Proċedura : 2019/2610(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0204/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0204/2019

Dibattiti :

PV 14/03/2019 - 8.1
CRE 14/03/2019 - 8.1

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0203

<Date>{13/03/2019}13.3.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8‑0204/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0205/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0206/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0207/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0208/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0209/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 168kWORD 60k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8‑0204/2019 (Verts/ALE)

B8‑0205/2019 (ECR)

B8‑0206/2019 (GUE/NGL)

B8‑0207/2019 (ALDE)

B8‑0208/2019 (S&D)

B8‑0209/2019 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan</Titre>

<DocRef>(2019/2610(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Roberta Metsola, Jaromír Štětina, Tunne Kelam, Milan Zver, Agnieszka Kozłowska‑Rajewicz, Eduard Kukan, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Elisabetta Gardini, Cristian Dan Preda, Patricija Šulin, Tomáš Zdechovský, Csaba Sógor, Jarosław Wałęsa, Andrzej Grzyb, Michael Gahler, Elmar Brok, Sandra Kalniete, Dubravka Šuica, Andrey Kovatchev, Francis Zammit Dimech, Seán Kelly, Ivana Maletić, Deirdre Clune, Laima Liucija Andrikienė, László Tőkés, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Adam Szejnfeld</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Soraya Post, Ana Gomes</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Charles Tannock, Monica Macovei</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Wolf Klinz, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Gérard Deprez, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen, Matthijs van Miltenburg, Hilde Vautmans, Mirja Vehkaperä</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

<Depute>Barbara Lochbihler, Heidi Hautala</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Helmut Scholz, Marie‑Christine Vergiat, Luke Ming Flanagan</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Isabella Adinolfi</Depute>

<Commission>{EFDD}f'isem il-Grupp EFDD</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan

(2019/2610(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra[1], kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-10 ta' Marzu 2016 dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Każakistan[2],–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra[3],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Każakistan, fosthom dawk  tat-18 ta' April 2013[4] u tal-15 ta' Marzu 2012[5], u dik tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-każ ta' Yevgeny Zhovtis fil-Każakistan[6],

 wara li kkunsidra l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) iffirmat f'Astana fil-21 ta' Diċembru 2015,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali[7], u tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali[8],

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2015 u tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali,

 wara li kkunsidra d-Djalogi annwali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Każakistan,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, fil-21 ta' Diċembru 2015, l-Unjoni Ewropea u l-Każakistan iffirmaw Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) maħsub biex jipprovdi qafas wiesa' għal djalogu politiku u kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni, kif ukoll f'bosta oqsma oħra; billi dan il-ftehim jagħmel enfasi qawwija fuq id-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll il-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili, inkluż l-involviment tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika pubblika;

B. billi l-Każakistan issieħeb fil-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi (Il-Kummissjoni ta' Venezja), f'Marzu 2012;

C. billi jidher li l-gvern tal-Każakistan ma ħa ebda pass biex jirrevedi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 174 tal-Kodiċi Kriminali, li huma fformulati b'mod wiesa'u li jipprojbixxi "l-inċitament" ta' diżgwid soċjali, nazzjonali jew ta' xorta oħra, u tal-Artikolu 274, li jipprojbixxi "t-tixrid ta' informazzjoni li hija magħrufa li hija falza", iżda għadu juża dawk id-dispożizzjonijiet bħala bażi biex jixli lil attivisti tas-soċjetà ċivili u ġurnalisti u jibgħathom il-ħabs;

D. billi l-għadd ta' priġunieri politiċi li qed jinżammu fil-Każakistan kiber; billi fl-2016 f'reġjuni differenti tal-Każakistan saru dimostrazzjonijiet paċifiċi kontra bidliet fil-Kodiċi tal-Art, li wasslu għad-detenzjoni ta' aktar minn 1 000 parteċipant (fosthom 55 ġurnalist), li minnhom aktar minn 30 persuna sussegwentement ġew arrestati; billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rrikonoxxa n-natura arbitrarja tad-detenzjoni, in-nuqqas ta' proċess ġust u vjolazzjonijiet goffi tad-drittijiet f'xi każijiet; billi l-attivist tas-soċjetà ċivili Maks Bokayev qed jiskonta sentenza ta' ħabs għall-parteċipazzjoni leġittima tiegħu f'din id-dimostrazzjoni paċifika tal-massa;

