Proċedura : 2017/2838(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0525/2017

Testi mressqa :

RC-B8-0525/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.5

Testi adottati :

P8_TA(2017)0351

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 165kWORD 55k
13.9.2017
PE611.445v01-00}
PE611.447v01-00}
PE611.448v01-00}
PE611.449v01-00}
PE611.450v01-00}
PE611.451v01-00} RC1
 
B8-0525/2017}
B8-0527/2017}
B8-0528/2017}
B8-0529/2017}
B8-0530/2017}
B8-0531/2017} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

Verts/ALE (B8-0525/2017)

S&D (B8-0527/2017)

GUE/NGL (B8-0528/2017)

ECR (B8-0529/2017)

ALDE (B8-0530/2017)

PPE (B8-0531/2017)


dwar il-Myanmar, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tar-Rohingya (2017/2838(RSP))


Cristian Dan Preda, Jeroen Lenaers, Sandra Kalniete, David McAllister, Jarosław Wałęsa, Pavel Svoboda, Ivan Štefanec, Luděk Niedermayer, Tunne Kelam, Bogdan Brunon Wenta, Tomáš Zdechovský, Lefteris Christoforou, Željana Zovko, Marijana Petir, Claude Rolin, Francis Zammit Dimech, Laima Liucija Andrikienė, Ivana Maletić, Dubravka Šuica, Sven Schulze, László Tőkés, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Milan Zver, Adam Szejnfeld, Elisabetta Gardini, Ramona Nicole Mănescu, Roberta Metsola, Joachim Zeller, Eduard Kukan, Ivo Belet, Deirdre Clune, Seán Kelly, Andrey Kovatchev, Krzysztof Hetman, Stanislav Polčák, Csaba Sógor, Julia Pitera, Patricija Šulin, Mairead McGuinness f'isem il-Grupp PPE
Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Soraya Post, Neena Gill f'isem il-Grupp S&D
Branislav Škripek, Jana Žitňanská, Ruža Tomašić, Sajjad Karim, Karol Karski, Valdemar Tomaševski, Anna Elżbieta Fotyga, Zdzisław Krasnodębski, Urszula Krupa, Monica Macovei, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR
Urmas Paet, Hilde Vautmans, Nedzhmi Ali, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Gérard Deprez, Martina Dlabajová, Nathalie Griesbeck, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Patricia Lalonde, Louis Michel, Javier Nart, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Hannu Takkula, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Ivo Vajgl, Paavo Väyrynen, Cecilia Wikström, Marietje Schaake, Filiz Hyusmenova, Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp ALDE
Younous Omarjee, Lola Sánchez Caldentey, Eleonora Forenza, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Miguel Urbán Crespo, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Xabier Benito Ziluaga f'isem il-Grupp GUE/NGL
Barbara Lochbihler, Jean Lambert, Bodil Valero, Maria Heubuch, Heidi Hautala, Jordi Solé, Igor Šoltes, Florent Marcellesi, Ernest Urtasun, Bronis Ropė, Sven Giegold, Bart Staes, Davor Škrlec, Michel Reimon, Judith Sargentini, Indrek Tarand, Reinhard Bütikofer, Michèle Rivasi f'isem il-Grupp Verts/ALE
Isabella Adinolfi, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Myanmar, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tar-Rohingya (2017/2838(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Myanmar u dwar is-sitwazzjoni tal-Musulmani Rohingya, b'mod partikolari dawk tas-7 ta' Lulju 2016(1) u tal-15 ta' Diċembru 2016(2), u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2017(3) u tat-13 ta' Ġunju 2017 dwar l-apolidija fin-Nofsinhar u fix-Xlokk tal-Asja(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE fir-rigward tal-Myanmar/Burma tal-20 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-1 ta' Ġunju 2016 tal-Kummissjoni u mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Elementi għal Strateġija tal-UE fil-konfront tal-Myanmar/Burma: Sħubija Speċjali għad-Demokrazija, il-Paċi u l-Prosperità" (JOIN(2016)0024),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-30 ta' Marzu 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) Federica Mogherini, dwar l-assunzjoni tal-kariga tal-Gvern il-ġdid tal-Unjoni tal-Myanmar,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Diċembru 2016 tal-kelliem tal-VP/RGħ dwar l-eskalazzjoni reċenti tal-vjolenza fil-Myanmar, u d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Settembru 2017 mill-VP/RGħ dwar is-sitwazzjoni fl-Istat ta' Rakhine,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta għall-istampa tal-25 ta' Novembru 2016 dwar it-tielet Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Myanmar,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar l-apolidija,

