Proċedura : 2019/2734(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0012/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0012/2019

Dibattiti :

PV 18/07/2019 - 5.1
CRE 18/07/2019 - 5.1

Votazzjonijiet :

PV 18/07/2019 - 7.3
CRE 18/07/2019 - 7.3

Testi adottati :

P9_TA(2019)0006

<Date>{17/07/2019}17.7.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0012/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0016/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0018/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0022/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0025/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 194kWORD 53k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0012/2019 (Verts/ALE)

B9-0016/2019 (ECR)

B9-0018/2019 (S&D)

B9-0022/2019 (PPE)

B9-0025/2019 (Renew)</TablingGroups>


<Titre>dwar ir-Russja, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-attivisti ambjentali u tal-priġunieri politiċi Ukreni</Titre>

<DocRef>(2019/2734(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, Antonio Tajani, Tomáš Zdechovský, Romana Tomc, Eva Maydell, Andrius Kubilius, Roberta Metsola, Adam Jarubas, Krzysztof Hetman, Milan Zver, Ivan Štefanec, Andrey Kovatchev, Peter Pollák, Vladimír Bilčík, Michal Wiezik, Michaela Šojdrová, Željana Zovko, Róża Thun und Hohenstein, David McAllister, Andrzej Halicki, Isabel Wiseler-Lima, Loránt Vincze, Karoline Edtstadler, Dubravka Šuica, David Lega, Arba Kokalari, Sandra Kalniete, Luděk Niedermayer, Stanislav Polčák, Jiří Pospíšil, Inese Vaidere</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri, Isabel Santos</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Ramona Strugariu, Andrus Ansip, Petras Auštrevičius, José Ramón Bauzá Díaz, Jordi Cañas, Catherine Chabaud, Olivier Chastel, Dacian Cioloș, Pascal Durand, Laurence Farreng, Valter Flego, Luis Garicano, Cristian Ghinea, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Bernard Guetta, Irena Joveva, Pierre Karleskind, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa, Dragoş Pîslaru, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Stéphane Séjourné, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Nicolae Ştefănuță, Irène Tolleret, Dragoş Tudorache, Marie-Pierre Vedrenne</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Catherine Rowett, Sergey Lagodinsky, Alyn Smith, Markéta Gregorová, Reinhard Bütikofer, Gina Dowding, Hannah Neumann, Petra De Sutter, Viola Von Cramon-Taubadel</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Anna Fotyga, Karol Karski, Ruža Tomašić, Zdzisław Krasnodębski, Assita Kanko, Evžen Tošenovský, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers, Jan Zahradil, Alexandr Vondra</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Russja, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-attivisti ambjentali u tal-priġunieri politiċi Ukreni

(2019/2734(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u dwar is-sitwazzjoni fil-Krimea, b'mod partikolari dik tal-11 ta' Ġunju 2015 dwar is-sitwazzjoni militari strateġika fil-Baċir tal-Baħar l-Iswed wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja,[1] dik tal-10 ta' Settembru 2015 dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Eston Kohver, Oleg Sentsov u Olexandr Kolchenko[2], dik tal-4 ta' Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea, b'mod partikolari tat-Tartari tal-Krimea[3], dik tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-Tartari tal-Krimea[4]; dik tas-16 ta' Marzu 2017 dwar il-priġunieri Ukreni fir-Russja u s-sitwazzjoni fil-Krimea[5], dik tal-5 ta' Ottubru 2017 dwar il-każijiet tal-mexxejja tat-Tatari tal-Krimea, Akhtem Chiygoz u Ilmi Umerov, u tal-ġurnalista Mykola Semena[6], dik tat-8 ta' Frar 2018 dwar ir-Russja, il-każ ta' Oyub Titiev u ċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial[7], dik tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każ tal-priġunier politiku Oleg Sentsov[8], dik tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Baħar ta' Azov[9], dik tal-14 ta' Frar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja u l-każ ta' Oyub Titiev[10], dik tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna[11] u dik tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja[12],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tal-25 ta' Mejju 2018 dwar il-każijiet ta' diversi detenuti fil-Krimea u f'Sevastopol, illegalment annessi, jew mit-tali reġjuni, dik tal-10 ta' Jannar 2019 dwar il-każijiet ta' ċittadini Ukreni detenuti illegalment, dik tas-17 ta' Jannar 2019 dwar id-detenzjoni illegali kontinwa ta' membri tal-militar Ukreni mir-Russja, dik tal-22 ta' Marzu 2019 dwar il-kundanna ta' Pavlo Hryb u dik tas-17 ta' April 2019 dwar id-detenzjoni illegali estiża ta' membri tal-militar Ukreni,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar ċittadini Ukreni detenuti mill-Federazzjoni Russa bħala priġunieri politiċi,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-PACE tal-24 ta' Jannar 2019 dwar l-eskalazzjoni tat-tensjonijiet madwar il-Baħar ta' Azov u l-Istrett ta' Kerch u t-theddid għas-sigurtà Ewropea,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-PACE tal-25 ta' Ġunju 2019 dwar it-tisħiħ tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Assemblea Parlamentari dwar il-kredenzjali u l-votazzjoni,