E. billi l-gvern tal-Każakistan ikkoopera mal-missjoni ta' livell għoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u kkommetta ruħu li jimplimenta l-pjan direzzjonali biex jindirizza l-preokkupazzjonijiet tal-ILO, iżda ma ħa ebda pass sinifikanti biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-pjan direzzjonali, bħal emendar tal-Liġi dwar it-Trade Unions;

billi, bl-istess mod, ma implimentax ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Kumitat tal-ILO dwar l-Applikazzjoni ta' Standards, jiġifieri li jirrevedi l-Liġi dwar it-Trade Unions u l-Kodiċi tax-Xogħol u li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Indipendenti tal-Każakistan (CITUK) u l-affiljati tagħha jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ drittijiethom bħala trade unions;

F. billi l-attivisti tat-trade unions Nurbek Kushakbaev u Amin Eleusinov inħelsu fuq libertà kondizzjonali f'Mejju 2018, iżda għad għandhom projbizzjoni li jieħdu sehem f'attivitajiet tat-trade unions; billi l-attivista Larisa Kharkova qed tiffaċċja restrizzjonijiet simili, kif ukoll fastidju ġudizzjarju kontinwu, u Erlan Baltabay, attivist ta' trade union oħra minn Shymkent, jinsab taħt investigazzjoni kriminali fuq akkużi dubjużi;

G. billi leġiżlazzjoni ġdida dwar l-NGOs issikkat ir-regoli tal-kontabilità għas-soċjetà ċivili; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem huma soġġetti għal pressjoni fiskali b'rabta ma' għotjiet li jirċievu minn donaturi internazzjonali;

H. billi l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin ġiet imminata b'mod gravi; billi t-twemmin reliġjuż jintuża mill-awtoritajiet bħala skuża għal detenzjoni arbitrarja; billi Saken Tulbayev intbagħat il-ħabs wara li ġie akkużat li kien wettaq "inċitament għall-mibegħda reliġjuża";

I. billi, fit-13 ta' Marzu 2018, l-awtoritajiet ipprojbew il-moviment ta' oppożizzjoni paċifika Għażla Demokratika tal-Każakistan (DCK) u aktar minn 500 persuna li wrew forom differenti ta' appoġġ għad-DCK; billi l-attivisti ċivili Almat Zhumagulov u l-poeta Kenzhebek Abishev saru vittmi tal-ġlieda tal-awtoritajiet tal-Każakistan kontra d-DCK u ġew ikkundannati għal 8 snin u 7 snin ħabs rispettivament; billi Ablovas Dzhumayev ġie kkundannat għal tliet snin ħabs u Aset Abishev għal erba' snin ħabs talli kkritikaw lill-awtoritajiet online u talli appoġġjaw lid-DRK;

J. billi d-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni, minkejja li huwa protett fil-kostituzzjoni tal-Każakistan, fil-parti l-kbira għadu ristrett fil-pajjiż, u billi l-Liġi dwar l-Assoċjazzjoni Pubblika għadha tirrikjedi li l-assoċjazzjonijiet pubbliċi jirreġistraw mal-Ministeru tal-Ġustizzja; billi, f'Diċembru 2015, emendi ġodda għal dik il-liġi imponew obbligi ta' rappurtar onerużi u regolazzjoni statali tal-finanzjament permezz ta' korp maħtur mill-gvern; billi min jieħu sehem f'attivitajiet f'organizzazzjonijiet mhux reġistrati jista' jiffaċċja sanzjonijiet amministrattivi u kriminali;

K. billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem għadhom jiffaċċjaw rappreżalji u restrizzjonijiet fl-attivitajiet tagħhom, fost l-oħrajn Elena Semenova, li tinsab taħt projbizzjoni tal-ivvjaġġar talli "xerrdet informazzjoni li kienet taf li ma kenitx minnha", u Ardak Ashim, attivista ibbażata fi Shykment, li ġiet mixlija li "inċitat id-diżgwid" għall-kontribuzzjonijiet kritiċi tagħha fil-media u ntbagħtet f'detenzjoni psikjatrika furzata; billi, fl-10 ta' Mejju 2018, matul iż-żjara ta' delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Każakistan, il-pulizija rrikorriet għall-użu ta' forza eċċessiva kontra dimostranti paċifiċi li kienu qed jippruvaw jiltaqgħu ma' Membri tal-Parlament Ewropew; billi aktar minn 150 ruħ inżammu mill-pulizija, u aktar minn 30 dimostrant tqiegħdu taħt arrest amministrattiv; billi, fis-17 u t-18 ta' Settembru 2018, il-pulizija tal-Każakistan żammew diversi attivisti li riedu jiltaqgħu ma' membri tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew;

L. billi emendi restrittivi ġodda għal-Liġi dwar il-Media u l-Informazzjoni daħlu fis-seħħ f'April 2018, filwaqt li l-aċċess għall-informazzjoni fil-media soċjali għadu bblukkat u Forbes Kazakhstan u Ratel.kz qed jiffaċċjaw investigazzjoni kriminali li nfetħet kontrihom fuq akkużi li "xerrdu informazzjoni li kienu jafu li ma kenitx minnha"; billi l-użu ta' networks soċjali huwa kkontrollat u ristrett mill-awtoritajiet; billi bloggers u utenti ta' networks soċjali, fosthom Ruslan Ginatullin, Igor Chupina u Igor Sychev, ingħataw sentenzi ta' priġunerija; Billi l-blogger Muratbek Tungishbayev ġie estradit mill-Kirgiżistan għal-Każakistan bi ksur flagranti tal-liġi, u ġie soġġett għal maltrattament fil-Każakistan;

M. billi l-impunità għat-tortura u għall-maltrattament ta' priġunieri u ta' persuni suspettati għadha n-norma, minkejja li l-gvern ikkommetta ruħu favur tolleranza żero għat-tortura; billi l-awtoritajiet naqsu milli jwettqu investigazzjoni kredibbli dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura matul l-istrajk estiż fis-settur taż-żejt f'Zhanaozen fl-2011;

N. billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur f'Almaty ma sab ebda evidenza kredibbli li tirfed l-allegazzjonijiet ta' tortura fir-rigward tan-negozjant Iskander Yerimbetov, li ġie kkundannat għal seba' snin ħabs fuq akkużi li wettaq frodi fuq skala kbira f'Ottubru 2018; billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja fl-2018 ikkonkluda li l-arrest u d-detenzjoni tiegħu kienu arbitrarji, talab li jinħeles, u esprima tħassib dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura matul id-detenzjoni tiegħu qabel il-proċess;

O. billi livelli għoljin ta' vjolenza kontra n-nisa u normi u sterjotipi patrijarkali tradizzjonali jirrappreżentaw ostakli maġġuri għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Każakistan; billi NGOs jistqarru li l-vjolenza kontra n-nisa hija sottorappurtata, u li hemm rata baxxa ta' prosekuzzjonijiet f'każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa kif ukoll f'każijiet ta' fastidju sesswali;

P. billi l-persuni LGBTI fil-Każakistan jiffaċċjaw sfidi legali u diskriminazzjoni; billi l-attività sesswali bejn persuni tal-istess sess, kemm bejn in-nisa kif ukoll bejn l-irġiel, hija legali fil-Każakistan, iżda koppji tal-istess sess u unitajiet domestiċi mmexxija minn koppji tal-istess sess mhumiex eliġibbli għall-istess protezzjonijiet legali li huma disponibbli għal koppji miżżewġa ta' sessi opposti;

Q. billi l-Każakistan huwa kklassifikat fil-143 post minn 167 pajjiż fl-Indiċi Dinji tad-Demokrazija, hekk li l-pajjiż huwa ddefinit bħala reġim awtoritarju;

1. Iħeġġeġ lill-Każakistan biex iżomm mal-obbligi internazzjonali tiegħu u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jitlob l l-awtoritajiet tal-Każakistan itemmu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u kull forma ta' repressjoni politika, fi qbil mal-prinċipji tal-Artikoli 1, 4, 5 u 235 tal-EPCA;

2. Jenfasizza li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-UE u l-Każakistan irid ikun ibbażat fuq impenji komuni favur valuri universali, b'mod partikolari d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, jistenna li l-EPCA jippromwovi tisħiħ tal-istat tad-dritt u tal-parteċipazzjoni demokratika miċ-ċittadini kollha, pajsaġġ politiku aktar varjat, ġudikatura indipendenti u imparzjali li taħdem aħjar, aktar trasparenza u responsabbiltà tal-gvern, u titjib tal-liġijiet tax-xogħol;

