Proċedura : 2019/2628(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0225/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0225/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0327

<Date>{27/03/2019}27.3.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8‑0225/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0227/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8‑0229/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 163kWORD 50k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8‑0225/2019 (PPE)

B8‑0227/2019 (ECR)

B8‑0229/2019 (ALDE)</TablingGroups>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela</Titre>

<DocRef>(2019/2628(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>José Ignacio Salafranca Sánchez‑Neyra, Luis de Grandes Pascual, Cristian Dan Preda, David McAllister, Sandra Kalniete, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Paulo Rangel, Nuno Melo, Gabriel Mato, José Inácio Faria, Antonio López‑Istúriz White, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Laima Liucija Andrikienė, Lorenzo Cesa, Ivan Štefanec, Eduard Kukan, Tunne Kelam, Manolis Kefalogiannis, Julia Pitera, Fernando Ruas, Anna Maria Corazza Bildt</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Karol Karski, Jadwiga Wiśniewska, Anna Elżbieta Fotyga, Monica Macovei, Ryszard Czarnecki, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Javier Nart, Dita Charanzová, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, María Teresa Giménez Barbat, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Louis Michel, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Ramon Tremosa i Balcells, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Mirja Vehkaperä</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela

(2019/2628(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Venezwela[1], tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tal-art tagħha mal-Kolombja u l-Brażil[2] u tal-25 ta' Ottubru 2018[3] u l-31 ta' Jannar 2019[4] dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, fejn din tal-aħħar tirrikonoxxi lis-Sur Juan Guaidó bħala l-president interim leġittimu tal-Venezwela,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Union għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP) dwar il-Venezwela tal-10 ta' Jannar 2019, is-26 ta' Jannar 2019 u l-24 ta' Frar 2019, u l-aktar konklużjonijiet riċenti tal-Kunsill,

 wara li kkunsidra dikjarazzjoni mill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) tal-20 ta' April 2018 dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela, u d-dikjarazzjoni konġunta tal-istati membri tal-OAS dwar il-Venezwela tal-24 ta' Jannar 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Lima tal-25 ta' Frar 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar il-Venezwela tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-25 ta' Jannar 2019 u l-20 ta' Marzu 2019,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u b'mod partikolari l-Artikolu 233 tagħha,

 wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Venezwela qed tħabbat wiċċha ma' kriżi politika, ekonomika, istituzzjonali, soċjali u umanitarja multidimensjonali profonda u bla preċedent, nuqqas ta' mediċini u ikel, sitwazzjoni ta' ksur estensiv tad-drittijiet tal-bniedem, l-iperinflazzjoni, l-oppressjoni politika, il-korruzzjoni u l-vjolenza; billi l-kundizzjonijiet tal-għajxien iddeterjoraw b'mod serju u 87 % tal-popolazzjoni issa qed jgħixu fil-faqar; billi 78 % tat-tfal fil-Venezwela jinsabu f'riskju ta' malnutrizzjoni; billi 31 minn kull 1 000 tifel u tifla jmutu qabel l'età ta' 5 snin; billi aktar minn 1 miljun tifel u tifla ma għadhomx jattendu l-iskola;

B. billi hemm ir-riskju li l-provvisti tal-ikel fil-Venezwela, li diġà huma limitati, ma jibqgħux tajba għall-konsum; billi n-nies qed isibuha diffiċli ħafna biex jiksbu l-ilma, l-ikel u l-mediċini; billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), aktar minn 2.7 miljun Venezwelan telqu mill-pajjiż mill-2015 'l hawn u dan in-numru jista' jiżdied għal 5 miljun sal-aħħar tas-sena jekk il-kriżi tkompli tmur għall-agħar;

C. billi fit-23 ta' Frar 2019 l-għajnuna umanitarja li kienet maħżuna fil-Kolombja u l-Brażil ġiet irrifjutata bis-saħħa u f'xi każijiet inqerdet mir-reġim illegali ta' Maduro bl-użu ta' forzi militari u paramilitari; billi r-repressjoni rriżultat fil-qtil ta' bosta persuni, it-tidrib ta' għexieren ta' nies u mijiet arrestati; billi l-operazzjonijiet militari Venezwelani, il-kriminalità organizzata u t-terroristi jirrappreżentaw riskju għall-istabbiltà tar-reġjun, u b'mod partikolari għat-territorju ġar tal-Kolombja;

