Proċedura : 2019/2690(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0255/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0255/2019

Dibattiti :

PV 18/04/2019 - 6.1
CRE 18/04/2019 - 6.1

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.1
CRE 18/04/2019 - 10.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0422

<Date>{17/04/2019}17.4.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8-0255/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0256/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0258/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0259/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0260/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 166kWORD 56k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8-0255/2019 (ECR)

B8-0256/2019 (Verts/ALE)

B8-0258/2019 (S&D)

B8-0259/2019 (PPE)

B8-0260/2019 (ALDE)</TablingGroups>


<Titre> dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-minoranzi reliġjużi u etniċi </Titre>

<DocRef>(2019/2690(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Cristian Dan Preda, Michaela Šojdrová, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Esther de Lange, Jarosław Wałęsa, Romana Tomc, Csaba Sógor, Pavel Svoboda, Milan Zver, Tunne Kelam, Tomáš Zdechovský, David McAllister, Adam Szejnfeld, Andrzej Grzyb, Inese Vaidere, Seán Kelly, Andrey Kovatchev, Marijana Petir, Sandra Kalniete, Laima Liucija Andrikienė, Krzysztof Hetman, Julia Pitera, László Tőkés, Elmar Brok</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Elena Valenciano, Soraya Post, Jo Leinen </Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Charles Tannock, Bas Belder, Monica Macovei, Branislav Škripek, Anna Elżbieta Fotyga </Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Nathalie Griesbeck, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Gérard Deprez, María Teresa Giménez Barbat, Marian Harkin, Petr Ježek, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Johannes Cornelis van Baalen, Hilde Vautmans, Mirja Vehkaperä</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

<Depute>Barbara Lochbihler, Reinhard Bütikofer, Heidi Hautala, Indrek Tarand, Helga Trüpel </Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iċ-Ċina, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-minoranzi reliġjużi u etniċi

(2019/2690(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina, b'mod partikolari dawk tas-26 ta' Novembru 2009 dwar iċ-Ċina: id-drittijiet tal-minoranza u l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt[1], tal-10 ta' Marzu 2011 dwar is-sitwazzjoni u l-wirt kulturali f'Kashgar (ir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang)[2], tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar il-każijiet tal-Akkademja Buddista Tibetana ta' Larung Gar u Ilham Tohti[3], tat-12 ta' Settembru 2018 dwar il-qagħda tar-relazzjonijiet UE-Ċina[4] u tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar id-detenzjoni arbitrarja tal-massa tal-Ujguri u l-Każaki fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang[5],

 wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika UE-Ċina, imnedija fl-2003, u l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-22 ta' Ġunju 2016 intitolata "Elementi għal strateġija ġdida tal-UE dwar iċ-Ċina"(JOIN(2016)0030),

 wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fl-24 ta' Ġunju 2013,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-12 ta' Marzu 2019 intitolata "L-UE u ċ-Ċina: Ħarsa strateġika"(JOIN(2019)0005),

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-21 Summit bejn l-UE u ċ-Ċina tad-9 ta' April 2019,

 wara li kkunsidra d-djalogu bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem, imniedi fl-1995, u s-37 sessjoni tiegħu, li saret fi Brussell fl-1 u t-2 ta' April 2019,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jiggarantixxi liċ-ċittadini kollha d-dritt għal-libertà tat-twemmin reliġjuż, u l-Artikolu 4 tagħha, li jiddefendi d-drittijiet tan-"nazzjonalitajiet f'minoranza",

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966, iffirmat miċ-Ċina fl-1998, iżda li ma ġiex ratifikat,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

 wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi li jinsabu fir-rapport dwar iċ-Ċina tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, fil-qafas strateġiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, l-UE twiegħed li se tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, u l-istat tad-dritt "fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tagħha, mingħajr eċċezzjoni" u li l-UE se "tqiegħed id-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tar-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi terzi kollha, inklużi s-sħab strateġiċi tagħha"; billi dan għandu jibqa' fil-qalba tar-relazzjoni li ilha teżisti bejn l-UE u ċ-Ċina, skont l-impenn tal-UE li tiddefendi dawn l-istess valuri fl-azzjoni esterna tagħha u l-interess espress taċ-Ċina li taderixxi magħhom fl-iżvilupp u fil-kooperazzjoni internazzjonali tagħha;

