Proċedura : 2017/2831(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0513/2017

Testi mressqa :

RC-B8-0513/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.4

Testi adottati :

P8_TA(2017)0350

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 426kWORD 52k
13.9.2017
PE605.659v01-00}
PE611.437v01-00}
PE611.439v01-00}
PE611.441v01-00}
PE611.443v01-00} RC1
 
B8-0513/2017}
B8-0517/2017}
B8-0519/2017}
B8-0521/2017}
B8-0523/2017} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

Verts/ALE (B8-0513/2017)

S&D (B8-0517/2017)

ECR (B8-0519/2017)

ALDE (B8-0521/2017)

PPE (B8-0523/2017)


dwar il-Laos: b'mod partikolari l-każijiet ta' Somphone Phimmasone, Lod Thammavong u Soukane Chaithad (2017/2831(RSP))


Cristian Dan Preda, Ramona Nicole Mănescu, Sandra Kalniete, David McAllister, Pavel Svoboda, Ivan Štefanec, Luděk Niedermayer, Tunne Kelam, Bogdan Brunon Wenta, Tomáš Zdechovský, Lefteris Christoforou, Željana Zovko, Marijana Petir, Claude Rolin, Dubravka Šuica, Francis Zammit Dimech, Laima Liucija Andrikienė, Ivana Maletić, László Tőkés, Sven Schulze, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Milan Zver, Michaela Šojdrová, Adam Szejnfeld, Elisabetta Gardini, Roberta Metsola, Joachim Zeller, Eduard Kukan, Seán Kelly, Deirdre Clune, Andrey Kovatchev, Krzysztof Hetman, Stanislav Polčák, Csaba Sógor, Julia Pitera, Patricija Šulin, Mairead McGuinness, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Inese Vaidere f'isem il-Grupp PPE
Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Soraya Post f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Monica Macovei, Branislav Škripek, Jana Žitňanská, Anna Elżbieta Fotyga, Ruža Tomašić, Karol Karski, Valdemar Tomaševski, Raffaele Fitto, Notis Marias, Angel Dzhambazki f'isem il-Grupp ECR
Frédérique Ries, Nedzhmi Ali, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Gérard Deprez, Martina Dlabajová, Nathalie Griesbeck, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Ilhan Kyuchyuk, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Robert Rochefort, Hannu Takkula, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen, Cecilia Wikström, Dita Charanzová, Marietje Schaake, Norica Nicolai, Filiz Hyusmenova, Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp ALDE
Barbara Lochbihler, Bodil Valero, Maria Heubuch, Heidi Hautala, Jordi Solé, Igor Šoltes, Florent Marcellesi, Ernest Urtasun, Bronis Ropė, Sven Giegold, Michel Reimon, Davor Škrlec, Reinhard Bütikofer f'isem il-Grupp Verts/ALE
Isabella Adinolfi, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Laos: b'mod partikolari l-każijiet ta' Somphone Phimmasone, Lod Thammavong u Soukane Chaithad (2017/2831(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Laos,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tat-tmien laqgħa tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos li saret fi Vientiane fis-17 ta' Frar 2017,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, li saret fi Vientiane fil-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa, it-3 ta' Mejju 2017,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1998,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos tal-1 ta' Diċembru 1997,

–  wara li kkunsidra l-Karta tal-ASEAN,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi f'Marzu tal-2017 tliet ħaddiema Laosjani, is-Sur Somphone Phimmasone, is-Sur Soukane Chaithad u s-Sinjura Lod Thammavong, ġew ikkundannati għal sentenzi ta' ħabs ta' bejn 12 u 20 sena u l-ekwivalenti ta' għexieren ta' eluf ta' euro f'multi talli kkritikaw lill-gvern fuq il-midja soċjali b'rabta ma' allegati korruzzjoni, deforestazzjoni, u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, waqt li kienu qed jaħdmu fit-Tajlandja; billi t-tlieta li huma ġew akkużati wkoll li pparteċipaw f'dimostrazzjoni kontra l-gvern barra l-ambaxxata Laosjana fit-Tajlandja f'Diċembru 2015;

B.  billi fil-25 ta' Mejju 2016, l-istazzjon televiżiv immexxi mill-istat wera lil Phimmasone, lil Chaithad, u lil Thammavong fil-kustodja tal-pulizija fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija fi Vientiane; billi r-rapport tal-aħbarijiet qal li t-tlieta li huma kienu ġew arrestati talli kienu heddew is-sigurtà nazzjonali billi użaw il-midja soċjali biex ittebbgħu r-reputazzjoni tal-Gvern;

C.  billi s-Sur Sombath Somphone, attivist tas-soċjetà ċivili, ġie mwaqqaf mill-pulizija ta' Vientiane fl-2012 u minn dak iż-żmien 'l hawn ħadd ma jaf x'sar minnu; billi fil-każ tas-Sur Sompawn Khantisouk, intraprenditur attiv rigward kwisjonijiet ta' konservazzjoni, li ġie ssuġġettat għal għajbien furzat fl-2007, sal-lum għadu ma sar l-ebda progress rigward tagħrif dwar fejn jinstab; billi s-Sur Bounthanh Thammavong, ċittadin Pollakk, fl-2015 ġie kkundannat għal erba' snin u nofs ħabs talli kkritika lill-Gvern online;

D.  billi fil-Laos hemm imposti restrizzjonijiet ħorox fuq l-ispazju tas-soċjetà ċivili; billi l-Laos kellu l-presidenza tal-ASEAN fl-2016, iżda rrifjuta li jospita l-laqgħa tradizzjonali parallela tas-soċjetà ċivili, u għalhekk, minflok, il-Forum tal-Poplu tal-ASEAN kellu jiltaqa' f'Timor Leste;

E.  billi l-Gvern tal-Laos ma ħa l-ebda pass sinifikanti biex itejjeb is-sitwazzjoni ħażina tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż it-trattament tal-minoranzi, u għadu qed ikompli joħnoq b'mod sever il-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni, u tal-għaqda paċifika; billi n-nuqqas ta' standards ta' proċess ġust, il-korruzzjoni ġudizzjarja u l-impunità b'għeruq fondi għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem għadhom għaddejja mingħajr xkiel;

F.  billi l-awtoritajiet tal-Laos għadhom qed ikomplu jagħtu fastidju u jirrepressaw il-minoranzi reliġjużi, b'mod partikolari lill-Insara; billi kien hemm bosta każijiet ta' konfiska tal-proprjetà, attakki ta' inċendju volontarju fuq knejjes u djar, każijiet fejn persuni Nsara ġew imsawwta talli ċċelebraw il-Milied, u rinunzji mġiegħla tat-twemmin Nisrani;

G.  billi l-Laos iffirma iżda ma rratifikax il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat;

H.  billi hemm nuqqas ta' pluralità tal-midja fil-Laos, u dak li joħroġ mill-midja huwa strettament ikkontrollat mill-istat; billi l-liġi tal-midja tal-2008 ġiet emendata f'Novembru 2016, fejn iddaħħlu aktar restrizzjonijiet li jipprevjenu lill-midja milli tikkritika lill-gvern u li jeħtieġu lill-ġurnalisti jressqu r-rapporti tagħhom lil ċensur tal-gvern qabel il-pubblikazzjoni;

I.  billi fl-2014 il-Gvern tal-Laos ħareġ digriet li jipprojbixxi l-kritika online kontra l-Gvern u kontra l-Partit Rivoluzzjonarju tal-Poplu tal-Laos (LPRP) fil-gvern;

1.  Jikkundanna bil-qawwa s-sentenzi ta' priġunerija kontra Somphone Phimmasone, Soukane Chaithad u Lod Thammavong, u jappella għall-ħelsien immedjat tagħhom;

