Proċedura : 2016/3027(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-1345/2016

Testi mressqa :

RC-B8-1345/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2016 - 6.2

Testi adottati :

P8_TA(2016)0506

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 454kWORD 60k
14.12.2016
PE596.615v01-00}
PE596.618v01-00}
PE596.622v01-00}
PE596.624v01-00}
PE596.627v01-00}
PE596.630v01-00}
PE596.633v01-00} RC1
 
B8-1345/2016}
B8-1348/2016}
B8-1352/2016}
B8-1354/2016}
B8-1357/2016}
B8-1360/2016}
B8-1363/2016} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

ECR (B8-1345/2016)

EFDD (B8-1348/2016)

Verts/ALE (B8-1352/2016)

GUE/NGL (B8-1354/2016)

PPE (B8-1357/2016)

ALDE (B8-1360/2016)

S&D (B8-1363/2016)


dwar is-sitwazzjoni tal-minoranza Rohingya fil-Myanmar (2016/3027(RSP))


Cristian Dan Preda, Elmar Brok, Jeroen Lenaers, Eva Paunova, Thomas Mann, Stanislav Polčák, Luděk Niedermayer, Tomáš Zdechovský, Lefteris Christoforou, Bogdan Brunon Wenta, Csaba Sógor, Ivan Štefanec, Pavel Svoboda, Marijana Petir, Tunne Kelam, Romana Tomc, Milan Zver, Eduard Kukan, Jaromír Štětina, Giovanni La Via, Dubravka Šuica, Ildikó Gáll-Pelcz, David McAllister, Sven Schulze, Laima Liucija Andrikienė, Michaela Šojdrová, Deirdre Clune, József Nagy, Adam Szejnfeld, Brian Hayes, László Tőkés, Ivana Maletić, Ivo Belet, Therese Comodini Cachia, Patricija Šulin, Lars Adaktusson, Krzysztof Hetman, Seán Kelly, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Andrey Kovatchev, Jiří Pospíšil f'isem il-Grupp PPE
Pier Antonio Panzeri, Ana Gomes, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Josef Weidenholzer, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Soledad Cabezón Ruiz, Andrea Cozzolino, Andi Cristea, Nicola Danti, Isabella De Monte, Doru-Claudian Frunzulică, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Neena Gill, Theresa Griffin, Sylvie Guillaume, Cătălin Sorin Ivan, Liisa Jaakonsaari, Afzal Khan, Jeppe Kofod, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Krystyna Łybacka, David Martin, Costas Mavrides, Alex Mayer, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Demetris Papadakis, Pavel Poc, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Daciana Octavia Sârbu, Monika Smolková, Tibor Szanyi, Claudia Țapardel, Marc Tarabella, Julie Ward, Boris Zala, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D
Amjad Bashir, Charles Tannock, Monica Macovei, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba, Anna Elżbieta Fotyga, Arne Gericke, Angel Dzhambazki, Branislav Škripek, Notis Marias, Ruža Tomašić, Karol Karski f'isem il-Grupp ECR
Urmas Paet, Gérard Deprez, Nedzhmi Ali, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Marielle de Sarnez, Martina Dlabajová, María Teresa Giménez Barbat, Nathalie Griesbeck, Marian Harkin, Filiz Hyusmenova, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Ilhan Kyuchyuk, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Hannu Takkula, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen, Cecilia Wikström, Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp ALDE
Marie-Christine Vergiat, Kateřina Konečná, Barbara Spinelli, Merja Kyllönen, Lola Sánchez Caldentey, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Xabier Benito Ziluaga, Miguel Urbán Crespo f'isem il-Grupp GUE/NGL
Jean Lambert, Heidi Hautala f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Marco Zanni, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-minoranza Rohingya fil-Myanmar (2016/3027(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Myanmar u dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya, b'mod partikolari dik tas-7 ta’ Lulju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE fir-rigward tal-Myanmar/Burma tal-20 ta’ Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Elementi għal Strateġija tal-UE fil-konfront tal-Mjanmar/Burma: sħubija speċjali għad-demokrazija, il-paċi u l-prosperità”,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar l-assunzjoni tal-kariga tal-Gvern il-ġdid tal-Unjoni tal-Myanmar,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Kelliem dwar iż-żieda reċenti tal-vjolenza fil-Myanmar tat-2 ta’ Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta għall-istampa dwar it-tielet Djalogu bejn l-UE u l-Myanmar dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-25 ta’ Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-apolidija tal-4 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra t-tgħarrif reċenti tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar, rispettivament tad-29 u tat-18 ta’ Novembru 2016, dwar is-sitwazzjoni deterjoranti tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tramuntana tal-Istat ta’ Rakhine,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem bit-titolu “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-Musulmani Rohingya u minoranzi oħrajn fil-Myanmar/Burma” tal-20 ta’ Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti fl-24 ta’ Marzu 2016 (31/24), bit-titolu “Is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Myanmar”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tat-18 ta’ Awwissu 2016 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi tal-1954 u l-Konvenzjoni dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tal-1961,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni Globali tal-UNHCR 2014-1924 biex Tintemm l-Apolidija,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 18 sa 21 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Karta tal-ASEAN,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Parlamentari għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) ta' April 2015 bit-titolu "Il-kriżi tar-Rohingya u r-riskju ta' atroċitajiet fil-Myanmar/Burma: sfida għall-ASEAN u appell għal azzjoni”,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, fir-rapport tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2016, iddeskriva l-ksur serju u kontinwu tad-drittijiet kontra r-Rohingya, inklużi l-privazzjoni arbitrarja tan-nazzjonalità, li tagħmilhom mingħajr Stat, restrizzjonijiet severi tal-libertà ta' moviment, theddid għall-ħajja u s-sigurtà, iċ-ċaħda tad-drittijiet għas-saħħa u l-edukazzjoni, ix-xogħol furzat, il-vjolenza sesswali u limitazzjonijiet fuq id-drittijiet politiċi tagħhom, "li jistgħu jitqiesu bħala delitti kontra l-umanità"; billi s-Sur Al Hussein indika li r-Rohingya huma esklużi minn bosta professjonijiet u jeħtieġu dokumenti speċjali biex ikollhom aċċess għall-isptarijiet, u dan wassal għal dewmien u għall-imwiet ta' trabi u ta' ommijiethom waqt il-ħlas; billi John McKissick, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Aġenzija tar-Rifuġjati tan-NU fil-belt tal-Bangladesh bl-isem ta’ Cox’s Bazar, reċentement stqarr li l-Myanmar qed jipprova jwettaq tindif etniku tal-minoranza ta’ Musulmani Rohingya mit-territorju tiegħu; billi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-minoranza Rohingya jammonta għal kastig kollettiv;