B. billi ċ-Ċina rnexxielha tneħħi mill-faqar 700 miljun persuna, iżda billi minn mindu l-President Xi Jinping ħa l-poter f'Marzu 2013, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kompliet tiddeterjora, billi l-gvern żied l-ostilità tiegħu lejn id-dissens paċifiku, il-libertajiet tal-espressjoni u tar-reliġjon, u l-istat tad-dritt; billi l-awtoritajiet Ċiniżi żammew u ħarrku mijiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, avukati u ġurnalisti;

C. billi r-regolamenti l-ġodda dwar il-kwistjonijiet reliġjużi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018, huma aktar restrittivi fil-konfront ta' gruppi u attivitajiet reliġjużi u jġegħluhom jaderixxu aktar mill-qrib mal-politiki tal-partit; billi l-libertà reliġjuża u l-libertà tal-kuxjenza laħqu livell baxx ġdid minn mindu bdew ir-riformi ekonomiċi u mill-ftuħ taċ-Ċina lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet; billi ċ-Ċina tospita waħda mill-akbar popolazzjonijiet ta' priġunieri reliġjużi;

D. billi, filwaqt li f'Settembru 2018 intlaħaq qbil bejn is-Santa Sede u l-Gvern Ċiniż dwar il-ħatriet ta' isqfijiet fiċ-Ċina, il-komunitajiet reliġjużi Nsara ilhom iħabbtu wiċċhom ma' ripressjoni dejjem akbar fiċ-Ċina, filwaqt li l-Insara, kemm fi knejjes illeċiti kif ukoll fi knejjes approvati mill-gvern, kienu fil-mira ta' fastidju u detenzjoni ta' dawk li jemmnu, twaqqigħ ta' knejjes, konfiska ta' simboli reliġjużi u trażżin ta' laqgħat Insara; billi l-awtoritajiet Ċiniżi f'xi provinċji ma jippermettux li persuni taħt it-18-il sena jattendu attivitajiet reliġjużi; billi f'Settembru 2018 iċ-Ċina pprojbixxiet il-Knisja ta' Zion, l-akbar kongregazzjoni interna fiċ-Ċina b'aktar minn 1 500 segwaċi;

E. billi s-sitwazzjoni fix-Xinjiang, fejn jgħixu 10 miljun Musulman Ujguri u Każaki etniċi, iddeterjorat b'mod rapidu, billi l-istabbiltà u l-kontroll assolut tax-Xinjiang saru prijorità ewlenija tal-awtoritajiet Ċiniżi, b'konsegwenza ta' attakki terroristiċi perjodiċi fix-Xinjiang jew li huma allegatament konnessi max-Xinjiang u mwettqa mill-Ujguri, kif ukoll minħabba l-pożizzjoni strateġika tar-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang għall-Inizjattiva Belt and Road (BRI); billi hemm informazzjoni li s-sistema ta' kampijiet fix-Xinjiang espandiet għal partijiet oħra taċ-Ċina;

F. billi ġie stabbilit programm ta' detenzjoni extraġudizzjarju, li qed iżżomm f'detenzjoni "minn għexieren ta' eluf għal aktar minn miljun persuna Ujgur" li qed jiġu sfurzati jagħmlu "riedukazzjoni" politika, skont l-istimi tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali, mingħajr ma ġew akkużati jew imtellgħin quddiem qorti, għal perjodi ta' żmien mhux determinati, u għalhekk qed jiġu detenuti b'mod arbitrarju taħt l-iskuża tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu reliġjuż; billi politika ta' restrizzjonijiet stretti fuq il-prattiki reliġjużi u l-lingwa u d-drawwiet Ujguri ġiet żviluppata fil-provinċja tax-Xinjiang;

