tang, Marc Tarabella, Elena Valenciano, Julie Ward, Boris Zala, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Angel Dzhambazki, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR
Guy Verhofstadt, Alexander Graf Lambsdorff, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Marielle de Sarnez, Martina Dlabajová, José Inácio Faria, María Teresa Giménez Barbat, Nathalie Griesbeck, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Louis Michel, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Hannu Takkula, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Hilde Vautmans, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE
Takis Hadjigeorgiou, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Barbara Spinelli, Neoklis Sylikiotis, Eleonora Forenza, Marie-Christine Vergiat, Younous Omarjee, Sofia Sakorafa, Helmut Scholz, Marisa Matias, Miguel Urbán Crespo, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga, Lola Sánchez Caldentey, Estefanía Torres Martínez f'isem il-Grupp GUE/NGL
Rebecca Harms, Ska Keller, Bodil Valero, Ernest Maragall, Ulrike Lunacek, Barbara Lochbihler, Josep-Maria Terricabras, Helga Trüpel, Igor Šoltes, Heidi Hautala, Bart Staes, Molly Scott Cato, Judith Sargentini, Klaus Buchner, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija (2016/2993(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija(1) u tal-14 ta' April 2016 dwar ir-rapport 2015 dwar it-Turkija(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2016 dwar it-Turkija, ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Novembru 2016 (SWD(2016)0366),

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar tal-UE għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2016 dwar it-Turkija,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)(3),

–  wara li kkunsidra d-dritt għal-libertà tal-espressjoni minqux fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li tagħhom it-Turkija hija stat parti,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Lulju 2016 mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar miżuri meħuda taħt l-istat ta' emerġenza fit-Turkija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ikkundannaw bil-qawwa l-kolp ta' stat militari fallut fit-Turkija u rrikonoxxew ir-responsabbiltà leġittima tal-awtoritajiet Torok li jipprosegwixxu lil dawk responsabbli u involuti f'dan l-attentat;

B.  billi t-Turkija hija sieħba importanti u, bħala pajjiż kandidat, mistennija tirrispetta l-ogħla standards tad-demokrazija, inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt, tal-libertajiet fundamentali u tad-dritt universali għal proċess ġust; billi t-Turkija ilha membru tal-Kunsill tal-Ewropa mill-1950 u għaldaqstant hija marbuta bil-KEDB;

C.  billi l-miżuri repressivi tal-Gvern Tork taħt l-istat ta' emerġenza huma sproporzjonati u jmorru kontra d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi protetti mill-Kostituzzjoni Torka, il-valuri demokratiċi li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea u l-ICCPR; billi, mill-attentat ta' kolp 'il hawn, l-awtoritajiet arrestaw 10 membri tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka li jappartjenu għall-partit tal-oppożizzjoni HDP u madwar 150 ġurnalist (l-akbar għadd ta' arresti ta' dan it-tip fid-dinja); billi 2 386 imħallef u prosekutur u 40 000 persuna oħra ġew detenuti, li minnhom aktar minn 31 000 għadhom arrestati; billi 129 000 impjegat pubbliku għadhom jew sospiżi (66 000) jew tkeċċew (63 000), skont ir-rapport 2016 tal-Kummissjoni dwar it-Turkija, u billi l-parti l-kbira ta' dawn sal-lum għadha ma saritilhom l-ebda akkuża formali;

D.  billi l-President Erdogan u membri tal-Gvern Tork ripetutament għamlu dikjarazzjonijiet dwar ir-reintroduzzjoni tal-piena tal-mewt; billi l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Lulju 2016 dwar it-Turkija, fakkar li r-rifjut inekwivoku tal-piena tal-mewt huwa element essenzjali tal-acquis tal-Unjoni;

E.  billi tqajjem tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet tal-persuni detenuti u arrestati wara l-attentat ta' kolp ta' stat u dwar ir-restrizzjonijiet severi fuq il-libertà tal-espressjoni u fuq l-istampa u l-midja fit-Turkija;

F.  billi l-paragrafu 5 tal-Qafas ta' Negozjar jistipula li, fil-każ ta' ksur serju u persistenti fit-Turkija tal-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt li fuqhom l-Unjoni hija msejsa, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' terz mill-Istati Membri, għandha tirrakkomanda s-sospensjoni tan-negozjati u tipproponi l-kundizzjonijiet biex dawn eventwalment jissuktaw;

G.  billi waqfien temporanju tan-negozjati jkun ifisser li t-taħditiet kurrenti jiġu ffriżati, li ma jinfetaħ l-ebda kapitolu ġdid u li ma tittieħed l-ebda inizjattiva ġdida bi rbit mal-Qafas ta' Negozjar tal-UE għat-Turkija;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-miżuri repressivi sproporzjonati li ilhom jittieħdu fit-Turkija mill-falliment tal-kolp ta' stat f'Lulju 2016; għadu impenjat li jżomm lit-Turkija ankrata mal-UE; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri, madankollu, jagħtu bidu għall-iffriżar temporanju tan-negozjati ta' adeżjoni li għaddejjin mat-Turkija;

2.  Jimpenja ruħu li jerġa' jeżamina l-pożizzjoni tiegħu meta l-miżuri sproporzjonati taħt l-istat ta' emerġenza fit-Turkija jitneħħew; se jibbaża l-analiżi tiegħu fuq jekk l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jkunux reġgħu ġew stabbiliti fil-pajjiż kollu; iqis li żmien xieraq biex jagħti bidu għal tali rieżami jkun meta jitneħħa l-istat ta' emerġenza;

3.  Itenni li reintroduzzjoni tal-piena tal-mewt mill-Gvern Tork jkollha twassal għal sospensjoni formali tal-proċess ta' adeżjoni;

4.  Jinnota li, sal-lum, it-Turkija ma wettqitx sebgħa mit-72 punt ta' riferiment tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, li wħud minnhom huma ta' importanza partikolari;

5.  Jinnota li t-titjib tal-unjoni doganali huwa importanti għat-Turkija; jenfasizza li s-sospensjoni tal-ħidma fuq it-titjib tal-unjoni doganali jkollha konsegwenzi ekonomiċi serji għall-pajjiż;

6.  Jitlob li l-Kummissjoni tirrifletti fuq l-aħħar żviluppi fit-Turkija fir-rapport ta' rieżami ta' nofs it-terminu tal-IPA, li huwa previst għall-2017; jitlob li l-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li s-soċjetà ċivili Torka tingħata aktar appoġġ taħt l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Kummissjoni ta' Venezja biex joffru assistenza ġudizzjarja addizzjonali lill-awtoritajiet Torok;

8.  Jissottolinja l-importanza strateġika tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija għaż-żewġ naħat; jirrikonoxxi li, filwaqt li t-Turkija hija sieħba importanti tal-UE, ir-rieda politika li jkun hemm kooperazzjoni trid tiġi miż-żewġ naħat tas-sħubija; jemmen li t-Turkija mhijiex turi din ir-rieda politika, peress li l-azzjonijiet tal-gvern qed ikomplu jiddevjaw lit-Turkija minn triqitha lejn l-Ewropa;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija.

 

 

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0423.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0133.

(3)

ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11.

Avviż legali