 wara li kkunsidra l-ordni tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS) tal-25 ta' Mejju 2019 fil-Kawża Nru 26 dwar id-detenzjoni ta' tliet bastimenti navali Ukreni,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, b'mod partikolari l-Kapitolu 2 dwar id-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem u ċ-ċittadin,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 68/262 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-integrità territorjali tal-Ukrajna u r-riżoluzzjoni 71/205 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u fil-belt ta' Sevastopol (l-Ukrajna),

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokoll għaliha, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR), li l-Federazzjoni Russa hija parti għaliha, u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li t-tnejn li huma jipprevedu li ħadd ma għandu jkun soġġett għal tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti, l-Artikolu 9 tal-UDHR li jipprevedi li ħadd ma għandu jkun soġġett għal arrest, detenzjoni jew eżilju arbitrarji, u l-Artikoli 19 u 20 tal-UDHR li jipprevedu rispettivament il-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni u l-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja tat-18 ta' Marzu 2019 dwar il-finanzjament tal-assoċjazzjonijiet,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja tat-13 ta' Ġunju 2016 dwar il-Liġi Federali Russa Nru 129-FZ (liġi federali dwar attivitajiet mhux mixtieqa ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi barranin u internazzjonali),

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-12 ta' Awwissu 1949 dwar il-Protezzjoni ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra,

A. billi l-Federazzjoni Russa, li hija marbuta bl-obbligu tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, ikkommettiet ruħha li tosserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem;

B. billi l-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix l-infurzar tal-leġiżlazzjoni Russa fil-Krimea u f'Sevastopol u tistenna li ċ-ċittadini Ukreni kollha detenuti illegalment fil-peniżola tal-Krimea u fir-Russja jinħelsu minnufih;

C. billi l-UE tkompli tappoġġja bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u ttenni l-ogħla importanza tal-politika tan-nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea u ta' Sevastopol;

D. billi l-awtoritajiet u l-mexxejja politiċi Russi qed ikomplu jħaddnu r-reġim repressiv u awtoritarju tagħhom fil-konfront taċ-ċittadini tagħhom stess, tas-soċjetà ċivili, tal-oppożizzjoni politika u tal-ħaddiema tal-midja; billi ċ-ċaqliq tar-Russja lejn tmexxija awtoritarja kellu impatt negattiv fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja u fuq l-istabbiltà fl-Ewropa u fid-dinja; billi tali repressjoni tieħu wkoll il-forma tal-iskwalifika ta' kandidati tal-oppożizzjoni mill-elezzjonijiet, bħalma qed jiġri fil-preżent fil-każ tal-kandidati muniċipali, bħal Ilya Yashin, Lyubov Sobol u Ivan Zhdanov, għall-elezzjonijiet ta' Moska;

E. billi "l-liġi dwar l-organizzazzjonijiet mhux mixtieqa" tal-2015 tat is-setgħa lill-Prosekutur Ġenerali tar-Russja jipprojbixxi organizzazzjonijiet barranin u internazzjonali meqjusa bħala "mhux mixtieqa" mingħajr ebda proċediment ġudizzjarju; billi din il-liġi qed tintuża dejjem aktar biex tippenalizza lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi Russi u lill-attivisti Russi tas-soċjetà ċivili;