G. billi ġie żviluppat netwerk sofistikat ta' sorveljanza diġitali invażiva, inkluża t-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ u l-ġbir tad-data;

H. billi l-Gvern Ċiniż irrifjutat bosta talbiet mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar l-Għajbien Furzat jew Involontarju (WGEID), il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u mandati oħra ta' Proċeduri Speċjali tan-NU biex jibagħtu investigaturi indipendenti fix-Xinjiang;

I. billi minkejja t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp infrastrutturali tul dawn l-aħħar snin, is-sitwazzjoni fit-Tibet marret għall-agħar, billi l-Gvern Ċiniż rażżan firxa wiesgħa ta' drittijiet tal-bniedem bl-iskuża tas-sigurtà u l-istabbiltà, u bl-involviment tiegħu f'attakki bla waqfien kontra l-identità u l-kultura Tibetana;

J. billi l-miżuri ta' sorveljanza u kontroll fit-Tibet ilhom jiżdiedu tul dawn l-aħħar ftit snin, bħad-detenzjonijiet arbitrarji, l-atti ta' tortura u ta' maltrattament; billi l-Gvern Ċiniż ħoloq fit-Tibet ambjent fejn ma hemm l-ebda limitu għal awtorità statali, fejn hemm klima ta' biża' pervażiva, u fejn kull aspett tal-ħajja pubblika u privata huwa kkontrollat u rregolat b'mod strett; billi fit-Tibet, kull att ta' kontestazzjoni jew ta' kritika tal-politiki tal-istat fil-konfront tal-minoranzi etniċi jew reliġjużi jista' jitqies bħala "separatista" u għalhekk jista' jiġi kriminalizzat; billi l-aċċess għar-Reġjun Awtonomu tat-Tibet illum huwa aktar ristrett minn qatt qabel;

K. billi ġie rappurtat li mill-2009 għadd enormi ta' Tibetani, fil-parti l-kbira reliġjużi nisa u rġiel, taw in-nar lilhom infushom bħala protesta kontra l-politiki restrittivi taċ-Ċina fit-Tibet, u b'appoġġ għar-ritorn tad-Dalai Lama u d-dritt għal-libertà reliġjuża fil-prefettura tal-kontea ta' Aba/Ngaba fil-Provinċja ta' Sichuan u f'partijiet oħra tal-plateau tat-Tibet; billi ma sar l-ebda progress fir-riżoluzzjoni tal-kriżi Tibetana f'dawn l-aħħar 10 snin;

1. Huwa mħasseb ferm dwar ir-reġim dejjem aktar repressiv li ħafna minoranzi reliġjużi u etniċi, b'mod partikolari l-Ujguri u l-Każaki, it-Tibetani u l-Insara jiffaċċjaw, li jqiegħed restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-garanziji kostituzzjonali tad-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni kulturali u tat-twemmin reliġjuż, għal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, kif ukoll għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni; jesiġi li l-awtoritajiet jirrispettaw dawn il-libertajiet fundamentali;

2. Jistieden lill-Gvern Ċiniż itemm minnufih il-prattika tad-detenzjonijiet arbitrarji, mingħajr ebda akkuża, proċess jew kundanna għal reat kriminali, ta' membri tal-minoranzi tal-Ujguri u l-Każaki u tat-Tibetani, jagħlaq il-kampijiet u ċ-ċentri tad-detenzjoni kollha u jeħles lill-persuni detenuti minnufih u mingħajr kundizzjonijiet;

3. Jitlob il-ħelsien immedjat tal-persuni detenuti arbitrarjament, tal-priġunieri minħabba twemmin, inklużi s-segwaċi tal-moviment Falun Gong u l-waqfien tal-għajbien sfurzat, u jinsisti li l-individwi kollha jkunu jistgħu jagħżlu r-rappreżentant legali tagħhom, ikollhom aċċess għall-familja tagħhom u għall-assistenza medika, kif ukoll li l-każijiet tagħhom jiġu investigati;