–  wara li kkunsidra t-tgħarrif reċenti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar, tad-29 u tat-18 ta' Novembru 2016 rispettivament, dwar is-sitwazzjoni li qed teħżien tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tramuntana tal-Istat ta' Rakhine,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-OHCHR intitolat "Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-Musulmani Rohingya u minoranzi oħrajn fil-Myanmar", tal-20 ta' Ġunju 2016 u r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar tat-18 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta' Persuni Apolidi tal-1954 u l-Konvenzjoni dwar it-Tnaqqis tal-Apolidija tal-1961,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni Globali 2014-24 biex Tintemm l-Apolidija, ta' Novembru 2014, tal-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR) tal-1948,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' tmiem il-missjoni tal-20 ta' Jannar 2017 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU, Yanghee Lee, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar li tikkonkludi li "s-sitwazzjoni issa hija agħar milli fi kwalunkwe punt f'dawn l-aħħar ftit snin",

–  wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Istat ta' Rakhine ta' Awwissu 2017,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966,

–  wara li kkunsidra l-Karta tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), f'dawn l-aħħar ġimagħtejn, aktar minn 300 000 Musulman Rohingya li ħarbu mill-vjolenza fl-Istat ta' Rakhine fittxew kenn fil-Bangladesh,

B.  billi l-Istat ta' Rakhine fil-Myanmar jospita madwar miljun Rohingya, li l-biċċa l-kbira minnhom huma Musulmani, grupp minoritarju li qed jiffaċċja ripressjoni u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi theddid għall-ħajja u s-sigurtà, ċaħda tad-drittijiet għas-saħħa u l-edukazzjoni, xogħol furzat, vjolenza sesswali u limiti fuq id-drittijiet politiċi tagħhom;

C.  billi l-poplu tar-Rohingya ilu uffiċjalment mingħajr Stat sa minn meta ġiet promulgata l-Liġi tal-1982 dwar iċ-Ċittadinanza Burmiża, li wasslet għal restrizzjonijiet severi fuq il-libertà ta' moviment u kkostrinġiethom jgħixu f'kampijiet;

D.  billi grupp ta' ribelli Rohingya wettqu attakk kontra postazzjonijiet tal-pulizija u bażi tal-armata fl-Istat ta' Rakhine fil-25 ta' Awwissu 2017; billi dan irriżulta f'azzjoni kontroffensiva militari sinifikanti, bi ksur serju u fuq skala kbira tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi qtil, stupru u tortura; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-Human Rights Watch, bl-użu ta' ritratti mis-satelliti, irrappurtaw qerda fuq skala kbira ta' djar u bini f'partijiet tat-Tramuntana tal-Istat ta' Rakhine, li attwalment huma inaċċessibbli għall-NGOs u l-osservaturi indipendenti;

E.  billi skont il-Kostituzzjoni attwali tal-Myanmar il-militar hu awtonomu u ma jaqax taħt sorveljanza ċivili u għandu setgħa estensiva fuq il-gvern u s-sigurtà nazzjonali;

F.  billi dawk li qed jaħarbu mill-Myanmar, li ħafna minnhom huma nisa u tfal, jivvjaġġaw tul rotot perfidi, filwaqt li jiffaċċjaw sparar u toroq perikolużi, kif ukoll il-ġuħ u nuqqas ta' assistenza medika; billi għexieren ta' persuni mietu matul it-triq; billi membri tal-persunal tal-Gwardji tal-Kosta tal-Bangladesh sabu l-kadavri ta' mill-inqas 20 persuna li kienu qed jaħarbu;

G.  billi l-Bangladesh ressaq ilment kontra l-awtoritajiet tal-Myanmar dwar it-tqegħid ta' mini tal-art f'firxa ta' art fuq il-fruntieri tagħha mal-Bangladesh li jista' jimpedixxi r-ritorn tal-Musulmani Rohingya li qed jaħarbu mill-vjolenza;

H.  billi l-membri tal-persunal internazzjonali tan-NU u ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi internazzjonali huma pprojbiti milli jidħlu f'żoni milquta mill-konflitt, u billi l-aġenziji tan-NU mhux qed ikunu jistgħu jwasslu l-għajnuna umanitarja, inkluż l-ikel, l-ilma u l-mediċini lir-Rohingya;

I.  billi fl-10 ta' Settembru 2017, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Raad Al Hussein, ħabbar li s-sitwazzjoni fil-Myanmar "tidher eżempju klassiku ta' tindif etniku";

J.  billi ċ-Ċina u r-Russja imblukkaw l-adozzjoni ta' dikjarazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-sitwazzjoni tal-minoranza Rohingya fil-Myanmar f'Marzu 2017;

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakki kollha fl-Istat ta' Rakhine; jinsab imħasseb serjament dwar iż-żieda fil-gravità u l-iskala tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-qtil, il-ġlied vjolenti, il-qerda ta' proprjetà ċivili u l-ispostament ta' mijiet ta' eluf ta' ċittadini;

2.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-forzi militari u tas-sigurtà biex iwaqqfu immedjatament il-qtil, l-intimidazzjoni u l-istupru tal-persuni Rohingya, u l-ħruq ta' djarhom;

3.  Ifakkar li l-awtoritajiet tal-Myanmar għandhom id-dmir li jipproteġu, mingħajr diskriminazzjoni, lill-persuni ċivili kollha mill-abbuż, u li jinvestigaw kull ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u jressqu lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja, skont l-istandards u l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Jistieden lill-awtoritajiet tal-Myanmar jagħtu aċċess immedjat u bla xkiel lill-osservaturi indipendenti, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, lill-ġurnalisti u lil osservaturi internazzjonali oħra, kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-Missjoni ta' Inkjesta tan-NU li ġiet stabbilita mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Marzu, bl-għan li jiġu żgurati investigazzjonijiet indipendenti u imparzjali dwar l-allegazzjonijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tal-partijiet kollha;

5.  Jitlob b'urġenza li l-organizzazzjonijiet li joffru għajnuna umanitarja jingħataw aċċess għaż-żoni tal-konflitt u għall-persuni spostati kollha, mingħajr diskriminazzjoni, biex il-ħaddiema umanitarji jkunu jistgħu jgħinu lill-persuni li jinsabu f'periklu;

6.  Jistieden lill-Gvern tal-Myanmar ineħħi immedjatament il-mini kollha tal-art fil-fruntiera mal-Bangladesh;

7.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar, u lill-Kunsilliera tal-Istat Aung San Suu Kyi b'mod partikolari, jikkundannaw b'mod ċar kull inċitament għall-mibegħda razzjali jew reliġjuża u jiġġieldu d-diskriminazzjoni soċjali u l-ostilità fil-konfront tal-minoranza Rohingya; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Myanmar, barra minn hekk, jirrispetta d-dritt universali għal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; jistieden lill-Kunsilliera tal-Istat tirsisti favur l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mogħtija fir-rapport finali tal-Kummissjoni Konsultattiva dwar l-Istat ta' Rakhine, li tfassal fuq talba tagħha stess; jiddeplora d-deterjorament drammatiku tas-sitwazzjoni wara d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Mejju 2015 tal-kelliem tal-partit ta' Aung San Suu Kyi li l-Gvern tal-Myanmar għandu jerġa' jagħti lura ċ-ċittadinanza lill-minoranza Rohingya;

8.  Ifakkar lir-rebbieħa tal-Premju Sakharov tal-1990, Aung San Suu Kyi, li l-premju jingħata lil dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, iħarsu d-drittijiet tal-minoranzi u jirrispettaw id-dritt internazzjonali, fost kriterji oħra; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi kkunsidrat jekk il-Premju Sakharov jistax jiġi revokat f'każijiet fejn ir-rebbieħa jiksru dawn il-kriterji wara li l-premju jkun ingħata;

9.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Bangladesh, fid-dawl ta' din il-katastrofi umanitarja, li jiffaċilita l-protezzjoni għal mijiet ta' eluf ta' rifuġjati Rohingya; iħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet tal-Bangladesh, u ta' pajjiżi ġirien oħra, jilqgħu lil dawk kollha li qed jaħarbu l-vjolenza fl-Istat ta' Rakhine u jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ finanzjarju u materjali għal dawn ir-rifuġjati;

