Proċedura : 2019/2618(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0182/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0182/2019

Dibattiti :

PV 14/03/2019 - 8.3
CRE 14/03/2019 - 8.3

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.3

Testi adottati :

P8_TA(2019)0205

<Date>{13/03/2019}13.3.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8-0182/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0183/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0185/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0189/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0192/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0196/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0197/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 172kWORD 58k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8-0182/2019 (Verts/ALE)

B8-0183/2019 (EFDD)

B8-0185/2019 (ECR)

B8-0189/2019 (GUE/NGL)

B8-0192/2019 (ALDE)

B8-0196/2019 (S&D)

B8-0197/2019 (PPE)</TablingGroups>


<Titre> dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala </Titre>

<DocRef>(2019/2618(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Roberta Metsola, Marijana Petir, Pavel Svoboda, Tunne Kelam, Milan Zver, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Eduard Kukan, Elisabetta Gardini, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Cristian Dan Preda, Patricija Šulin, Tomáš Zdechovský, Adam Szejnfeld, Csaba Sógor, Jarosław Wałęsa, Andrzej Grzyb, Elmar Brok, Ivo Belet, Sandra Kalniete, Dubravka Šuica, Andrey Kovatchev, Francis Zammit Dimech, Seán Kelly, Deirdre Clune, Ivana Maletić, Laima Liucija Andrikienė, László Tőkés, Inese Vaidere, Stanislav Polčák, Jiří Pospíšil</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Soraya Post, Ramón Jáuregui Atondo </Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Charles Tannock, Karol Karski, Ryszard Czarnecki, Ruža Tomašić, Jana Žitňanská </Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Beatriz Becerra Basterrechea, Petras Auštrevičius, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Matthijs van Miltenburg, Hilde Vautmans, Mirja Vehkaperä</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

<Depute>Molly Scott Cato </Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Xabier Benito Ziluaga, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat, Tania González Peñas, Lola Sánchez Caldentey, Luke Ming Flanagan, Dimitrios Papadimoulis </Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Isabella Adinolfi, Rolandas Paksas </Depute>

<Commission>{EFDD}f'isem il-Grupp EFDD</Commission>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala

(2019/2618(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-Gwatemala[1], tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerka Ċentrali, min-naħa l-oħra[2], u tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-Gwatemala, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem[3],

 wara li kkunsidra ż-żjara tas-sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Messiku u fil-Gwatemala ta' Frar 2016 u r-rapport finali tiegħu relattiv,

 wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali dwar iż-żjara tagħha fil-Gwatemala u fil-Honduras mis-16 sal-20 ta' Frar 2015,

 wara li kkunsidra ż-żjara fil-Gwatemala tad-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali bejn it-28 ta' Ottubru u l-1 ta' Novembru 2018,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi[4],

 wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Gwatemala, u l-impenn tiegħu li jikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għall-paċi u għas-sigurtà,

 wara li kkunsidra l-programmi ta' appoġġ tal-Unjoni Ewropea għas-settur tal-ġustizzja fil-Gwatemala, b'mod partikolari s-SEJUST,

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li jagħtu impenn li jkun attiv fil-qasam tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

 wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni Annwali 2018 tal-UE favur il-Gwatemala għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv fiż-żona mal-fruntiera tal-Gwatemala u tal-Belize (Guatemalan adjacency zone) u l-viċinanza tagħha u għall-appoġġ għall-mandat estiż tal-Kummissjoni Internazzjonali kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG),

 wara li kkunsidra l-iffirmar ta' ftehim ta' konsultazzjoni bejn is-CICIG u l-Qorti Suprema tal-Gwatemala f'Awwissu 2017,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-2 ta' Settembru 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Gvern tal-Gwatemala li ma jġeddidx il-mandat CIGIC,

 wara li kkunsidra l-ittra konġunta mill-President tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar l-Għajbien Furzat jew Involontarju u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni tal-verità, il-ġustizzja, il-kumpens u l-garanziji tan-nonrikorrenza, lill-President tal-Gwatemala, tas-6 ta' April 2018,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Settembru 2018 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern tal-Gwatemala li ma jestendix il-mandat tas-CICIG,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Marzu 2019 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, dwar il-Liġi tal-Gwatemala dwar l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi għall-Iżvilupp,

 wara li kkunsidra l-aktar rapport riċenti tal-Human Rights Watch dwar il-Gwatemala,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, minħabba l-kollaborazzjoni fil-parti l-kbira bejn l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala u l-Kummissjoni Internazzjonali kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG), appoġġata min-NU, li ġiet stabbilita fl-2007 biex tinvestiga l-kriminalità organizzata u ssaħħaħ l-isforzi lokali biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt, il-Gwatemala kienet kompliet tagħmel xi progress fil-prosekuzzjoni tal-każijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korruzzjoni;

B. billi n-numru ta' qtil u ta' attakki kontra d-difensuri, l-organizzazzjonijiet u l-komunitajiet li jaħdmu fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali żdied fil-Gwatemala matul dawn l-aħħar ftit snin; billi fl-2018 l-għadd globali ta' attakki kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-popli indiġeni, b'mod partikolari l-attakki kontra dawk li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-art u territorjali, kien ta' 391, skont rapport mill-Unità għall-Protezzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Gwatemala (UDEFGUA), inklużi 147 każ ta' kriminalizzazzjoni u 26 każ ta' omiċidju, żieda ta' 136 % fuq l-2017;

C. billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiffaċċjaw ukoll theddid, intimidazzjoni, stigmatizzazzjoni, kampanji ta' malafama minn atturi privati u mill-awtoritajiet tal-Gwatemala, u persekuzzjoni ġudizzjarja; billi l-użu ħażin ta' proċeduri kriminali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jipprevjenu jew jissanzjonaw ix-xogħol tagħhom jibqa' kwistjoni ta' tħassib;

D. billi l-għadd ta' attakki kontra l-ġurnalisti huwa wkoll inkwetanti ħafna, b'93 attakk, inklużi erba' każijiet ta' qtil, irreġistrati fl-2017; billi minħabba l-konċentrazzjoni kontinwa tas-sjieda tal-midja f'idejn ftit kumpaniji, l-istabbilimenti tal-midja indipendenti u l-ġurnalisti għadhom qed ikunu soġġetti għal attakki u theddid;

E. billi l-vjolenza kontra n-nisa għadha problema gravi fil-Gwatemala, kif jidher mill-fatt li l-imwiet vjolenti tan-nisa żdiedu bi 8 % għal 662 każ; billi fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa 2017, 41 tifla mietu, meta ġew maqfula wara protesta kontra abbużi min-naħa tal-gwardjani, meta kien hemm xi nirien f'dar għall-minorenni mmexxija mill-istat; billi r-rata ta' impunità għad-delitti fil-Gwatemala hija ta' 97 %;

F. billi, mill-2007, is-CICIG kienet qed tiġġieled kontra l-korruzzjoni u l-impunità fuq stedina tal-Gvern tal-Gwatemala u f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet nazzjonali fil-pajjiż, sabiex tidentifika u tgħin biex jiżżarmaw l-istituzzjonijiet parastatali, u kkontribwixxiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji u tas-sigurtà tal-pajjiż;

G. billi wara erba' estensjonijiet ta' mandati suċċessivi ta' sentejn tas-CICIG, il-Gvern tal-Gwatemala talab lis-Segretarju Ġenerali tan-NU li l-mandat tagħha jerġa' jiġġedded għal darb'oħra sa Settembru 2019, biex b'hekk tissaħħaħ aktar il-governanza permezz tal-investigazzjonijiet u l-appoġġ b'impatt għoli tas-CICIG favur l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, u jiġu kkonsolidati l-kisbiet tagħha fit-tnaqqis sinifikanti tal-korruzzjoni u tiġi sfidata l-impunità ta' attivitajiet mhux statali b'rabtiet mal-Istat (CIACS);

H. billi f'April 2018, is-CICIG u l-Ministeru Pubbliku ppreżentaw ir-riżultati ta' investigazzjonijiet ġodda dwar il-finanzjament illegali tal-partit fil-gvern, l-FCN, matul il-kampanja elettorali tiegħu; billi f'Lulju 2018, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja ppjanat investigazzjoni fl-attivitajiet tal-President Jimmy Morales fir-rigward tal-finanzjament illegali tal-kampanja elettorali tiegħu;

I. billi fl-aħħar ta' Awwissu 2018, il-Gvern tal-Gwatemala ħabbar il-kanċellazzjoni tal-mandat tas-CICIG sa minn Settembru 2019; billi ftit wara, il-gvern ipprojbixxa wkoll ir-ritorn lejn il-pajjiż tad-direttur tas-CICIG Iván Velásquez u sussegwentement ikkanċella l-viżi għal 11-il impjegat tas-CICIG li kienu qed jinvestigaw każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; billi f'Jannar 2019, il-gvern unilateralment ħassar il-ftehim man-NU dwar is-CICIG b'effett immedjat u talab li s-CICIG titlaq mill-pajjiż; billi Iván Velásquez qed jiffaċċja wkoll akkużi u huwa s-suġġett ta' kampanji kontinwi ta' tfigħ ta' tajn;

J. billi dawn il-miżuri ġew ikkontestati u annullati mill-Qorti Kostituzzjonali tal-Gwatemala; billi l-Qorti Kostituzzjonali ordnat, b'vot unanimu, li l-gvern kellu jippermetti lil Iván Velásquez jidħol fil-pajjiż; billi dawn id-deċiżjonijiet ġew injorati mill-gvern; billi l-Kungress ħejja azzjoni kontra l-Qorti Kostituzzjonali u l-membri tagħha, u dan ta lok għal kunflitt sfaċċat mal-istat tad-dritt;

K. billi l-Abbozz ta' Riforma 5377 li jemenda l-Liġi dwar ir-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, li għadda mill-Kungress fit-tieni qari minn tlieta, fil-bidu ta' Marzu 2019, jestendi amnestija għad-delitti kollha mwettqa mill-forzi tas-sigurtà domestika u individwi li jaġixxu f'isem il-gvern, inklużi delitti kontra l-umanità, bħalma huma t-tortura, l-għajbien furzat u l-ġenoċidju; billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-abbozz ta' liġi u appellaw biex il-liġi eżistenti ma tiġix emendata;

L. billi skont l-IACHR, l-Abbozz ta' Riforma 5377 jonqos milli jikkonforma mal-impenji internazzjonali tal-Gwatemala, allegatament jikser id-dritt internazzjonali, u jikser l-Artikolu 171(g) tal-Kostituzzjoni tal-Gwatemala, billi l-persuni kollha fil-ħabs li kienu nstabu ħatja ta' delitti politiċi u ta' delitti kontra l-umanità li twettqu matul il-kunflitt armat, u li ġew ikkundannati għalihom, jinħelsu fi ftit sigħat;

M. billi l-persuni fil-Gwatemala qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' livell estremament għoli ta' nuqqas ta' sigurtà, u billi l-Pulizija Ċivili Nazzjonali (PNC) f'dawn l-aħħar snin iddgħajfet serjament; billi kien hemm allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni u theddid kontra maġistrati, imħallfin, prosekuturi u atturi ġudizzjarji li kkooperaw mas-CICIG;

N. billi l-aċċess għall-ġustizzja, il-kundizzjonijiet tal-ħabs, il-kondotta tal-pulizija u l-allegazzjonijiet ta' tortura, kwistjonijiet aggravati minn korruzzjoni mifruxa, kollużjoni u impunità, jibqgħu kwistjonijiet ta' tħassib serju;

O. billi tal-Ombudsman tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Gwatemala, li l-baġit tiegħu tnaqqas, il-Ministeru Pubbliku, u l-Ġudikatura ħadu passi importanti kontra l-impunità u favur ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-bniedem; billi hemm tentattivi ċari mill-awtoritajiet tal-Gwatemala biex jagħmlu ħsara lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-impunità u l-istat tad-dritt;

P. billi skont l-UDEFEGUA, il-vittmi tal-attakki "kienu fil-parti l-kbira tagħhom mexxejja indiġeni li jiddefendu d-dritt għall-art u għat-territorju"; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU esprima tħassib dwar id-drittijiet indiġeni wara lmenti dwar proġetti tal-enerġija idroelettrika, tal-estrazzjoni mill-minjieri u agroindustrijali, li l-liċenzji u l-operazzjonijiet tagħhom ikkawżaw il-ksur tad-drittijiet tal-popli indiġeni; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU ddikjara wkoll li huwa inkwetanti li l-protesti paċifiċi mill-komunitajiet qed jiġu trattati mill-istat u mill-partijiet terzi involuti bħala sitwazzjonijiet ta' kunflitt kriminali li jaffettwaw is-sikurezza pubblika; billi Aura Lolita Chávez, id-difensur ambjentali indiġenu mill-Gwatemala u l-finalista tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew tal-2017, telqet minn pajjiżha wara attakki serji, theddid ta' qtil u malafama, u qed taffaċċja diversi proċessi ġudizzjarji li kieku kellha tirritorna;

Q. billi fid-9 ta' Ottubru 2018, membri tar-Reżistenza Paċifika tal-Mikroreġjun ta' Ixquisis, fost manifestanti oħra, ġew attakkati minn aġenti kontra l-irvellijiet tal-PNC, u dan ħalla sitt dimostranti midruba;

R. billi l-Ambaxxatur Żvediż għall-Gwatemala ġie ddikjarat persona non grata (dikjarazzjoni sussegwentement annullata mill-Qorti Kostituzzjonali) talli allegatament għen lis-CICIG fil-ħidma tagħha fil-pajjiż;

S. billi l-elezzjonijiet presidenzjali u ġenerali fil-Gwatemala huma ppjanati għas-16 ta' Ġunju u l-11 ta' Awwissu 2019;

T. billi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jridu jkunu parti integrali mill-politiki esterni tal-UE, inkluż il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali fl-2012; billi dan il-ftehim jinkludi klawsola demokratika, li hija element essenzjali minnu; billi l-Gwatemala hija t-tielet l-akbar riċevitur ta' assistenza bilaterali għall-iżvilupp mill-UE fl-Amerka Ċentrali, u billi din l-għajnuna, fl-ammont ta' EUR 167 miljun fil-perjodu 2014-2020, tiffoka fuq is-sigurtà tal-ikel, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-paċi, is-sigurtà u l-kompetittività;

1. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda fil-qtil u l-atti vjolenti u n-nuqqas ta' sigurtà għaċ-ċittadini kollha u, b'mod aktar speċifiku, għan-nisa u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar fl-importanza ta' sistema ġudizzjarja indipendenti u effettiva u l-bżonn li tintemm l-impunità; jiddeplora l-fatt li l-Gvern tal-Gwatemala qed ikompli jinjora l-istat tad-dritt u s-separazzjoni tas-setgħat; ifakkar li fost il-prinċipji essenzjali tad-demokraziji liberali hemm is-separazzjoni tas-setgħat u r-rispett tal-istat tad-dritt;

2. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jwaqqfu kull att ta' intimidazzjoni kontra s-soċjetà ċivili fil-Gwatemala – b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem – filwaqt li jirrispettaw l-ordni kostituzzjonali u jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha tal-Gwatemala; jenfasizza l-fatt li soċjetà ċivili vibranti hija essenzjali biex l-istat isir aktar responsabbli, reattiv, inklużiv u effettiv fil-livelli kollha, u allura aktar leġittimu; jinsisti li l-istituzzjonijiet kollha li jiddefendu d-demokrazija kostituzzjonali u d-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala jeħtieġ ikunu appoġġjati u msaħħa; ifakkar li ġudikatura indipendenti u r-rispett tal-indipendenza tagħha, flimkien ma' ordinament ġuridiku imparzjali, jikkostitwixxu garanzija essenzjali; jenfasizza li dawn huma kruċjali għall-konsolidazzjoni tal-isforzi biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-impunità; iqis li l-allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni u theddid kontra l-maġistrati, l-imħallfin u l-prosekuturi għandhom iwasslu għal azzjoni immedjata biex jiġu mħarsa l-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-pajjiż u r-rappreżentanti tagħhom; iħeġġeġ lill-Eżekuttiv tal-Gwatemala jiżgura l-indipendenza tal-ġudikatura minnufih u jiggarantixxi l-libertà tal-istampa u tal-midja;

3. Huwa konvint li s-CICIG kellha rwol fundamentali fil-Gwatemala u li l-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni u t-tħejjija ta' investigazzjonijiet għall-proċessi mwettqa mill-istituzzjonijiet tal-Gwatemala hija kruċjali biex jiġi rispettat l-istat tad-dritt; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni attwali li s-CICIG qed tiffaċċja fil-Gwatemala u jitlob lill-Gvern Gwatemalan iwaqqaf l-attakki illegali kollha kontriha u kontra l-membri tal-persunal nazzjonali u internazzjonali tagħha;

4. Jilqa', f'dan il-kuntest, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta' Settembru 2018 biex l-estensjoni tal-mandat tas-CICIG tingħata appoġġ permezz ta' EUR 5 miljun oħra mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għall-Programm ta' Azzjoni Annwali tal-Gwatemala tal-2018; jistieden lill-Kummissjoni tiżborża b'urġenza l-EUR 5 miljun miftiehma u tkompli l-programmi kollha approvati mas-CICIG; jitlob lill-Kummissjoni tlesti ruħha biex, wara Settembru 2019, tkompli tikkoopera mas-CICIG u tkompli tiffinanzjaha, u jappoġġja attivament tali estensjoni;

5. Huwa konvint li l-emenda proposta għal-Liġi dwar ir-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali tikkostitwixxi theddida sinifikanti għall-istat tad-dritt fil-Gwatemala u timmina drastikament il-progress importanti magħmul bil-ħidma tal-qrati nazzjonali fil-ġlieda kontra l-impunità; jaqbel mal-fehma tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti li l-amnestija prevista fl-abbozz ta' liġi għal min jikser id-drittijiet tal-bniedem, għall-awturi ta' delitti kontra l-umanità u għall-kriminali tal-gwerra tista' tkompli żżid il-vjolenza fil-pajjiż; jinnota li l-priġunieri rilaxxati jistgħu jirritaljaw, azzjoni li tista' twassal għad-destabbilizzazzjoni tas-soċjetà; iħeġġeġ lill-Kungress tal-Gwatemala, għalhekk, biex ma jadottax l-abbozz ta' liġi;

6. Jitlob li jsir studju indipendenti, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, li jirrifletti l-impatt aħħari tal-ħidma tas-CICIG fuq is-sistema ġudizzjarja fil-Gwatemala u l-kontribut tagħha għall-istabbiltà politika tal-pajjiż, kif ukoll ir-riżultat tal-ftehim iffirmat bejn is-CICIG u l-Qorti Elettorali Suprema;

7. Jesprimi tħassib dwar il-proposta ta' liġi dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-qasam tal-iżvilupp; jitlob lill-Kungress tal-Gwatemala biex, bi qbil mal-parir tekniku pprovdut mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, ma jadottax dan l-abbozz li, jekk jgħaddi, jista' jxekkel il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda tal-NGOs, jillimitalhom l-aċċess għall-finanzjament u jċekknilhom id-definizzjoni tagħhom, u b'hekk jillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-organizzazzjonijiet u jfixkel l-attivitajiet tagħhom, minbarra li jwitti t-triq għall-interdizzjoni arbitrarja tagħhom; ifakkar lill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Gwatemala fil-ħtieġa li jinħoloq u jinżamm ambjent sikur u favorevoli biex l-NGOs jesprimu liberament l-opinjonijiet tagħhom u jwettqu l-ħidma tagħhom għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha kemm hi;

8. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ilmenti li saru dwar in-nuqqas ta' konsultazzjonijiet liberi u infurmati minn qabel (il-Konvenzjoni 169 tal-ILO); ifakkar fir-rakkomandazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU li d-drittijiet tal-popli indiġeni għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ skont l-istandards internazzjonali, li jinkludu d-dritt għal konsultazzjoni libera u infurmata minn qabel; ifakkar li l-korporazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali huma marbutin direttament bi trattati u regoli nazzjonali u internazzjonali oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ambjentali tul il-katina tal-valur tagħhom, u li, jekk jinstab li jkunu kkawżaw jew ikkontribwew għall-ħsara, il-kumpaniji għandhom joffru jew jipparteċipaw fi proċessi ta' rimedju effettiv għall-individwi u l-komunitajiet affettwati; jinnota li dan jinkludi r-restituzzjoni, il-kumpens, ir-riabilitazzjoni u garanziji ta' nonripetizzjoni; ifakkar li l-gvernijiet għandhom ir-responsabbiltà li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u li jressqu lil min jiksirhom quddiem il-ġustizzja;

9. Itenni t-talba tiegħu għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari n-nisa; jilqa' u jappoġġja l-azzjoni meħuda s'issa mill-ambaxxati Ewropej u d-Delegazzjoni tal-UE għall-Gwatemala; jitlob li l-Unjoni Ewropea żżomm u, jekk ikun meħtieġ, tintensifika l-proġetti ta' appoġġ għall-ħidma tal-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali fil-Gwatemala;

10. Jinsisti li l-awtoritajiet tal-Gwatemala għandhom jiddikjaraw u jiżguraw is-sikurezza fiżika u legali ta' Lolita Chávez, finalista tal-Premju Sakharov, jekk tiddeċiedi li tmur lura f'pajjiżha;

11. Jitlob li l-elezzjonijiet fil-Gwatemala jsiru b'mod paċifiku u trasparenti, u li tiġi żgurata s-sigurtà tal-kandidati kollha; jenfasizza li l-Qorti Suprema Elettorali għandha taġixxi b'mod indipendenti u mingħajr ebda ndħil mill-istituzzjonijiet jew l-aġenti tal-istat; joffri li jibgħat Missjoni ta' Esperti Elettorali mill-UE;

12. Jiddeplora l-fatt li, aktar minn 20 sena wara, il-Ftehimiet ta' Paċi tal-Gwatemala għadhom ma ġewx implimentati, u anzi qegħdin f'riskju li jiżżarmaw; iħeġġeġ bis-sħiħ lill-parteċipanti nazzjonali u internazzjonali kollha jagħmlu kulma jistgħu biex jaċċeleraw l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jistieden lill-Gvern tal-Gwatemala, għal dan il-għan, jiżgura l-kontroll demokratiku u politiku u l-professjonalizzazzjoni tal-PNC u ta' istituzzjonijiet oħra bħall-CONRED, il-koordinatur nazzjonali għat-tnaqqis tad-diżastri, sabiex jimpedixxi l-militarizzazzjoni tagħhom u tiġi evitata r-ridirezzjoni ta' fondi umanitarji permezz tal-armata, billi dan mhuwiex konsistenti mal-għanijiet tal-Ftehimiet ta' Paċi;

13. Ifakkar lill-Gvern tal-Gwatemala li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali fih klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem li hija element essenzjali u li, jekk tiġi injorata, tista' twassal għas-sospensjoni tas-sħubija; jitlob lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jagħmlu użu mill-mekkaniżmi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u fil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni biex iħeġġu bis-sħiħ lill-Gwatemala twettaq aġenda ambizzjuża dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-impunità;

14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, il-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Gwatemala, lill-Kummissjoni Internazzjonali Kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG), lis-Segretarjat għall-Integrazzjoni Ekonomika tal-Amerka Ċentrali (SIECA), lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali u lill-kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana.

 

 

 

 

 

[1] ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 257.

[2] ĠU C 434, 23.12.2015, p. 181.

[3] ĠU C 252, 18.7.2018, p. 196.

[4] ĠU C 215, 19.6.2018, p. 125.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2019Avviż legali