4. Jistieden lill-Gvern Ċiniż jeħles minnufih: lill-Ujguri, fosthom Ilham Tohti, Tashpolat Tiyip, Rahile Dawut, Eli Mamut, Hailaite Niyazi, Memetjan Abdulla, Abduhelil Zunun u Abdukerim Abduweli; lill-individwi ppersegwitati minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom, fosthom Zhang Shaojie, Hu Shigen, Wang Yi u Sun Qian; lill-attivisti, il-kittieba u r-reliġjużi Tibetani li jiffaċċjaw akkużi kriminali jew li ntbagħtu l-ħabs talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, fosthom Tashi Wangchuk u Lobsang Dargye;

5. Jitlob li jinħelsu minnufih il-pubblikatur tal-kotba Żvediż Gui Minhai u ż-żewġ ċittadini Kanadiżi Michael Spavor u Michael Kovrig;

6. Iħeġġeġ lill-Gvern Ċiniż jikkomunika lill-familji tagħhom id-dettalji sħaħ tal-persuni li għebu fix-Xinjiang;

7. Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jtemmu l-kampanji tagħhom kontra l-kongregazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Insara u jwaqqfu l-fastidju u d-detenzjoni tal-pastors u l-qassisin Insara u d-demolizzjonijiet furzati tal-knejjes;

8. Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jħarsu l-libertajiet lingwistiċi, kulturali u reliġjużi u libertajiet fundamentali oħra tat-Tibetani, u jevitaw politiki dwar l-insedjamenti li jiffavorixxu lill-poplu Han u li huma ta' żvantaġġ għat-Tibetani, kif ukoll ma jisfurzawx lin-nomadi Tibetani jabbandunaw l-istil ta' ħajja tradizzjonali tagħhom;

9. Jikkundanna l-kampanji mwettqa permezz tal-approċċ "edukazzjoni patrijottika", inklużi l-miżuri għall-kontroll mill-istat tal-monasteri Buddisti Tibetani; huwa mħasseb dwar l-abbuż li qed isir mid-dritt kriminali Ċiniż għall-finijiet ta' persekuzzjoni tat-Tibetani u tal-Buddisti, li l-attivitajiet reliġjużi tagħhom huma meqjusa ekwivalenti għal "separatiżmu"; jiddeplora l-fatt li l-ambjent għall-prattika tal-Buddiżmu fit-Tibet mar għall-agħar b'mod sinifikanti wara l-protesti Tibetani ta' Marzu 2008, billi l-Gvern Ċiniż adotta approċċ aktar invażiv fl-ambitu tal-"edukazzjoni patrijottika";

10. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jimplimentaw id-dritt iggarantit mill-kostituzzjoni għal-libertà tat-twemmin reliġjuż għaċ-ċittadini Ċiniżi kollha;

11. Ifakkar fl-importanza li l-UE u l-Istati Membri tagħha jqajmu l-kwistjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'kull livell politiku mal-awtoritajiet Ċiniżi, bi qbil mal-impenn tal-UE li tesprimi ruħha b'vuċi qawwija, ċara u magħquda fl-approċċ tagħha għall-pajjiż, inkluż fid-Djalogu annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-Djalogu Strateġiku, id-Djalogu Ekonomiku ta' Livell Għoli, u s-Summit, kif ukoll is-Summit Ewro-Asjatiku li jmiss;

12. Jissottolinja li filwaqt li fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom maħruġa wara l-21 Summit UE-Ċina, l-UE u ċ-Ċina affermaw mill-ġdid li d-drittijiet tal-bniedem kollha huma universali, indiviżibbli, interdipendenti u interrelatati, l-UE għandha tħeġġeġ liċ-Ċina taġixxi skont dan; jiddeplora l-fatt li, fis-Summit UE-Ċina tad-9 ta' April, il-kwistjonijiet urġenti dwar id-drittijiet tal-bniedem għal darb'oħra kellhom rwol marġinali; huwa tal-fehma li, jekk u meta s-Summit UE-Ċina juża lingwaġġ dgħajjef dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni għandhom jirrifjutaw li jinkluduh u joħorġu komunikazzjoni separata dwar is-suġġett b'valutazzjoni sinifikanti kemm tas-sitwazzjoni kif ukoll dwar għaliex ma setax jintlaħaq ftehim dwar lingwaġġ aktar b'saħħtu;

13. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE ma jippermettux li attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet Ċiniżi fuq it-territorju tal-UE jagħtu fastidju lil membri tal-komunitajiet Turkiċi, lit-Tibetani u lil gruppi reliġjużi jew etniċi oħra sabiex iġiegħluhom jaġixxu bħala informaturi, jisfurzaw ir-ritorn tagħhom fiċ-Ċina jew isikktuhom;

14. Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi jippermettu aċċess liberu, sinifikanti u bla xkiel għall-provinċja tax-Xinjiang u r-Reġjun Awtonomu tat-Tibet għall-ġurnalisti u l-osservaturi internazzjonali, fosthom għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Proċeduri Speċjali tan-NU; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jieħdu l-inizjattiva matul is-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU rigward riżoluzzjoni li tistabbilixxi missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fix-Xinjiang;

15. Jistieden lill-Gvern Ċiniż jiggarantixxi rispett sħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-Kostituzzjoni Ċiniża, fir-rigward tal-Artikolu 4, li jipproteġi l-minoranzi nazzjonali; tal-Artikolu 35, li jipproteġi l-libertajiet tal-kelma, tal-istampa, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni, tal-korteo u tad-dimostrazzjoni; tal-Artikolu 36 li jirrikonoxxi d-dritt għal-libertà ta' twemmin reliġjuż; u tal-Artikolu 41, li jiggarantixxi d-dritt li dak li jkun jikkritika kwalunkwe organu jew uffiċjal statali u jagħti suġġerimenti fir-rigward tal-operat tagħhom;

16. Iħeġġeġ liċ-Ċina tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

17. Iħeġġeġ liċ-Ċina tagħti lid-diplomatiċi, lill-ġurnalisti u liċ-ċittadini tal-UE aċċess sħiħ għat-Tibet b'reċiproċità għall-aċċess liberu u miftuħ għall-vjaġġaturi Ċiniżi fit-territorji kollha tal-Istati Membri tal-UE; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jikkunsidraw serjament il-kwistjoni ta' aċċess għat-Tibet fid-diskussjonijiet dwar ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viża UE-Ċina;

18. Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar il-fatt li s-37 ċiklu tad-Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina ma wassal għal ebda riżultat sostanzjali; barra minn hekk, jiddispjaċih li d-delegazzjoni Ċiniża ma ħaditx sehem, fit-2 ta' April, fit-tkomplija tad-djalogu li ppreveda skambju ta' fehmiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

19. Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jimmonitorjaw b'mod aktar intensiv l-iżviluppi inkwetanti rigward id-drittijiet tal-bniedem fix-Xinjiang, inkluża ż-żieda fir-repressjoni u fis-sorveljanza tal-gvern, u jitkellmu kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina kemm fil-privat kif ukoll fil-pubbliku;

20. Jistieden lill-Kunsill jikkunsidra l-adozzjoni ta' sanzjonijiet immirati kontra uffiċjali responsabbli għat-trażżin fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang;

21. Jitlob lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali jwaqqfu l-esportazzjonijiet u t-trasferimenti teknoloġiċi kollha ta' oġġetti u servizzi li qed jintużaw miċ-Ċina biex testendi s-sorveljanza ċibernetika u l-apparat ta' tfassil ta' profili ta' previżjoni; huwa mħasseb ferm li ċ-Ċina diġà qed tesporta tali teknoloġiji lil stati awtoritarji madwar id-dinja;

22. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

 

 

 

 

[1] ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 80.

[2] ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 185.

[3] ĠU C 238, 6.7.2018, p. 108.

[4] Testi adottati, P8_TA(2018)0343.

[5] Testi adottati, P8_TA(2018)0377.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' April 2019Avviż legali