2.  Jinnota bi tħassib li dawn is-sentenzi jkomplu jżidu ma' lista ta' arresti u ta' għajbien furzat ta' attivisti u dimostranti li esprimew opinjonijiet kritiċi dwar kwistjonijiet li jvarjaw minn tilwim dwar art sa allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ta' abbuż tal-poter;

3.  Itenni l-appell tiegħu lill-Gvern tal-Laos biex iwaqqaf il-fastidju u l-arrest arbitrarju u d-detenzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti indipendenti u tal-attivisti soċjali, u biex jirrispetta d-drittijiet tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni ħielsa u d-drittijiet tal-minoranzi; ifakkar lil-Laos fl-obbligi internzzjonali li għandu taħt it-trattati tad-drittijiet tal-bniedem li huwa rratifika;

4.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Laos jirrispetta l-impenji internazzjonali tiegħu u jipproteġi l-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika, u jħeġġu wkoll jirratifika l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, li l-Laos iffirma fl-2008;

5.  Jinsab serjament imħasseb dwar l-abbużi mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-għajbien sfurzat u n-nuqqas għalkollox ta' proċess ġust; jistieden lill-awtoritajiet tal-Laos jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem billi b'mod immedjat jgħidu fejn jinsabu tal-inqas 10 individwi li għebu, inklużi Sombath Somphone u Sompawn Khantisouk, u jagħtu dettalji tal-akkużi miġjuba kontra l-attivisti impriġunati u tal-evidenza miġjuba kontrihom;

6.  Jitlob li jsiru investigazzjonijiet trasparenti, bir-reqqa u imparzjali tal-każijiet pendenti kollha ta' għajbien sfurzat, l-iżvelar tal-informazzjoni dwar fejn jinsabu dawk li għebu, u l-prosekuzzjoni tat-trasgrassuri;

7.  Jikkundanna l-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi, b'mod partikolari l-Insara; jistieden lill-Gvern iwaqqaf immedjatament kwalunkwe attività mmirata lejn l-Insara u jressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli tal-attakki ta' inċendju volontarju u tas-swat;

8.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Laos jippermettu lill-aġenziji speċjalizzati tan-NU u lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet umanitarji aċċess mingħajr restrizzjonijiet, ħalli jkunu jistgħu jżuru lill-priġunieri politiċi u lill-minoranzi etniċi u reliġjużi kollha fil-Laos;

9.  Jistieden lill-Gvern tal-Laos jieħu miżuri biex jippromwovi sistema politika multipartitika u jiżgura d-dritt li l-individwi jikkontestaw l-elezzjonijiet mingħajr l-approvazzjoni tal-Partit Rivoluzzjonarju tal-Poplu tal-Laos;

10.  Jappoġġja l-isforzi biex jiżdiedu l-livelli ta' konnettività mal-internet fil-Laos; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Laos irawwem ambjent li jappoġġja l-libertà tal-espressjoni u jwaqqaf l-immonitorjar u t-tpoġġija fil-mira ta' individwi online; iħeġġeġ lill-Gvern, f'dan ir-rigward, iħassar l-elementi repressivi tal-Liġi dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra ċ-Ċiberkriminalità tal-2015;

11.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex b'mod urġenti tqajjem il-każ ta' Somphone Phimmasone, Lod Thammavong u Soukane Chaithad mal-Gvern tal-Laos; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Laos timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u, b'mod speċifiku, tkun preżenti fi kwalunkwe proċedimenti li jitwettqu kontra Phimmasone, Thammavong u Chaithad, u tkompli tqajjem mal-awtoritajiet tal-Laos il-każijiet tal-individwi li ġew mitfugħa l-ħabs jew li għebu;

12.  Jistieden lis-SEAE biex dawn il-kwistjonijiet tpoġġihom prijorità fuq l-aġenda tal-laqgħat futuri tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos u fuq l-aġenda tas-summit tal-Laqgħa bejn l-Asja u l-Ewropa (ASEM) li jmiss, li għandha ssir fi Brussell fl-2018;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Laos, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.

 

Avviż legali