Proċedura : 2019/2563(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0110/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0110/2019

Dibattiti :

PV 14/02/2019 - 8.2
CRE 14/02/2019 - 8.2

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.2

Testi adottati :

P8_TA(2019)0116

<Date>{13/02/2019}13.2.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8-0110/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0118/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0119/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0120/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0124/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0125/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 169kWORD 57k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8-0110/2019 (ECR)

B8-0118/2019 (Verts/ALE)

B8-0119/2019 (S&D)

B8-0120/2019 (ALDE)

B8-0124/2019 (EFDD)

B8-0125/2019 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar iż-Żimbabwe</Titre>

<DocRef>(2019/2563(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Cristian Dan Preda, Elmar Brok, David McAllister, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marijana Petir, Eduard Kukan, Patricija Šulin, Jarosław Wałęsa, Tunne Kelam, Roberta Metsola, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, Milan Zver, Adam Szejnfeld, Michaela Šojdrová, Pavel Svoboda, Lorenzo Cesa, Giovanni La Via, Antonio López-Istúriz White, Tomáš Zdechovský, Krzysztof Hetman, Anders Sellström, Seán Kelly, Francis Zammit Dimech, Deirdre Clune, Ivo Belet, Dubravka Šuica, Sandra Kalniete, Ivana Maletić, Anna Záborská, Romana Tomc, Andrey Kovatchev, Laima Liucija Andrikienė, László Tőkés, Anna Maria Corazza Bildt, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Inese Vaidere</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Soraya Post, Aleksander Gabelic</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Charles Tannock, Notis Marias, Karol Karski, Geoffrey Van Orden, Jana Žitňanská, Valdemar Tomaševski, Raffaele Fitto, Ryszard Czarnecki, Jadwiga Wiśniewska, Ruža Tomašić, Monica Macovei, Branislav Škripek, Jan Zahradil</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Catherine Bearder, Nedzhmi Ali, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Marian Harkin, Filiz Hyusmenova, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ramon Tremosa i Balcells, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Mirja Vehkaperä, Cecilia Wikström</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

<Depute>Judith Sargentini, Maria Heubuch, Bodil Valero, Barbara Lochbihler, Margrete Auken</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Ignazio Corrao, Rolandas Paksas, Piernicola Pedicini, Fabio Massimo Castaldo</Depute>

<Commission>{EFDD}f'isem il-Grupp EFDD</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-Żimbabwe

(2019/2563(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe,

 wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' osservazzjoni Elettorali (MOE) tal-UE dwar l-elezzjonijiet armonizzati tal-2018 fiż-Żimbabwe u l-ittra maħruġa fl-10 ta' Ottubru mill-Kap Osservatur tal-MOE tal-UE lill-President Mnangagwa dwar il-konklużjonijiet ewlenin tar-Rapport Finali,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-VP/RGħ tas-17 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-24 ta' Lulju 2018 u t-18 ta' Jannar 2019 tal-kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fiż-Żimbabwe,

 wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta maħruġa wara l-Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Unjoni Afrikana fil-21 u t-22 ta' Jannar 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-bniedem taż-Żimbabwe wara "l-istay away" li kien hemm mill-14 ta' Jannar sas-16 ta' Jannar u l-inkwiet li nqala' wara,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Żimbabwena dwar il-vjolenza postelettorali tal-1 ta' Awwissu,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-VP/RGħ tat-2 ta' Awwissu 2018 dwar l-elezzjonijiet fiż-Żimbabwe,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-2 ta' Awwissu 2018 mill-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tul l-elezzjonijiet armonizzati taż-Żimbabwe li ddenunzjat il-forza eċċessiva li użaw il-pulizija u l-armata biex irażżnu l-protesti,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta lokali tad-9 ta' Awwissu 2018 tad-Delegazzjoni tal-UE, il-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri tal-UE preżenti f'Harare u l-Kapijiet tal-Missjoni tal-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti dwar l-attakki mmirati fuq l-oppożizzjoni fiż-Żimbabwe,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tat-22 ta' Jannar 2018 fid-dawl tat-tranżizzjoni politika li għaddejja fiż-Żimbabwe,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/288 tal-17 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe[1],

 wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, li ż-Żimbabwe rratifika,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

 wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-poplu taż-Żimbabwe ilu jbati għal ħafna snin taħt reġim awtoritarju mmexxi mill-President Mugabe li sostna s-setgħa tiegħu permezz tal-korruzzjoni, il-vjolenza, elezzjonijiet mimlija irregolaritajiet u apparat ta' sigurtà brutali;