D. billi fil-bidu ta' Marzu l-Venezwela esperjenzat qtugħ fil-provvista tal-elettriku li dam iktar minn 100 siegħa, li aggrava l-kriżi tal-kura tas-saħħa li diġà kienet drammatika, bir-riżultat li l-isptarijiet spiċċaw mingħajr ilma tax-xorb u s-servizzi tagħhom ikkrollaw, filwaqt li seħħ ukoll sakkeġġ; billi, skont l-organizzazzjoni Doctors for Health, tal-inqas 26 persuna mietu fi sptarijiet minħabba nuqqas ta' elettriku; billi fil-25 ta' Marzu kien hemm qtugħ ieħor twil fil-provvista tal-elettriku, li ħalla lil Caracas u 20 reġjun ieħor fil-pajjiż fi dlam totali;

E. billi l-qtugħ tal-provvista tal-elettriku ilu jseħħ għal bosta snin u huwa konsegwenza diretta ta' ġestjoni ħażina, nuqqas ta' manutenzjoni, u korruzzjoni mir-reġim illegali ta' Maduro;

F. billi fi Frar 2019 delegazzjoni ta' erba' Membri tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) mistiedna uffiċjalment mill-Assemblea Nazzjonali u l-president interim Juan Guaidó, tkeċċiet mill-pajjiż;

G. billi fis-6 ta' Marzu 2019 ir-reġim illegali ta' Maduro ordna lill-Ambaxxatur Ġermaniż jitlaq il-pajjiż, wara li kien akkużat b'atti rikorrenti ta' interferenza fl-affarijiet interni; billi xi ġurnalisti barranin u lokali ġew arrestati wkoll, it-tagħmir tal-midja tagħhom ġie konfiskat, u, wara li nħelsu, tkeċċew;

H. billi Juan Guaidó ħatar lil Ricardo Hausmann bħala r-rappreżentant tal-pajjiż fil-Bank Interamerikan tal-Iżvilupp (IDB) u l-Korporazzjoni Interamerikana tal-Investiment (IIC);

I. billi, fil-21 ta' Marzu 2019, il-pulizija tal-intelligence Venezwelana arrestat lill-kap tal-kabinett ta' Juan Guaidó, Roberto Marrero, u daħlet bil-forza fid-dar ta' Sergio Vergara, membru tal-Assemblea Nazzjonali għall-Istat ta' Táchira, minkejja l-immunità parlamentari tiegħu;

J. billi fit-23 ta' Marzu 2019, żewġ ajruplani tal-Forza tal-Ajru Russa waslu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Simón Bolívar, f'Maiquetía, b'tagħmir militari u mill-inqas mitt suldat abbord, u billi avvenimenti analogi seħħew ripetutament f'dawn l-aħħar xhur;

K. billi fil-21 ta' Marzu 2019, l-Imħallef Venezwelan Afiuni Mora ngħata sentenza ta' 5 snin ħabs fuq akkużi ta' "korruzzjoni spiritwali"; billi dan l-imħallef kien diġà skonta sentenza twila ta' ħabs fil-passat u kien għadu qed jinżamm taħt arrest domiċiljarju inġust;

L. billi ġie rappurtat fil-15 ta' Marzu 2019 li Tomasz Surdel, il-korrispondent Venezwelan għall-gazzetta Pollakka Gazeta Wyborcza, kien ġie attakkat b'mod vjolenti, allegatament mill-Forzi ta' Azzjoni Speċjali tal-Pulizija Nazzjonali Venezwelana, waqt li kien qed isuq il-karozza tiegħu f'Caracas;

M. billi l-forza tal-pulizija u s-servizz tal-intelligence militari Kubani huma l-element strateġiku li jippermetti l-eżistenza kontinwa tar-reġim illegali ta' Maduro;