3. Jilqa' r-rilaxx ta' għadd ta' priġunieri politiċi, jiġifieri: Vladimir Kozlov, Gyuzyal Baydalinova, Seytkazy Matayev, Edige Batyrov, Yerzhan Orazalinov, Sayat Ibrayev, Aset Matayev, Zinaida Mukhortova, Talgat Ayan u l-ħaddiema taż-żejt ta' Zhanaozen, kif ukoll l-uffiċjali tat-trade unions Amin Eleusinov u Nurbek Kushakbayev, li l-libertà tagħhom, madankollu, għadha soġġetta għal restrizzjonijiet; jilqa' d-deċiżjoni li Ardak Ashim tinħeles mill-klinika psikjatrika; jikkundanna miżura hekk brutali bħall-psikjatrija punittiva, u jitlob li Ashim ma tibqax soġġetta għal kura psikjatrika ambulatorja obbligatorja, u l-irtirar tal-miżuri mediċi obbligatorji kollha kontra l-attivista Natalia Ulasik;

4. Jitlob li l-attivisti u l-priġunieri politiċi li jinsabu l-ħabs bħalissa, b'mod partikolari Mukhtar Dzhakishev, Maks Bokayev, Iskander Yerimbetov, Aron Atabek, Sanat Bukenov, Makhambet Abzhan u Saken Tulbayev, jiġu riabilitati bis-sħiħ u jinħelsu minnufih, u wkoll li jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-movimenti ta' persuni oħra;

5. Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex jemenda l-Artikolu 174 tal-Kodiċi Kriminali dwar "l-inċitament tad-diżgwid soċjali, nazzjonali, razzjali, reliġjuż, bejn il-clans jew bejn il-klassijiet" billi jirrestrinġih aktar ħalli jipprevjeni prosekuzzjonijiet arbitrarji li jiksru n-normi tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll l-Artikolu 274 tal-Kodiċi Kriminali, li jipprojbixxi b'mod wiesa' "t-tixrid ta' informazzjoni li tkun magħrufa li mhijiex minnha", u biex jeħles lill-attivisti, il-ġurnalisti u l-individwi kritiċi oħra li bħalissa qed jinżammu fuq akkużi taħt dawk l-artikoli;

6. Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex itemm ir-repressjoni tat-trade unions indipendenti u jneħħi r-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tagħhom, itemm il-prosekuzzjonijiet kriminali ta' mexxejja ta' trade unions għal raġunijiet politiċi, u jħassar il-kundanni ta' Larissa Kharkova, Nurbek Kushakbaev u Amin Eleusinov u jħalli lil dawn il-persuni jerġgħu jqbdu l-attivitajiet tagħhom fil-unions mingħajr indħil jew fastidju; iħeġġeġ ukoll lill-gvern biex jindirizza l-preokkupazzjonijiet tal-Parlament Ewropew rigward l-investigazzjoni kriminali kontra Erlan Baltabay, u jirrevedi l-Liġi dwar it-Trade Unions tal-2014 u l-Kodiċi tax-Xogħol tal-2015 biex jagħmilhom konformi mal-istandards tal-ILO;

7. Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-libertà ta' għaqda paċifika u l-libertà ta' assoċjazzjoni, u biex jirrevedi l-Liġi dwar l-Assoċjazzjoni Pubblika u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-finanzjament;

8. Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex itemm kull forma ta' detenzjoni arbitrarja, ta' rappreżalji u ta' fastidju kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u movimenti tal-oppożizzjoni politika, inkluż kontra partitarji reali jew perċepiti tad-DVK;

9. Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex jirrevedi l-emendi għal-Liġi dwar il-Media u l-Informazzjoni li daħlet fis-seħħ din is-sena, jimponi moratorju fuq il-libell kriminali, jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jirrevoka l-artikoli rilevanti fil-Kodiċi Kriminali l-ġdid li huma relatati mal-libell kriminali, jistabbilixxi limitu massimu fuq danni f'każijiet ta' malafama ċivili, itemm il-fastidju u r-rappreżalji kontra l-ġurnalisti li jikkritikaw il-gvern, u jtemm l-imblukkar tal-aċċess għal informazzjoni kemm online u kemm offline;