B. billi fit-30 ta' Lulju, iż-Żimbabwe kellu l-ewwel elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari tiegħu wara r-riżenja ta' Robert Mugabe f'Novembru 2017; billi l-elezzjonijiet offrew lill-pajjiż l-opportunità li jtemm is-sensiela ta' elezzjonijiet kontenzjużi mmarkati mill-abbuż tad-drittijiet politiċi u tal-bniedem u minn vjolenza sponsorjata mill-istat;

C. billi fit-3 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe (ZEC) iddikjarat lil Emmerson Mnangagwa bħala rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali b'50,8 % voti kontra l-44,3% tal-kandidat tal-oppożizzjoni Nelson Chamisa; billi r-riżultati kienu immedjatament ikkontestati mill-oppożizzjoni, li sostniet li l-elezzjonijiet kienu ġew immanipulati; billi l-Qorti Kostituzzjonali m'aċċettatx dawn l-allegazzjonijiet minħabba nuqqas ta' evidenza u l-President Mnangagwa nħatar uffiċjalment mill-ġdid għal mandat ieħor fis-26 ta' Awwissu;

D. billi r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE jiddikjara li ċ-ċifri ppreżentati miż-ZEC kien fihom ħafna anomaliji u ineżattezzi u qajmu biżżejjed mistoqsijiet biex ikun hemm dubju dwar l-eżattezza u l-affidabbiltà tan-numri ppreżentati;

E. billi l-għada tal-elezzjoni, id-dewmien fit-tħabbir tar-riżultati kien diġà wassal għal bidu ta' vjolenza post elettorali li ħalliet sitt persuni mejta u ħafna oħra midruba fi protesti msejħa mill-oppożizzjoni; billi l-osservaturi internazzjonali, inkluża l-UE, ikkundannaw il-vjolenza u l-użu eċċessiv tal-forza mill-armata u mill-forzi tas-sigurtà;

F. billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe fl-10 ta' Awwissu 2018 ippubblikat dikjarazzjoni "dwar l-elezzjonijiet armonizzati tal-2018 u l-ambjent postelettorali", li tikkonferma li d-dimostranti ġew attakkati mill-forzi militari, fejn esprimiet tħassib serju dwar il-brutalità u l-imġiba vjolenti tal-pulizija u ddikjarat li nkisru d-drittijiet fundamentali tad-dimostranti; billi l-Kummissjoni talbet lill-gvern biex jistabbilixxi djalogu nazzjonali;

G. billi meta ħa l-ġurament tal-ħatra f'Harare fis-26 ta' Awwissu 2018, il-President Emmerson Mnangagwa, wiegħed futur aħjar u kondiviż għall-poplu kollu taż-Żimbabwe, li jmur lil hinn mil-linji tal-partiti, bi gvern b'impenn sod lejn il-kostituzzjonalità, bit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-prinċipju tas-separazzjoni  tas-setgħat, l-indipendenza tal-ġudikatura u politiki li jattiraw kapital kemm domestiku kif ukoll globali;

H. billi l-President Mnangagwa f'Settembru 2018, stabbilixxa kummissjoni ta' inkjesta li, f'Diċembru 2018, ikkonkludiet li l-protesti li kkawżaw ħsara estensiva lill-proprjetà u ħallew persuni midruba kienu ġew inċitati u organizzati kemm mill-forzi tas-sigurtà kif ukoll mill-Alleanza MDC, u li l-użu tal-militar kien ġustifikat u konformi mal-Kostituzzjoni; billi l-oppożizzjoni rrifjutat ir-rapport; billi l-kummissjoni appellat biex issir investigazzjoni fi ħdan il-forzi tas-sigurtà u li dawk li wettqu r-reati jitressqu quddiem il-liġi, u rrakkomandat kumpens għall-vittmi;

I. billi t-tensjonijiet politiċi żdiedu b'mod drammatiku mill-elezzjoni 'l hawn, u qed jkomplu ħerġin rapporti ta' vjolenza li qed tpoġġi serjament f'riskju d-direzzjoni demokratika li nbdiet fil-pajjiż;

J. billi l-falliment tal-ekonomija, in-nuqqas ta' aċċess għas-servizzi soċjali, u ż-żieda fil-prezz ta' ħafna prodotti bażiċi qed tinstiga rabja fin-nies; billi bejn l-14 u t-18 ta' Jannar 2019, iż-Żimbabwe ra żieda fil-protesti u fid-dimostrazzjonijiet matul l-hekk imsejjaħ "shutdown" nazzjonali bl-inizjattiva tal-Kungress tat-Trade Unions taż-Żimbabwe, wara żieda fil-prezz tal-fjuwil ta' 150 %; billi l-protesti kienu wkoll risposta għaż-żieda fil-faqar, l-istat fqir tal-ekonomija, u standard tal-għajxien li dejjem qed jonqos;

K. billi quddiem dan il-moviment ta' protesta, fl-14 ta' Jannar 2019, il-gvern ikkundanna "pjan deliberat biex idgħajjef l-ordni kostituzzjonali" u assigura li hu "se jirrispondi b'mod adegwat kontra dawk li qed jikkonfoffaw biex jagħmlu sabutaġġ lill-paċi;

L. billi l-pulizija ta' kontra l-irvellijiet irreaġixxiet bi vjolenza eċċessiva u bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom bl-użu ta' munizzjon attiv, arresti arbitrarji, ħtif, attakki fuq il-faċilitajiet mediċi li jittrattaw lill-vittmi tar-ripressjoni, aċċellerazzjoni tal-proċessi u proċessi tal-massa fil-konfront ta' dawk arrestati, tortura tal-persuni taħt arrest, każijiet ta' stupru u qerda ta' proprjetà privata u pubblika;

M. billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem maħtura mill-gvern ippubblikat rapport li juri li s-suldati u l-pulizija kienu użaw tortura sistematika;

N. billi nqatlu aktar minn 17-il persuna u ndarbu l-mijiet; billi madwar elf ruħ ġew arrestati, inklużi tfal ta' bejn id-9 u s-16-il sena, u madwar żewġ terzi ta' dawk arrestati ġew miċħuda l-ħelsien fuq pleġġ; billi ħafna għadhom qed jinżammu illegalment u allegatament ġew imsawta u attakkati waqt li kienu f'kustodja;

O. billi l-evidenza turi li l-armata kienet fil-biċċa l-kbira tagħha responsabbli għall-atti ta' omiċidju, stupru u serq armat; billi mijiet ta' attivisti u uffiċjali tal-oppożizzjoni għadhom qed jinħbew;

P. billi r-rispons tal-gvern għall-protesti ġie kkundannat b'mod diffuż bħala "sproporzjonat" u "eċċessiv" min-naħa tal-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u l-atturi lokali u internazzjonali, inkluża l-UE;

Q. billi l-interruzzjoni tat-telekomunikazzjonijiet saret għodda użata mir-reġim biex iwaqqaf il-koordinament tad-dimostrazzjonijiet organizzati fuq in-netwerks soċjali; billi l-komunikazzjonijiet mobbli u l-linji fissi, kif ukoll l-internet u l-mezzi tal-midja soċjali, kienu qed jiġu bblukkati ripetutament biex jiġi evitat l-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u sabiex jinħeba l-ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem li l-Istat kien qed iħejji biex iwettaq; billi l-Qorti Suprema taż-Żimbabwe ddikjarat li l-użu tal-Att dwar l-Interċettazzjoni tal-Komunikazzjonijiet għas-sospensjoni tal-komunikazzjonijiet online kien illegali;

R. billi l-awtoritajiet organizzaw operazzjoni kbira ta' tiftix minn bieb sa bieb għal dimostranti, u kaxkru minn darhom dimostranti paċifiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti politiċi, mexxejja prominenti tas-soċjetà ċivili u l-qraba tagħhom;

S. billi pajjiżi ġirien bħall-Afrika t'Isfel saru ċentru għaż-Żimbabweni li qed jaħarbu mill-oppressjoni politika u mit-tbatija ekonomika;

T. billi l-pulizija kontinwament abbużaw mil-liġijiet eżistenti, bħall-Ordni Pubbliku u l-Att dwar is-Sigurtà (POSA), biex jiġġustifikaw ir-repressjoni fuq il-membri tal-oppożizzjoni u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jipprojbixxu dimostrazzjonijiet legali u paċifiċi;

U. billi r-rekord taż-Żimbabwe għal dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huwa wieħed mill-agħar fid-dinja; billi l-poplu Żimbabwen u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għadhom qed jissubixxu attakki, diskors ta' mibegħda, kampanji ta' malafama, atti ta' intimidazzjoni u fastidju, u kien hemm rapporti regolari ta' atti ta' tortura;

V. billi l-President sejjaħ għal djalogu nazzjonali li beda fis-6 ta' Frar u stieden lill-partiti politiċi kollha biex jieħdu sehem, iżda l-Moviment għal Bidla Demokratika (MDC), il-partit prinċipali tal-oppożizzjoni, irrifjuta li jipparteċipa;