1. Jikkonferma r-rikonoxximent tiegħu ta’ Juan Guaidó bħala l-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, f'konformità mal-Artikolu 233 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Assemblea Ġenerali, l-uniku korp demokratiku leġittimu tal-Venezwela; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-pjan direzzjonali ta' Guaidó, partikolarment dwar it-tmiem tal-użurpazzjoni, l-istabbiliment ta' gvern tranżitorju nazzjonali u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali ta' malajr; jilqa' l-fatt li parti sinifikanti mill-komunità internazzjonali u l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri tal-UE rrikonoxxew il-leġittimità ta' Guaidó, u jistieden lill-bqija tal-Istati Membri biex jagħmlu dan b’mod urġenti;

2. Jikkundanna r-repressjoni u l-vjolenza ħorox, li wasslu biex persuni nqatlu u ndarbu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nies tal-Venezwela u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom;

3. Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja ta' emerġenza gravi, li qed tagħmel ħsara kbira lil ħajjet il-Venezwelani;

4. Itenni t-talba tiegħu għar-rikonoxximent sħiħ bħala ambaxxaturi tar-rappreżentanti diplomatiċi maħtura mill-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, Juan Guaidó, għall-UE u l-Istati Membri tagħha; jilqa' r-rikonoxximent mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp u l-Korporazzjoni Inter-Amerikana tal-Investiment ta' Ricardo Hausmann bħala Gvernatur tal-Venezwela f'dawk l-entitajiet; jiddispjaċih dwar is-sospensjoni tal-Laqgħa Annwali tal-Assemblej tal-Gvernaturi tal-IDB tal-2019 mill-ospitanti Ċiniżi tagħha;

5. Jikkundanna l-abbuż tal-infurzar tal-liġi u r-repressjoni brutali minn korpi ta' sigurtà, li llimitaw id-dħul ta' għajnuna umanitarja; jikkundanna l-użu ta' gruppi armati irregolari biex jattakkaw u jintimidaw liċ-ċittadini u l-leġiżlaturi li mmobilizzaw ruħhom biex iqassmu l-għajnuna; jappoġġja l-membri tal-militar tal-Venezwela li rrifjutaw li jrażżnu lill-popolazzjoni ċivili waqt din il-kriżi u telqu; jirrikonoxxi l-ħidma tal-awtoritajiet Kolombjani fil-ħarsien u l-kura ta' dawn is-suldati leali lejn il-Kostituzzjoni u l-poplu tal-Venezwela;

6. Jikkundanna bil-qawwa l-fastidju, id-detenzjoni u t-tkeċċija ta' diversi ġurnalisti li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni fil-Venezwela; itenni t-talbiet preċedenti tiegħu lir-reġim illegali ta' Maduro biex b'mod immedjat itemm ir-repressjoni kontra l-mexxejja politiċi, il-ġurnalisti u l-membri tal-oppożizzjoni, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov Leopoldo López; jitlob ir-rilaxx immedjat u inkundizzjonat tal-persuni detenuti kollha minħabba l-fatt li huma qraba tal-president interim Juan Guaidó jew membri tat-tim tiegħu;

7. Jikkundanna l-attakki mis-servizzi tas-sigurtà ta' Maduro u d-detenzjoni ta' Robert Marrero, il-kap tal-kabinett tal-president interim Juan Guaidó, kif ukoll id-dħul furzat reċenti fid-dar tal-membru tal-Assemblea Nazzjonali Sergio Vergara; jitlob li Marrero jinħeles immedjatament; jikkundanna s-sekwestru tal-membru tal-Assemblea Nazzjonali Juan Requesens u jitlob il-ħelsien immedjat tiegħu;

8. Itenni l-pożizzjoni tiegħu favur soluzzjoni paċifika għall-pajjiż permezz ta' elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli msejsa fuq kalendarju fiss, kundizzjonijiet ġusti għall-atturi kollha, inkluż Kunsill Elettorali Nazzjonali newtrali, it-trasparenza u l-preżenza ta' osservaturi internazzjonali kredibbli;

9. Ifaħħar l-isforzi li saru mill-pajjiżi tal-Grupp ta' Lima bħala mekkaniżmu reġjonali ewlieni li qed ifittex soluzzjoni demokratika għall-kriżi taħt it-tmexxija ta' Juan Guaidó bħala president interim leġittimu tal-Venezwela;

