Proċedura : 2019/2614(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0171/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0171/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0211

<Date>{12/03/2019}12.3.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8‑0171/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0172/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0173/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0174/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 151kWORD 52k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8‑0171/2019 (PPE, ECR)

B8‑0172/2019 (S&D)

B8‑0173/2019 (ALDE)

B8‑0174/2019 (Verts/ALE)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE</Titre>

<DocRef>(2019/2614(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Markus Ferber, Agnieszka Kozłowska‑Rajewicz</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Pervenche Berès, Mercedes Bresso</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Kay Swinburne</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Nils Torvalds, Sophia in ’t Veld, Jean Arthuis</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

<Depute>Philippe Lamberts, Terry Reintke, Ernest Urtasun, Molly Scott Cato, Bas Eickhout, Thomas Waitz, Sven Giegold</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE

(2019/2614(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Strategic Engagement for Gender Equality) 2016-2019, tal-Kummissjoni,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2019 dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni subparagrafu, tat-TFUE, skont liema artikolu l-Kunsill Ewropew ikkonsulta l-Parlament,

 wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0144/2019),

 wara li kkunsidra l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tad-19 ta' Frar 2019, ta' José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE[1],

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0146/2019),

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 għall-ħatra ta' Sebastiano Laviola bħala membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010[2],

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0148/2019),

 wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kummissjoni u lill-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE mill-President tal-Parlament Ewropew fil-5 ta' Marzu 2019,

 wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kummissjoni mill-President tal-Parlament Ewropew fil-5 ta' Marzu 2019 u t-tweġiba mill-President tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2019,

 wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kunsill mill-President tal-Parlament Ewropew fit-23 ta' Marzu 2018,

 wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Grupp tal-Euro mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew fit-8 ta' Marzu 2018,

 wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi bħala prinċipju orizzontali, u l-Artikolu 2 tat-TUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi bħala valur tal-Unjoni;

B. billi l-aċċess ugwali għall-opportunitajiet u n-nondiskriminazzjoni huma valuri integrali tal-Unjoni Ewropea;

C. billi, fis-7 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu mill-2011 sal-2020;

D. billi l-Parlament jiddispjaċih għall-fatt li n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

E. billi l-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu, f'isem il-gruppi politiċi, f'diversi okkażjonijiet matul is-snin infurmaw lill-Presidenti tal-Kunsill, tal-Grupp tal-Euro u tal-Kummissjoni u lill-Presidenti fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE dwar in-nuqqas ta' diversità tal-ġeneru fil-BĊE iżda anke fl-istituzzjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u monetarji l-oħra tal-UE;

F. billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017 maħruġ mill-EIGE osserva li t-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi għadu l-qasam fejn l-UE għandha l-aktar rata baxxa f'termini ta' ugwaljanza bejn is-sessi u rappreżentanza tan-nisa;

G. billi Membru wieħed biss minn sitt Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE hija mara; billi żewġ Membri biss mill-25 Membru tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma nisa;

H. billi l-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) huma rġiel;

I. billi l-President tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għadu kif ġie sostitwit minn raġel, fatt li ħalla lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni bħala l-uniku korp tal-UE fl-isfera usa' tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi tal-UE ppresedut minn mara;

J. billi minkejja d-diversi talbiet li għamel il-Parlament lill-Kunsill biex jirrimedja n-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Kunsill ma ħax din it-talba bis-serjetà;

K. billi minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament fir-rigward tan-nomini preċedenti li għandu jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-kandidati kollha għall-kariga ta' President tal-EBA kienu rġiel;

L. billi, filwaqt li l-proċeduri tal-għażla għall-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni s'issa qiesu l-prinċipju ta' bilanċ ġenerali bejn is-sessi, f'dan il-każ il-lista mqassra ppreżentata lill-Parlament kienet magħmula biss minn irġiel, minkejja l-obbligi stipulati fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

M. billi, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li fi proċedura tal-għażla unika bbażata fuq applikazzjonijiet individwali ma jkunx hemm kandidati kwalifikati taż-żewġ sessi, il-kriterju ġenerali tal-bilanċ bejn is-sessi għandu jiġi rispettat għall-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-BĊE u tal-awtoritajiet superviżorji;

N. billi l-kandidati attwali għall-pożizzjonijiet tal-ekonomista ewlieni tal-BĊE, il-President tal-EBA u l-membru tal-SRB kollha tqiesu li kellhom esperjenza u kwalifiki mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament, u ġew approvati b'maġġoranzi sinifikanti f'votazzjonijiet sigrieti;

O. billi l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex kwistjoni tan-nisa, iżda waħda li għandha tinvolvi lis-soċjetà kollha kemm hi;

1. Jisħaq li l-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet u fil-gvernijiet jiżgura kompetenza usa' u perspettivi aktar miftuħa, u li n-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi jfisser li l-istituzzjonijiet għandhom ir-riskju li jitilfu kandidati potenzjalment eċċellenti;

2. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-maġġoranza l-kbira tal-gvernijiet tal-UE s'issa naqsu milli jippromwovu bilanċ akbar bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward ta' ħatriet ta' livell għoli f'affarijiet ekonomiċi, finanzjarji u monetarji; jistenna li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jtejbu malajr il-bilanċ bejn is-sessi fl-ogħla pożizzjonijiet;

3. Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Grupp tal-Euro u lill-Kummissjoni jaħdmu b'mod attiv favur il-bilanċ bejn is-sessi fil-proposti futuri tagħhom għal listi mqassra u għal ħatriet, u jagħmlu sforz biex jinkludu tal-anqas kandidat mara waħda u kandidat raġel wieħed għal kull proċedura ta' nomina;

4. Jissottolinja li fil-ġejjieni, il-Parlament jimpenja ruħu li ma jikkunsidrax il-listi tal-kandidati fejn il-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi ma jkunx ġie rispettat flimkien mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza fil-proċess tal-għażla;

5. Jirrikonoxxi li l-Parlament innifsu ma kienx issodisfa dawn l-istandards u jwiegħed li jtejjeb ir-rekord tiegħu stess ta' promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji;

6. Jirrikonoxxi li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell eżekuttiv fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jirrikjedi kandidati kwalifikati mill-Istati Membri; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jieħdu passi konkreti biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet nazzjonali u b'hekk iwittu t-triq għal kandidati ta' kwalità għolja kemm irġiel kif ukoll nisa għal pożizzjonijiet għolja tal-UE fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji;

7. Jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib fost l-istituzzjonijiet tal-UE biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu effettivi;

8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri.

 

[1] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

[2] ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2019Avviż legali