W. billi ż-Żimbabwe huwa firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou, li l-Artikolu 96 tiegħu jistipula li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huwa element essenzjali tal-koperazzjoni AKP-UE;

1. Jissottolinja x-xewqa unanima tiegħu li ż-Żimbabwe jsir nazzjon paċifiku, demokratiku u prosperu li fih iċ-ċittadini kollha jiġu ttrattati tajjeb u b'mod ugwali għal dak li jikkonċerna l-liġi u fejn l-organi tal-istat jaġixxu f'isem iċ-ċittadini u mhux kontrihom;

2. Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza li seħħet waqt il-protesti reċenti fiż-Żimbabwe; jemmen bis-sħiħ li l-protesti paċifiċi huma parti minn proċess demokratiku, u reazzjonijiet b'forza eċċessiva iridu jiġu evitati f'kwalunkwe ċirkostanza;

3. Iħeġġeġ lill-President Mnangagwa biex jibqa' jżomm il-wegħdiet inizjali tiegħu, biex jaġixxi b'mod rapidu ħalli jieħu kontroll tas-sitwazzjoni u biex iqiegħed liż-Żimbabwe lura fi triq ta' rikonċiljazzjoni u rispett għad-demokrazija u l-istat tad-dritt;

4. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jwaqqfu minnufih l-abbużi mill-forzi tas-sigurtà u jinvestigaw minnufih u b'mod imparzjali l-allegazzjonijiet kollha ta' użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija u mill-uffiċjali tal-istat sabiex jistabbilixxu responsabbiltajiet individwali, bil-għan li jiżguraw l-obbligu ta' rendikont; ifakkar li l-kostituzzjoni tal-pajjiż tistabbilixxi korp indipendenti biex jinvestiga lmenti ta' kondotta ħażina tal-pulizija u militari, iżda li l-gvern għad irid iwaqqaf tali korp;

5. Iħeġġeġ lill-Gvern taż-Żimbabwe jirtira b'mod urġenti l-persunal militari kollu u l-milizzja taż-żgħażagħ skjerati madwar il-pajjiż li qed jitterrorizzaw lir-residenti bi ksur ċar tal-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe;

6. Jemmen li l-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni huma komponenti essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija; jenfasizza li d-dritt li wieħed jesprimi opinjoni b'mod mhux vjolenti jikkostitwixxi dritt kostituzzjonali għaċ-ċittadini kollha taż-Żimbabwe u jfakkar lill-awtoritajiet fl-obbligu tagħhom li jipproteġu d-dritt taċ-ċittadini kollha li jipprotestaw kontra d-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tagħhom; jistieden lill-gvern itemm l-attakki mmirati fil-konfront tal-mexxejja u l-membri tal-Kungress tat-Tradeunions taż-Żimbabwe (ZCTU);

7. Jissottolinja r-rwol fundamentali li taqdi l-oppożizzjoni f' soċjetà demokratika;

8. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jilliberaw minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha;

9. Jitlob lill-Gvern taż-Żimbabwe jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati miż-Żimbabwe;

10. Jinsab imħasseb ħafna dwar il-ksur irrapportat tal-proċess dovut permezz ta' proċessi rapidi u proċessi tal-massa; jinsisti li l-ġudikatura għandha tirrispetta l-istat tad-dritt u tiżgura li l-indipendenza tagħha u d-dritt għal proċess ġust jiġu rispettati fiċ-ċirkostanzi kollha; jikkundanna l-arresti kollha li saru mingħajr ma tressqu akkużi;

11. Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jwettqu investigazzjoni fil-pront, bir-reqqa, imparzjali u indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-istupri u l-vjolenza sesswali mill-forzi tas-sigurtà, u biex jittieħdu passi kontra dawk responsabbli; jitlob li l-aċċess għas-servizzi mediċi jkun offrut b'mod universali lill-vittmi ta' tali vjolenza sesswali mingħajr biża' ta' retribuzzjoni;

12. Jikkundanna l-għeluq tal-internet li ppermetta lill-awtoritajiet jaħbu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-armata u mill-forzi tas-sigurtà nazzjonali u jostakolaw rapportar u dokumentazzjoni indipendenti tal-abbużi matul it-trażżin u immedjatament wara l-elezzjoni; jenfasizza li l-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt li għandu jiġi rrispettat mill-awtoritajiet skont l-obbligi kostituzzjonali u internazzjonali tagħhom;

13. Jikkundanna l-użu abbużiv u restrittiv tal-POSA, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Żimbabweni jallinjaw il-leġiżlazzjoni mal-istandards internazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

14. Jesprimi tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fiż-Żimbabwe; ifakkar li l-problemi ewlenin tal-pajjiż huma l-faqar, il-qgħad u l-malnutrizzjoni u l-ġuħ kroniċi; iqis li dawn il-problemi jistgħu jiġu solvuti biss permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki ambizzjużi dwar l-impjieg, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-agrikoltura;

15. Jistieden lill-atturi politiċi kollha biex jeżerċitaw responsabilità u rażan, u b'mod partikolari biex joqogħdu lura milli jinċitaw il-vjolenza;

16. Ifakkar lill-Gvern taż-Żimbabwe li l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou, u kif ukoll fil-qasam tal-kummerċ, l-iżvilupp, u l-assistenza ekonomika, huwa kundizzjonali għar-rispett tal-istat tad-dritt u l-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali li għalihom huwa parti;

17. Ifakkar li l-appoġġ fit-tul jiddependi fuq riformi komprensivi aktar milli sempliċement wegħdiet; jitlob li l-impenn Ewropew maż-Żimbabwe jkun ibbażat fuq il-valuri u jkun sod fil-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet Żimbabweni;

18. Iħeġġeġ lill-gvern jimplimenta immedjatament ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-vjolenza ta' wara l-elezzjoni magħmula mill-Kummissjoni ta' Inkjesta, b'mod partikolari l-promozzjoni tat-tolleranza politika u tat-tmexxija responsabbli, u t-twaqqif ta' djalogu nazzjonali li jsir b'mod kredibbli, inklużiv, trasparenti u responsabbli;

19. Jieħu att tar-rieda tal-gvern li jwettaq l-impenji fir-rigward tar-riformi; jenfasizza, madankollu, li dawn ir-riformi għandhom ikunu politiċi kif ukoll ekonomiċi; iħeġġeġ lill-gvern, lill-oppożizzjoni, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u lill-mexxejja reliġjużi jimpenjaw ruħhom f'kundizzjonijiet ugwali fi djalogu nazzjonali li fih id-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati u mħarsa;

20. Jistieden lill-gvern jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-MOE tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-istat tad-dritt u ambjent politiku inklużiv; jissottolinja l-għaxar rakkomandazzjonijiet ta' prijorità identifikati mill-MOE u stabbiliti fl-ittra tal-10 ta' Ottubru 2018 mill-Osservatur Prinċipali lill-President Mnangagwa – jiġifieri biex jinħolqu kundizzjonijiet pari għall-partiti politiċi kollha, biex jiġi żgurat qafas legali aktar ċar u koerenti; biex il-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe tissaħħaħ billi ssir tassew indipendenti u trasparenti, u b'hekk terġa' tinkiseb il-fiduċja fil-proċess elettorali; biex jiġi żgurat li t-tisħiħ tal-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe jagħmilha ħielsa mill-kontroll tal-gvern fl-approvazzjoni tar-regolamenti tagħha; u biex jinħoloq proċess elettorali aktar inklużiv;

21. Jitlob lid-delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE fiż-Żimbabwe biex ikomplu l-monitoraġġ mill-qrib tagħhom tal-iżviluppi fil-pajjiż u biex jużaw l-għodod xierqa kollha biex jappoġġaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-trejdjunjins, biex jippromwovu l-elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou u biex jappoġġaw il-movimenti favur id-demokrazija;

22. Jitlob lill-UE biex iżżid id-djalogu politiku tagħha maż-Żimbabwe dwar id-drittijiet tal-bniedem abbażi tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou;

23. Jitlob lill-Kunsill Ewropew jirrevedi l-miżuri restrittivi tiegħu fil-konfront ta' individwi u entitajiet fiż-Żimbabwe, inklużi dawk il-miżuri li bħalissa huma sospiżi, fid-dawl tal-obbligu ta' rendikont għall-vjolenza reċenti tal-istat;

24. Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u l-Unjoni Afrikana (UA), biex jagħtu aktar assistenza attiva liż-Żimbabwe biex tinstab soluzzjoni demokratika sostenibbli għall-kriżi attwali;

25. Iħeġġeġ lill-pajjiżi ġirien biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali u jipproteġu dawk li qed jaħarbu mill-vjolenza fiż-Żimbabwe bl-għoti ta' asil, b'mod partikolari fi żmien qasir;

26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE, lill-Gvern u l-Parlament taż-Żimbabwe, lill-gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika u tal-Unjoni Afrikana, u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.

 

[1] ĠU L 42, 18.2.2017, p. 11.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Frar 2019Avviż legali