10. Jiġbed l-attenzjoni fuq il-kriżi migratorja akbar fir-reġjun kollu u jirrikonoxxi l-isforzi u s-solidarjetà murija mill-pajjiżi ġirien, u jitlob lill-Kummissjoni tkompli tikkoopera ma' dawn il-pajjiżi, mhux biss billi tipprovdi għajnuna umanitarja iżda wkoll billi tipprovdi aktar riżorsi u permezz tal-politika tal-iżvilupp;

11. Jesprimi tħassib serju dwar il-preżenza ta' gruppi terroristiċi u tal-kriminalità organizzata fil-Venezwela, u l-espansjoni u l-operazzjoni transfruntiera tagħha, b'mod speċjali lejn il-Kolombja, li qed tqiegħed f'sogru l-istabbiltà tar-reġjun kollu;

12. Jitlob sanzjonijiet addizzjonali mmirati lejn l-assi tal-awtoritajiet statali illegittimi barra mill-pajjiż u dawk l-individwi responsabbli mill-ksur u r-repressjoni tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-awtoritajiet tal-UE konsegwentement iridu jillimitaw il-movimenti ta' dawn l-individwi, kif ukoll tal-eqreb qraba tagħhom, u jiffriżaw l-assi u l-viżi tagħhom;

13. Jieħu nota tal-istabbiliment tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali, li jrid jinżamm milli jintuża mir-reġim illegali ta' Maduro bħala strateġija għal dewmien biex tissolva l-kriżi bl-għan li jibqa' fil-poter; jinnota n-nuqqas ta' kwalunkwe riżultat tanġibbli s'issa min-naħa tal-grupp ta' kuntatt, li l-iskop ewlieni tiegħu għandu jkun il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal elezzjonijiet presidenzjali ta' malajr u l-faċilitazzjoni tat-twassil tal-għajnuna umanitarja biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti tal-popolazzjoni Venezwelana; jitlob lill-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali jikkollabora mal-Grupp ta' Lima, bħala attur reġjonali ewlieni; f'dan il-qafas, jitlob lis-SEAE, b'kollaborazzjoni mal-Parlament Ewropew, biex joffri l-għarfien espert tiegħu fil-qasam tal-assistenza elettorali;

14. Jistieden lill-Istati Membri, lill-VP/RGħ u lill-pajjiżi tar-reġjun jesploraw il-possibilità li jistabbilixxu konferenza internazzjonali tad-donaturi bil-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju wiesa' għar-rikostruzzjoni u t-tranżizzjoni għad-demokrazija;

15. Jappoġġa bil-qawwa t-talba tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex issir investigazzjoni indipendenti u sħiħa dwar id-diżgrazzji rrappurtati; ifakkar fl-impenn tal-UE favur multilateraliżmu effikaċi fil-qafas tan-NU sabiex tiġi evitata katastrofi umanitarja b'konsegwenzi akbar; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għar-rwol tal-QKI fil-ġlieda kontra l-impunità u biex dawk li wettqu l-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem iħallsu ta' għemilhom, u għall-ftuħ ta' investigazzjoni wara l-eżami preliminari f'delitti mwettqa mir-reġim illegali ta' Maduro, inklużi wħud li huma delitti serji kontra l-umanità;

16. Jiddenunzja l-influwenza tar-reġim Kuban fil-Venezwela, li bl-użu tal-aġenti tiegħu, ikkontribwixxa għad-destabbilizzazzjoni tad-demokrazija u għal żieda fir-repressjoni politika kontra l-forzi demokratiċi tal-Venezwela; jindika li intervent ta' dan it-tip jaf ikollu konsegwenzi għar-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba, inkluż id-Djalogu Politiku u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba;

17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President interim leġittimu tar-Repubblika u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Grupp ta' Lima, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2018)0199.

[2] Testi adottati, P8_TA(2018)0313.

[3] Testi adottati, P8_TA(2018)0436.

[4] Testi adottati, P8_TA(2019)0061.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali