Proċedura : 2019/2692(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0242/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0242/2019

Dibattiti :

PV 18/04/2019 - 6.3
CRE 18/04/2019 - 6.3

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.3

Testi adottati :

P8_TA(2019)0424

<Date>{17/04/2019}17.4.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8-0242/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0243/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0244/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0246/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0248/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0250/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0251/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 161kWORD 54k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8-0242/2019 (Verts/ALE)

B8-0243/2019 (ECR)

B8-0244/2019 (GUE/NGL)

B8-0246/2019 (EFDD)

B8-0248/2019 (S&D)

B8-0250/2019 (PPE)

B8-0251/2019 (ALDE)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-Brunei</Titre>

<DocRef>(2019/2692(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Tomáš Zdechovský, Esther de Lange, Jarosław Wałęsa, Romana Tomc, Csaba Sógor, Milan Zver, Michaela Šojdrová, Tunne Kelam, David McAllister, Adam Szejnfeld, Andrzej Grzyb, Inese Vaidere, Dubravka Šuica, Laima Liucija Andrikienė, Seán Kelly, Andrey Kovatchev, Sandra Kalniete, Elmar Brok</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Soraya Post</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Charles Tannock</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Urmas Paet, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Gérard Deprez, María Teresa Giménez Barbat, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Louis Michel, Javier Nart, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Mirja Vehkaperä</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

<Depute>Barbara Lochbihler, Bodil Valero, Ernest Urtasun, Jean Lambert, Terry Reintke</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Malin Björk, Marie-Christine Vergiat, Patrick Le Hyaric, Helmut Scholz, Marisa Matias, Dimitrios Papadimoulis, Kostadinka Kuneva, Miguel Urbán Crespo, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga, Kateřina Konečná</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

<Depute>Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Piernicola Pedicini, Marco Zullo, Dario Tamburrano, Laura Agea</Depute>

<Commission>{EFDD}f'isem il-Grupp EFDD</Commission>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Brunei

(2019/2692(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' April mill-Kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar l-implimentazzjoni tal-Ordni tal-Kodiċi Penali fil-Brunei Darussalam,

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni LGBTI,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-1 ta' April 2019 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, li tħeġġeġ lill-Brunei iwaqqaf id-dħul fis-seħħ tal-kodiċi penali "drakonjan" il-ġdid;

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, li l-Brunei iffirma fl-2015,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN tal-2012,

 wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni ASEAN – UE 2018 – 2022,

 wara li kkunsidra d-Djalogu ta' Politika bejn l-ASEAN u l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tad-29 ta' Novembru 2017,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-2 ta' April 2019 mill-Viċi Kelliem tad-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti dwar l-implimentazzjoni tal-fażijiet tnejn u tlieta tal-Kodiċi Penali tax-Xarija fil-Brunei,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fl-2014, il-Brunei introduċa l-Kodiċi Penali tax-Xarija, li kellu jiġi implimentat fi tliet fażijiet; billi t-tielet fażi tal-implimentazzjoni daħlet fis-seħħ fit-3 ta' April 2019; billi t-tielet fażi ddaħħal fis-seħħ dispożizzjonijiet li jinkludu l-qtil bit-tħaġġir għal atti kunsenswali bejn persuni tal-istess sess, għas-sess barra miż-żwieġ u għall-abort, kif ukoll l-amputazzjoni tar-riġlejn jew id-dirgħajn għas-serq; billi l-kodiċi jimponi wkoll il-piena tal-mewt għall-insulti u l-malafama tal-Profeta Mohammed kemm mill-Musulmani kif ukoll minn dawk li mhumiex; billi l-Kodiċi Penali tax-Xarija japplika kemm għall-Musulmani kif ukoll għal dawk li mhumiex, inklużi l-barranin, kif ukoll għal reati mwettqa barra mill-pajjiż minn ċittadini u minn residenti permanenti;

B.  billi t-tfal li jkunu laħqu l-pubertà u li jiġu kkundannati għar-reati kkonċernati jistgħu jirċievu l-istess pieni bħall-adulti; billi ċerti tfal iżgħar jistgħu jiġu soġġettati għall-iffrustar;

C. billi, qabel l-introduzzjoni tal-Kodiċi Penali tax-Xarija, l-omosesswalità kienet illegali fil-Brunei u kienet punibbli bi priġunerija sa 10 snin;

D. billi l-aħħar elezzjonijiet fil-Brunei saru fl-1962; billi s-Sultan jokkupa r-rwoli kemm ta' Kap tal-Istat kif ukoll ta' Prim Ministru, u huwa mogħti awtorità eżekuttiva sħiħa;

E. billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura ddikjara li kwalunkwe forma ta' piena korporali tmur kontra l-projbizzjoni tat-tortura u trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u li ma tistax titqies bħala sanzjoni legali skont id-dritt internazzjonali; billi xi wħud mill-pieni minquxa fil-Kodiċi Penali jammontaw għal tortura, trattament krudili, inuman u degradanti kif inhu pprojbit mill-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra li għaliha l-Brunei ilu firmatarju sa mill-2015;

F. billi d-dispożizzjonijiet taħt il-Kodiċi Penali tax-Xarija jiksru l-obbligi tal-Brunei fid-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-dritt għall-ħajja, il-ħelsien mit-tortura jew maltrattament ieħor, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tar-reliġjon u d-dritt għall-privatezza; billi d-dispożizzjonijiet tal-kodiċi jiddiskriminaw abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, kif ukoll kontra n-nisa u kontra l-minoranzi reliġjużi fil-Brunei u jistgħu jinċitaw il-vjolenza;

G. billi l-Programm Konġunt tan-NU għall-HIV u l-AIDS (UNAIDS) u l-Fond tan-NU għall-Popolazzjoni (UNFPA) iddikjaraw li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Penali tal-Brunei li jikkriminalizzaw l-omosesswalità u jikkastigaw forom tal-kura tas-saħħa riproduttiva għandhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa u fuq il-persuni LGBTI, joħolqu ostakoli għall-aċċess għall-informazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, jimpedixxu l-aċċess għas-saħħa u għad-drittijiet sesswali u riproduttivi, u jaffettwaw is-saħħa pubblika negattivament;

H. billi t-tradizzjoni, ir-reliġjon u l-kultura fil-Brunei jintużaw biex jiġġustifikaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u kontra l-persuni LGBTI; billi r-rapport dwar il-Brunei tal-11 ta' Marzu 2019 tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikjara li hemm attitudnijiet patrijarkali b'għeruq profondi u l-użu ta' stereotipi diskriminatorji li huma riflessi fl-għażliet akkademiċi u professjonali tan-nisa, fil-pożizzjoni inugwali tagħhom fis-suq tax-xogħol u fir-relazzjonijiet taż-żwieġ u tal-familja; billi dawn l-istereotipi huma l-kawżi tal-oriġini tal-vjolenza kontra n-nisa;

I. Billi l-Brunei huwa magħruf għall-popolazzjoni multietnika tiegħu b'varjetà wiesgħa ta' reliġjonijiet, inklużi l-Iżlam, il-Kristjaneżmu, il-Buddiżmu, l-Induiżmu u bosta reliġjonijiet indiġeni, li jgħixu flimkien b'mod paċifiku; billi l-kostituzzjoni tal-Brunei tirrikonoxxi l-libertà reliġjuża u tistipula li "ir-reliġjonijiet kollha jistgħu jiġu prattikati fil-paċi u fl-armonija mill-persuni li jipprofessawhom"; billi, minkejja l-kostituzzjoni tal-Brunei, il-Gvern ipprojbixxa l-konverżjoni u t-tagħlim tar-reliġjonijiet kollha ħlief l-Iżlam, u pprojbixxa ċ-ċelebrazzjonijiet pubbliċi Kristjani kollha;

J. billi l-Brunei għandu moratorju de facto għall-użu tal-piena tal-mewt, u fil-fatt, l-aħħar eżekuzzjoni twettqet fl-1957; billi, jekk jiġi implimentat, il-Kodiċi Penali tax-Xarija effettivament se jintroduċi mill-ġdid il-piena tal-mewt; billi l-UE tikkundanna l-piena tal-mewt, dejjem u kullimkien;

K. billi l-adozzjoni tal-liġijiet il-ġodda qajmet rabja internazzjonali u appelli għal bojkott tal-lukandi li huma l-proprjetà tal-Aġenzija tal-Investiment tal-Brunei (BIA); billi din l-aġenzija hija parti mill-Ministeru tal-Brunei għall-Finanzi u l-Ekonomija u hija s-sid ta' varjetà ta' proġetti ta' investiment madwar id-dinja kollha; billi l-BIA ddikjarat li l-valuri ċentrali tagħha jinkludu r-rispett reċiproku u l-valwazzjoni pożittiva tad-differenza u d-diversità;

L. billi l-Brunei irratifika biss żewġ konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; billi t-tielet ċiklu tal-Eżami Perjodiku Universali tal-Brunei se jibda fl-10 ta' Mejju 2019;

M. billi l-UE ssospendiet in-negozjati għal ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni mal-Brunei;

1. Jikkundanna bil-qawwa d-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Penali tax-Xarija retrogradu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Brunei biex iħassruh minnufih u jiżguraw li l-liġijiet tal-Brunei jikkonformaw mad-dritt u l-istandards internazzjonali, b'mod konsistenti mal-obbligi tal-Brunei taħt l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fir-rigward tal-minoranzi sesswali, il-minoranzi reliġjużi u dawk li ma jemmnux;

2. Itenni l-kundanna tiegħu tal-piena tal-mewt; jistieden lill-Brunei ikompli l-moratorju tiegħu fuq l-użu tal-piena tal-mewt bħala pass lejn l-abolizzjoni;

3. Jikkundanna bil-qawwa l-użu tat-tortura u tat-trattament krudili, degradanti u inuman fiċ-ċirkostanzi kollha; jissottolinja li d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Penali tax-Xarija jiksru l-obbligi tal-Brunei taħt id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u li l-pieni previsti minnu jiksru l-projbizzjonijiet konswetudinarji tad-dritt internazzjonali kontra t-tortura u maltrattament ieħor;

4. Huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li filwaqt li ħafna pajjiżi qegħdin jiddikriminalizzaw kondotta kunsenswali bejn persuni tal-istess sess, il-Brunei sfortunatament sar is-seba' pajjiż li jikkastiga l-atti omosesswali kunsenswali bil-piena tal-mewt; jistieden lill-awtoritajiet tal-Brunei jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u jiddikriminalizzaw l-omosesswalità;

5. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Brunei jiżguraw il-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi taċ-ċittadini kollha u r-rispett għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha, mingħajr distinzjoni għal kwalunkwe raġuni, inkluż il-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza jew ir-reliġjon; huwa mħasseb ħafna dwar l-applikazzjoni possibbli tad-dritt kriminali fuq it-tfal; jistieden lill-Brunei ma japplika taħt l-ebda ċirkostanza l-piena tal-mewt, it-tortura jew il-priġunerija fuq dawn it-tfal;

6. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Brunei jirrispettaw bis-sħiħ il-libertà reliġjuża fis-Sultanat, kif stipulat fil-kostituzzjoni tiegħu stess, u jippermettu ċ-ċelebrazzjoni pubblika tal-festi reliġjużi kollha, inkluż il-Milied; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni f'dan ir-rigward jeħtiġilha tikkonforma b'mod strett mad-drittijiet tal-bniedem;

7. Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Brunei jrawmu d-djalogu politiku mal-partijiet ikkonċernati ewlenin tas-soċjetà ċivili, mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, mal-istituzzjonijiet ibbażati fuq il-fidi u mal-organizzazzjonijiet kummerċjali, kemm fil-Brunei kif ukoll barra minnu, sabiex irawmu u jissalvagwardaw id-drittijiet tal-bniedem fit-territorju tagħhom stess; jirrileva d-dritt għall-espressjoni ta' opinjonijiet kritiċi jew satiriċi bħala eżerċizzju leġittimu tal-libertà tal-espressjoni, minquxa fil-qafas internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem;

8. Iħeġġeġ lill-Brunei jirratifika l-istrumenti internazzjonali ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU li fadal, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra; jistieden lill-awtoritajiet tal-Brunei jestendu stedina permanenti għaż-żjara fil-qafas tal-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

9. Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex fl-eventwalità tal-implimentazzjoni effettiva tal-Kodiċi Penali tax-Xarija, jikkunsidra l-adozzjoni fil-livell tal-UE ta' miżuri restrittivi b'rabta ma' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni tal-viżi;

10. Jistieden lill-VP/RGħ tagħmel it-tnedija mill-ġdid tan-negozjati għall-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-UE u l-Brunei soġġetta għall-konformità tal-Kodiċi Penali mad-dritt internazzjonali u mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

11. Jirrileva l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTI; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jżidu l-appoġġ tagħhom għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Brunei;

12. Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Indoneżja u għall-Brunei Darussalam f'Jakarta, lid-Delegazzjoni tal-UE għall-ASEAN u lis-SEAE jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni u jikkonsultaw lill-awtoritajiet, l-ambaxxati u r-rappreżentanti tal-Brunei f'dan ir-rigward; jistieden lis-SEAE jinkludi s-sitwazzjoni fil-Brunei bħala punt fl-aġenda tiegħu għad-Djalogu ta' Politika dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-ASEAN u l-UE;

13. Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipparteċipaw attivament fl-Eżami Perjodiku Universali li ġej, li se jsir bejn is-6 u s-17 ta' Mejju 2019, li se jeżamina r-rekord tal-Brunei fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

14. Jenfasizza li sakemm il-Kodiċi Penali attwali jkun għadu fis-seħħ, l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtiġilhom jikkunsidraw it-tniżżil fuq lista sewda tal-lukandi li huma proprjetà tal-Aġenzija tal-Investiment tal-Brunei;

15. Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrispettaw il-qafas ġuridiku internazzjonali fir-rigward tal-aċċess għall-proċeduri ta' ażil u protezzjoni umanitarja għall-vittmi tal-Kodiċi Penali attwali tal-Brunei;

16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lis-Segretarjat tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem, lis-Sultan tal-Brunei, Hassanal Bolkiah u lill-Gvern tal-Brunei;

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' April 2019Avviż legali