10.  Ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu li l-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jaffrontaw l-influss ta' rifuġjati Rohingya jikkooperaw mill-qrib mal-UNHCR, li għandu l-għarfien espert tekniku biex jiskrinja għall-istatus ta' rifuġjat u l-mandat li jipproteġi lir-rifuġjati u lill-persuni apolidi; jistieden lill-UE u lin-NU jappoġġjaw lill-pajjiżi ġirien tal-Myanmar f'dan ir-rigward;

11.  Jistieden, barra minn hekk, lill-ASEAN u lill-gvernijiet reġjonali jieħdu azzjoni immedjata biex iżidu l-pressjoni fuq il-Gvern tal-Myanmar sabiex iwaqqaf l-abbuż tad-drittijiet, jipproteġi liċ-ċivili kollha fl-Istat ta' Rakhine u jagħti appoġġ lir-rifuġjati li qed jaħarbu;

12.  Jappoġġja l-isforzi biex jiġi intensifikat il-proċess politiku bbażat fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' Annan; jistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà u l-Assemblea Ġenerali tan-NU jadottaw miżuri diplomatiċi u politiċi effikaċi biex tiġi żgurata l-konformità tal-Gvern tal-Myanmar mal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-minoranza Rohingya f'termini ta' protezzjoni u aċċess għall-għajnuna; jitlob, f'dan ir-rigward, riżoluzzjoni min-naħa tal-Assemblea Ġenerali u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li fiha jikkundannaw l-abbużi tad-drittijiet, jinsistu fuq aċċess għall-Istat ta' Rakhine u jesiġu li tittieħed responsabbiltà għall-ksur serju tad-dritt internazzjonali mill-partijiet kollha; jitlob, barra minn hekk, li fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU ta' Settembru 2017 tiġi adottata riżoluzzjoni li testendi l-mandat tal-Missjoni ta' Inkjesta;

13.  Iħeġġeġ liċ-Ċina u lil atturi internazzjonali u reġjonali oħra jużaw il-mezzi kollha biex jesiġu li jintemmu l-atroċitajiet u tinstab soluzzjoni paċifika;

14.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni  /Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), kif ukoll lill-Istati Membri tal-UE, iżidu b'mod sinifikanti l-pressjoni fuq il-Gvern tal-Myanmar u l-forzi tas-sigurtà biex iwaqqfu l-abbuż tad-drittijiet, jikkooperaw bis-sħiħ mal-investigaturi tan-NU u mal-aġenziji umanitarji internazzjonali u jiżguraw li tittieħed responsabbiltà għall-ksur serju tad-dritt internazzjonali; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-VP/RGħ u l-Istati Membri tal-UE jieħdu rwol attiv fl-appoġġ għal azzjoni immedjata fil-livell tan-NU u jagħmluha ċara li l-UE tinsab lesta li tikkunsidra sanzjonijiet punittivi mmirati kontra individwi u entitajiet kif ukoll konsegwenzi fil-kuntest tal-preferenzi kummerċjali li jgawdi l-Myanmar, jekk il-ksur serju tad-dritt internazzjonali jkompli għaddej b'impunità;

15.  Jistieden lill-VP/RGħ tirrapporta lura lill-Parlament dwar l-inizjattivi tal-UE fin-NU u fil-kuntest tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea;

16.  Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jilqgħu rapporti u dikjarazzjonijiet min-naħa ta' rappreżentanti Rohingya dwar is-sitwazzjoni fuq il-post;

17.  Jappoġġja l-isforzi biex ikun hemm osservaturi indipendenti u mmexxija min-NU fuq il-post biex tittaffa l-kriżi umanitarja; jistieden lill-awtoritajiet tal-Myanmar jagħtu aċċess immedjat u bla xkiel lill-osservaturi indipendenti, b'mod partikolari l-Missjoni ta' Inkjesta tan-NU stabbilita mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Marzu 2017;

18.  Jappoġġja t-twaqqif ta' uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Myanmar b'mandat sħiħ;

19.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-Pjan ta' Azzjoni Globali 2014-24 tal-UNHRC biex Tintemm l-Apolidija;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tal-Myanmar, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.

 

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0316.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0506.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2017)0089.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2017)0247.

Avviż legali