10. Jitlob li tittieħed azzjoni dwar il-komunikazzjonijiet mill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja u mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tortura; jitlob li l-vittmi ta' tortura jiġu protetti, li jingħataw kura medika tajba u li l-inċidenti ta' tortura jiġu investigati sewwa; jitlob li jintemm l-abbuż mill-proċeduri ta' estradizzjoni tal-Interpol u li l-fastidju tal-oppożizzjoni politika jieqaf; iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex iwettaq il-wegħdiet tiegħu ta' tolleranza żero għat-tortura u biex jiżgura li l-allegazzjonijiet ta' tortura, inklużi dawk li saru fil-kuntest tal-ġrajjiet ta' Zhanaozen, jiġu investigati bis-sħiħ; iħeġġeġ lill-gvern biex jirrevedi l-każ ta' Iskander Yerimbetov fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, u jiżgura li l-allegazzjonijiet ta' tortura jiġu investigati debitament;

11. Josserva n-natura multietnika u multireliġjuża tal-Każakistan, u jisħaq fuq il-ħtieġa tal-protezzjoni tal-minoranzi u ta' drittijiethom, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-lingwi, tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet; jilqa' l-koeżistenza paċifika ta' komunitajiet differenti fil-Każakistan; iħeġġeġ lill-Każakistan biex ma jibqax jippersegwita lin-nies talli jeżerċitaw b'mod leġittimu l-libertà tagħhom ta' kuxjenza u ta' reliġjon; jesiġi li l-persuni kkundannati għax iħaddnu twemmin jinħelsu minnufih;

12. Jitlob li l-awtoritajiet jikkumbattu kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa; jitlob, barra minn hekk, li tittieħed azzjoni li tiżgura li jkun hemm kanali effikaċi u aċċessibbli ta' rapportar kif ukoll miżuri ta' protezzjoni li jkunu sensittivi għall-ħtiġijiet u għall-kunfidenzjalità tal-vittmi; iħeġġeġ li tintemm l-impunità u li tittieħed azzjoni li tiżgura sanzjonijiet kriminali adatti kontra l-awturi tar-reati;

13. Jinsisti li d-drittijiet tal-komunità LGBTI jiġu rispettati bis-sħiħ; jitlob li l-gvern tal-Każakistan jiggarantixxi li l-komunità LGBTI ma tħabbat wiċċha ma' ebda diskriminazzjoni ;

14. Jitlob li l-Każakistan jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali OSKE/ODIHR għall-elezzjonijiet tal-20 ta' Marzu 2016, skont liema l-pajjiż għad fadallu ħafna biex jissodisfa l-impenji mal-OSKE rigward elezzjonijiet demokratiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan biex jevitaw li jirrestrinġu l-attività ta' kandidati indipendenti; iħeġġeġ, barra minn hekk, li d-drittijiet elettorali taċ-ċittadini jiġu rispettati;

15. Itenni li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-OSKE fit-titjib tal-prattiki tajba ta' governanza demokratika fil-pajjiż huma importanti, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan, għalhekk, biex jespandu l-mandat tal-OSKE fil-pajjiż, u b'mod partikolari biex iroddu liċ-Ċentru tal-OSKE f'Astana l-mandat tiegħu, bħala kundizzjoni importanti għal aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan;

16. Jitlob li l-UE u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) b'mod partikolari jwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi fil-Każakistan, iqajmu kwistjonijiet ta' tħassib mal-awtoritajiet tal-Każakistan fejn ikun meħtieġ, joffru assistenza, u jirrapportaw regolarment lill-Parlament; jitlob li d-Delegazzjoni tal-UE f'Astana tkompli taqdi rwol attiv fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni u li tqajjem il-kwistjoni tal-libertà ta' espressjoni fil-laqgħat bilaterali kollha rilevanti mal-Każakistan; iħeġġeġ lis-SEAE biex jinvolvi ruħu b'mod proattiv f'missjonijiet ta' osservazzjoni tal-proċessi, bil-għan li jissorvelja proċessi politikament sensittivi u prosekuzzjonijiet politikament motivati u jivverifika li d-dritt għal proċess ġust japplika għal kulħadd;

17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern u lill-parlament tal-Każakistan.

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2017)0485.

[2] Testi adottati, P8_TA(2016)0083.

[3] Testi adottati, P8_TA(2017)0484.

[4] ĠU C 45, 5.2.2016, p. 85.

[5] ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 93.

[6] ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 30.

[7] ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.

[8] ĠU C 58, 15.2.2018, p. 119.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2019Avviż legali