B.  billi fid-9 ta’ Ottubru 2016 irġiel armati attakkaw tliet stakkamenti tal-pulizija qrib il-fruntiera tal-Bangladesh, u qatlu disa’ uffiċjali tal-pulizija filwaqt li serqu ħafna armi; billi l-Gvern tal-Myanmar qal li l-irġiel armati kienu membri tal-milizzja Rohingya u, wara dan, iddikjarat id-distrett ta’ Maungdaw bħala “żona ta’ operazzjoni” b’restrizzjonijiet fil-ħin u restrizzjonijiet severi oħra, inkluż għall-ġurnalisti u l-osservaturi minn barra, li mhumiex jitħallew jaċċedu għaż-żona;

C.  billi skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, is-sorsi lokali jirrappurtaw abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tal-gvern fl-hekk imsejħa żona ta’ operazzjoni; billi l-Gvern tal-Myanmar irrapporta l-mewt ta’ 69 persuna li kienu allegatament attivisti militanti u 17-il membru tal-forzi tas-sigurtà, dikjarazzjoni li ma tistax tiġi verifikata b’mod indipendenti minħabba restrizzjonijiet ta’ aċċess;

D.  billi fit-3 ta’ Novembru 2016, it-tieni attakk fuq postazzjoni tal-gwardja tal-fruntiera rriżulta fil-mewt ta’ uffiċjal tal-pulizija;

E.  billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-Human Rights Watch, bl-użu ta’ ritratti mis-satelliti, irrappurtaw qerda fuq skala kbira ta’ djar u tipi oħra ta’ bini f’partijiet tat-Tramuntana tal-Istat ta’ Rakhine, li attwalment huma inaċċessibbli għall-NGOs u l-osservaturi indipendenti;

F.  billi l-Gvern tal-Myanmar wettaq żjara sorveljata ta’ xi siti milquta f’Maungdaw fit-2 u fit-3 ta’ Novembru 2016 ma’ delegazzjoni ta’ disa’ membri fost ambaxxaturi barranin, inkluż il-Koordinatur Residenti tan-NU, li kkonfermaw li raw strutturi maħruqa f’diversi bliet;

G.  billi f’dawn l-aħħar ġimgħat mill-inqas 25 000 persuna Rohingya ħarbu lejn il-pajjiż ġar tal-Bangladesh ġar, u huwa stmat li madwar 30 000 resident tal-Istat ta’ Rakhine ġew spostati minħabba l-vjolenza; billi aktar minn 56 000 persuna Rohingya bħalissa huma rreġistrati mal-UNHCR fil-Malasja;

H.  billi mill-2011 il-Myanmar ħa passi biex jirriforma l-ekonomija u s-sistema politika tiegħu; billi, madankollu, l-armata għad għandha setgħa sproporzjonata fil-pajjiż; billi f’Novembru 2015 ġie elett parlament nazzjonali ġdid, u f’Marzu 2016 tela' fil-poter Gvern nazzjonali elett demokratikament;

I.  billi, bħala risposta, l-UE u atturi globali oħra neħħew is-sanzjonijiet u ppermettew lill-Myanmar jerġa’ jintegra ruħu fl-istrutturi politiċi u ekonomiċi globali; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kellhom rwol sinifikanti fil-proċess ta’ riforma u liberalizzazzjoni u kkontribwew, fost affarijiet oħra, b’għajnuna għall-iżvilupp, taħriġ u kooperazzjoni teknika sinifikanti, promozzjoni ta’ waqfien inklużiv mill-ġlied fil-pajjiż kollu u kummerċ taħt il-faċilità Kollox Ħlief Armi (EBA); billi l-UE u l-Myanmar jorganizzaw djalogi annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

J.  billi, madankollu, għad hemm ħafna problemi, inkluż fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u b’mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-minoranza Musulmana Rohingya; billi aktar minn miljun Musulman Rohingya għexu fil-Myanmar għal ġenerazzjonijiet sħaħ, iżda bħalissa huma fost l-aktar minoranzi ppersegwitati fid-dinja; billi dawn saru uffiċjalment apolidi sa mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza Burmiża tal-1982; billi l-persuni Rohingya mhumiex aċċettati mill-awtoritajiet tal-Myanmar u mill-pajjiżi ġirien, għalkemm xi wħud minn dawn tal-aħħar jospitaw popolazzjonijiet kbar ta' rifuġjati; billi l-qafas ġuridiku tal-Myanmar jistituzzjonalizza d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi u b’mod partikolari jagħmel lill-persuni Rohingya apolidi, peress li l-karti tal-identità temporanji tagħhom (karti bojod) ġew iddikjarati li skadew f’Marzu 2015 u ilhom mill-2012 ma jistgħu jiksbu ċertifikati tat-twelid għal uliedhom;

K.  billi l-awtoritajiet tal-Myanmar qed jibqgħu jċaħħdu lill-persuni Rohingya mill-aktar drittijiet bażiċi tagħhom; billi, skont rapport ta’ April 2015 mill-Parlamentari tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem, waqt li kien qed jinkiteb ir-rapport, madwar 120 000 persuna Rohingya kienu għadhom f’aktar minn 80 kamp ta spostament intern fl-Istat ta’ Rakhine, b’aċċess limitat għal għajnuna umanitarja, filwaqt li aktar minn 100 000 persuna kienu ħarbu bil-baħar jew bl-art, spiss f’idejn traffikanti tal-bnedmin, lejn pajjiżi oħra f’dawn l-aħħar snin u ħafna minnhom imutu matul dawn il-vjaġġi perikolużi;

L.  billi huwa allegat li l-istupru jintuża ta' spiss fil-Myanmar mill-forzi armati bħala arma tal-gwerra biex jintimidaw lill-minoranzi etniċi, b’konsegwenzi devastanti għall-vittmi; billi r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti, Zainab Hawa Bangura, esprimiet it-tħassib profond tagħha f’dan ir-rigward; billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali tinkludi l-istupru u forom oħra ta’ vjolenza sesswali fil-lista tagħha ta’ delitti tal-gwerra u atti li jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità; billi għandu jiġi enfasizzat b’mod partikolari li n-nisa Rohingya huma vittmi ta’ diversi forom ta’ diskriminazzjoni, inkluż abbuż sesswali u sterilizzazzjoni furzata;

M.  billi Aung San Suu Kyi, f'laqgħa ma' Yanghee Lee, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar, ħabbret li l-kelma Rohingya mhix se tintuża mill-Gvern (b’kontinwazzjoni għall-politika mħaddna taħt id-dittatorjat militari), għaliex hija meqjusa bħala ultraġġuża, bħalma huwa l-każ għall-kelma "Bengali", u minflok qed jiġi ssuġġerit it-terminu l-ġdid: "komunità Musulmana fl-Istat ta' Rakhine";

N.  billi l-Myanmar għamel xi sforzi biex isir progress fil-proċess ta’ paċi, minbarra l-preparazzjonijiet tiegħu għal konferenza nazzjonali ta’ paċi; billi huwa essenzjali li jinżamm il-waqfien mill-ġlied nazzjonali u li jiġu inklużi l-gruppi armati etniċi kollha bil-għan li jiġu żgurati l-paċi, il-prosperità u l-għaqda fil-pajjiż;

1.  Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-rapporti ta’ kunflitti vjolenti fit-Tramuntana tal-Istat ta’ Rakhine, u jiddeplora t-telf ta’ ħajjiet, ta’ għajxien u ta’ kenn u r-rapporti ta' użu sproporzjonat tal-forza mill-forzi armati tal-Myanmar; jikkonferma li l-awtoritajiet tal-Myanmar għandhom id-dmir li jinvestigaw l-attakki tad-9 ta’ Ottubru u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli, iżda li dan għandu jsir skont l-istandards u l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem;

2.  Iħeġġeġ lill-forzi militari u tas-sigurtà biex iwaqqfu immedjatament il-qtil, l-intimidazzjoni u l-istupru tal-persuni Rohingya, u l-ħruq ta’ djarhom;

3.  Jilqa’ t-tħabbir mill-Gvern tal-Myanmar b’rabta mat-twaqqif ta’ Kummissjoni ta’ Inkjesta dwar il-vjolenza reċenti fl-Istat ta’ Rakhine; jitlob lill-Gvern tal-Myanmar biex jippermetti lin-NU u osservaturi oħrajn minn barra jgħinu fl-investigazzjoni ta’ avvenimenti reċenti fid-Distrett ta’ Maungdaw fl-Istat ta’ Rakhine, inklużi l-attakki tad-9 ta’ Ottubru u l-azzjonijiet tal-gvern wara dawn l-attakki; jissottolinja l-ħtieġa li wieħed jipproċedi kif xieraq kontra dawk responsabbli, u li jiġi pprovdut rimedju adegwat għall-vittmi ta’ ksur;

4.  Jinsisti li dan ikun biss l-ewwel pass f’impenn usa’ sabiex tintemm l-impunità għal delitti kontra l-minoranza Rohingya; huwa partikolarment iddiżgustat bir-rapporti ta’ vjolenza sesswali bħala mezz ta’ intimidazzjoni u arma tal-gwerra fit-trażżin tal-minoranza Rohingya, u jitlob il-prosekuzzjoni ta’ dawk li jwettqu dawn id-delitti;

5.  Jitlob, barra minn hekk, li l-Gvern tal-Myanmar jippermetti b’mod immedjat lill-għajnuna umanitarja tilħaq iż-żoni kollha ta’ kunflitt u lill-persuni spostati kollha;

6.  Jitlob lill-gvern u l-awtoritajiet ċivili tal-Myanmar biex immedjatament itemmu d-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni terribbli tal-minoranza Rohingya;

7.  Jitlob, għalhekk, lill-Gvern tal-Myanmar biex jirriforma l-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza tal-1982 u biex terġa’ tingħata ċ-ċittadinanza lill-minoranza Rohingya; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar u lill-awtoritajiet tal-Istat ta' Rakhine biex jibdew minnufih jirreġistraw it-tfal mat-twelid;

8.  Jistieden lill-Gvern tal-Myanmar ineħħi r-restrizzjonijiet diskriminatorji u sproporzjonati kollha fl-Istat ta’ Rakhine;

9.  Jistieden lill-Gvern tal-Myanmar jiġġieled it-traffikar tal-persuni u l-kriminalità organizzata transnazzjonali;

10.  Jistieden lill-Gvern tal-Myanmar itejjeb il-kooperazzjoni tiegħu man-NU, inklużi l-UNHCR u d-detenturi tal-Mandat tal-Proċeduri Speċjali; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 31/24 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar; jitlob lill-Gvern tal-Myanmar jistieden lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jiftaħ uffiċċju fil-pajjiż, b’mandat sħiħ u persunal adegwat;

11.  Jistieden lill-Gvern tal-Myanmar jikkundanna b’mod ċar kull inċitament għall-mibegħda razzjali jew reliġjuża, jieħu passi biex itemm id-diskors ta’ mibegħda, inkluż minn gruppi Buddisti radikali, u jikkumbatti d-diskriminazzjoni u l-ostilità kontra l-minoranza Rohingya; jistieden, barra minn hekk, lill-Gvern tal-Myanmar jirrispetta d-dritt universali għal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin;

12.  Jistieden lir-rebbieħa tal-Premju Sakharov, Aung San Suu Kyi, tuża l-pożizzjoni importanti tagħha fil-Gvern tal-Myanmar biex ittejjeb is-sitwazzjoni tal-minoranza Rohingya; ifakkar fid-dikjarazzjoni tat-18 ta' Mejju 2015 mill-kelliem tal-partit ta' Aung San Suu Kyi li l-Gvern tal-Myanmar għandu jagħti ċ-ċittadinanza lill-minoranza Rohingya;

13.  Jirrakkomanda li l-gvernijiet tal-pajjiżi li jaffrontaw l-influss ta’ rifuġjati Rohingya jikkooperaw mill-qrib mal-UNHCR, li għandu l-kompetenza teknika biex jiskrinja għall-istatus ta’ rifuġjat u l-mandat li jipproteġi lir-rifuġjati u l-persuni apolidi; iħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement u ma jimponux it-tluq lura tar-rifuġjati Rohingya, għall-inqas sakemm ma tinstabx soluzzjoni sodisfaċenti u dinjituża għas-sitwazzjoni tagħhom; jistieden b’mod partikulari lill-Bangladesh jippermetti d-dħul ta’ rifuġjati Rohingya, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforzi li diġà saru mill-Bangladesh biex jospita diversi mijiet ta’ eluf ta’ rifuġjati;

14.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2016 dwar strateġija tal-UE fil-konfront tal-Myanmar; jemmen li l-UE tassew għandha interess strateġiku fit-tisħiħ tar-relazzjoni tagħha mal-Myanmar; jemmen li l-Gvern il-ġdid għandu opportunità storika kif ukoll dover li jikkonsolida d-demokrazija u jikseb il-paċi, ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-prosperità; huwa tal-fehma li l-approfondiment ulterjuri tar-relazzjoni bejn l-UE u l-Myanmar għandu jkun kondizzjonali fuq titjib reali tad-drittijiet tal-bniedem f’dak il-pajjiż;

15.  Itenni, barra minn hekk, l-appelli fil-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-bini ta’ istituzzjonijiet demokratiċi effettivi u soċjetà ċivili b’saħħitha, ir-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet bażiċi, u l-promozzjoni ta’ governanza tajba;

16.  Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex ikompli d-djalogu bilaterali regolari dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex jiddiskuti s-sitwazzjoni fir-rigward tal-leġiżlazzjoni problematika u d-diskriminazzjoni tal-minoranzi, b’mod partikolari l-minoranza Rohingya, fid-dettall u biex jirrapporta lura lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet;

17.  Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex ikomplu bl-appoġġ tagħhom għall-istrutturi demokratiċi ġodda tal-Myanmar u jiffokaw b’mod partikolari fuq il-kooperazzjoni teknika biex jgħinu fit-titjib ta’ diversi funzjonijiet tal-istat;

18.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jwettqu skrutinju tal-Myanmar fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU taħt punt 4 tal-aġenda;

19.  Jistieden lill-UE tappoġġja lill-UNHRC fl-isforzi tiegħu biex jgħin lir-rifuġjati Rohingya fin-Nofsinhar u x-Xlokk tal-Asja;

20.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-Pjan ta' Azzjoni Globali 2014-24 tal-UNHRC biex Tintemm l-Apolidija;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Myanmar, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.

 

(1)

P8_TA(2016)0316.

Avviż legali