F. billi, f'diversi każijiet, saru rapporti ta' użu tat-tortura u ta' trattament krudili u degradanti; billi dawn l-allegazzjonijiet sal-lum għadhom ma ġewx investigati b'mod adegwat; billi t-tortura ntużat biex jinkisbu stqarrijiet u evidenza falza ta' ħtija; billi avukati mill-Krimea li jipprovdu assistenza legali lill-vittmi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jirrappurtaw każijiet ta' għajbien furzat politikament motivat fil-Krimea u ġurnalisti li jirrappurtaw dwar is-sitwazzjoni tat-Tatari tal-Krimea sfaw ukoll fil-mira;

G. billi ħafna priġunieri u detenuti ffaċċjaw kundizzjonijiet ħorox u inumani fil-ħabsijiet, b'mod li kkawżalhom dannu fiżiku u riskji psikoloġiċi għal saħħithom; billi l-priġunieri għandhom bżonn urġenti li jingħataw attenzjoni u trattament ta' natura medika;

H. billi, fil-25 ta' Novembru 2018, 24 baħri Ukren u t-tliet bastimenti tagħhom ġew maħtufa qrib l-Istrett ta' Kerch mill-Federazzjoni Russa bl-użu tal-forza militari; billi dawn il-membri tal-militar Ukreni ilhom detenuti illegalment mill-25 ta' Novembru 2018;

I. billi l-forzi separatisti appoġġjati mir-Russja qed iżommu mill-anqas 130 priġunier Ukren fir-reġjun ta' Donbas, inkluż mhux anqas minn 25 suldat;

J. billi fid-digriet tiegħu tal-25 ta' Mejju 2019, ITLOS iddeċieda, bi 19-il vot favur u vot wieħed kontra, li l-Federazzjoni Russa għandha teħles minnufih il-bastimenti navali Ukreni Berdyansk, Nikopol u Yani Kapu u tirritornahom taħt il-kustodja tal-Ukrajna, kif ukoll teħles minnufih l-24 membru tal-militar Ukren li jinsabu detenuti u tippermettilhom imorru lura lejn l-Ukrajna, u li ż-żewġ partijiet għandhom jastjenu milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista' taggrava jew testendi t-tilwima;

K. billi, bħala reazzjoni għall-eskalazzjoni fl-Istrett ta' Kerch u fil-Baħar ta' Azov, inkluża d-detenzjoni illegali ta' 24 membru tal-militar Ukren, fil-15 ta' Marzu 2019 l-Unjoni Ewropea żiedet tmien uffiċjali Russi mal-lista tagħha ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

L. billi, skont ir-rapport tal-OHCHR tal-25 ta' Ġunju 2019, fis-27 ta' Marzu 2019 ir-Russja wettqet 26 tfittxija fid-djar u sussegwentement arrestat 24 persuna, li l-biċċa l-kbira minnhom huma attivisti Tatari tal-Krimea u li issa qed jiffaċċjaw pieni ta' priġunerija illegali sa 20 sena; billi mill-anqas 37 ċittadin Ukren ġew arrestati illegalment mir-Russja fil-Krimea okkupata illegalment fl-ewwel sitt xhur tal-2019; billi kważi kollha huma rappreżentanti tal-poplu indiġenu tat-Tatari tal-Krimea;

N. billi, sa mill-bidu ta' Ġunju 2018, aktar minn 70 ċittadin Ukren ġew detenuti għal raġunijiet politiċi f'reġjuni differenti tal-Federazzjoni Russa u fil-Krimea okkupata; billi, skont l-istimi taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial, sa minn Marzu 2019, 297 persuna bħalissa qed jinżammu bħala priġunieri politiċi fir-Russja, meta erba' snin ilu l-għadd tagħhom kien ta' 50, inkluż ir-reġista Oleg Sentsov, rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2018;

N. billi, f'Diċembru 2017, Andrey Rudomakha, kap tal-NGO Environmental Watch for the North Caucausus (Osservatorju Ambjentali għall-Kawkasu tat-Tramuntana) u l-kollegi tiegħu Victor Chirikov, Aleksandr Savelyev u Vera Kholodnaya ġew attakkati brutalment minn irġiel mgħammda, u wara dan is-Sur Rudomakha ġie djanjostikat b'konkussjoni ċerebrali u bi ksur multiplu fil-wiċċ; billi, għalkemm l-awtoritajiet għandhom evidenza sostantiva għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi filmati b'CCTV u l-marki tas-swaba' tal-aggressuri, l-investigazzjoni ma tat l-ebda riżultat tanġibbli u t-trasgressuri u l-imħuħ li orkestraw l-attakk brutali għadhom igawdu l-impunità; billi, minflok, is-Sur Rudomakha bħalissa qed jiffaċċja investigazzjoni kriminali għad-"diffamazzjoni" ta' membru tad-Duma;

O. billi, skont il-liġi Russa dwar "l-aġenti barranin", l-NGOs li jirċievu fondi barranin u li jkunu involuti f'xi "attività politika" jeħtiġilhom japplikaw biex ikunu inklużi f'lista speċjali tal-gvern għall-aġenti barranin, li jkunu soġġetti għal skrutinju addizzjonali u mill-qrib min-naħa tal-gvern, u għandhom l-obbligu li fil-pubblikazzjonijiet, fl-istqarrijiet għall-istampa u fir-rapporti kollha jiddikjaraw li dawn saru minn aġent barrani;

P. billi waħda mill-aktar difensuri ambjentali antiki u prominenti fil-pajjiż, Alexandra Koroleva, kap tal-NGO Ekozaschita! (Ekodifiża!), ibbażata f'Kaliningrad, kellha taħrab mill-pajjiż u tfittex asil ġo pajjiż ieħor minħabba akkużi kriminali kontra tagħha talli naqset milli tħallas multi b'rabta mar-rifjut kontinwu tal-grupp li jirreġistra bħala "aġent barrani"; billi, jekk tinstab ħatja, hija tista' tiffaċċja piena ta' priġunerija sa sentejn;

Q. billi Ekozaschita! hija waħda mid-49 NGO Russa li għandhom applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (applikazzjoni Nru 9988/13), u targumenta li l-liġi dwar l-aġenti barranin tikser diversi normi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dwar il-libertà ta' espressjoni u ta' assoċjazzjoni, konklużjoni approvata mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem;

R. billi, f'dawn l-aħħar xhur, infetħu mill-anqas żewġ kawżi kriminali kontra d-difensuri ambjentali Andrey Borovikov u Vyacheslav Yegorov għal ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni dwar l-assembleji pubbliċi b'rabta ma' protesti ambjentali fir-reġjuni ta' Arkhangelsk u Moska;

S. billi l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna, fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom wara s-summit l-aktar reċenti bejniethom fit-8 ta' Lulju 2019, appellaw għall-ħelsien immedjat taċ-ċittadini Ukreni kollha detenuti u miżmuma priġunieri b'mod illegali fil-peniżola tal-Krimea u fir-Russja, inklużi attivisti Tatari tal-Krimea;

T. billi erba' priġunieri politiċi Ukreni – Oleg Sentsov, rebbieħ tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2018, Oleksandr Kolchenko, Oleksandr Shumkov u Volodymyr Balukh – għamlu strajk tal-ġuħ f'Ġunju 2018 bi protesta kontra d-detenzjoni kontinwa ta' priġunieri politiċi Ukreni min-naħa tar-Russja;

U. billi l-PACE ppermettiet lid-delegazzjoni tal-Federazzjoni Russa terġa' lura fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, l-organizzazzjoni ewlenija tal-Ewropa fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u fil-25 ta' Ġunju 2019 reġgħet tat id-dritt tal-vot lid-delegazzjoni tal-Federazzjoni Russa, filwaqt li insistiet li dan l-impenn imġedded kellu jkun akkumpanjat minn konformità mal-valuri u n-normi tiegħu;

1. Jistieden lill-awtoritajiet Russi jeħilsu, mingħajr aktar dewmien u mingħajr kundizzjonijiet, liċ-ċittadini Ukreni kollha detenuti illegalment u arbitrarjament[13], kemm fir-Russja kif ukoll fit-territorji temporanjament okkupati tal-Ukrajna, u jipprovdu għar-ritorn sikur tagħhom, inklużi t-Tatari tal-Krimea, id-dimostranti paċifiċi tal-Pjazza l-Ħamra tal-10 ta' Lulju 2019 detenuti reċentement, iċ-ċittadini Ukreni detenuti fuq akkużi b'motivazzjoni politika u l-24 membru tal-ekwipaġġ tal-bastimenti navali Ukreni;

2. Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet itemmu kwalunkwe att ta' fastidju, fosthom fil-livell ġudizzjarju, kontra Alexandra Koroleva u Ekozaschita!, u kontra d-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti ambjentali fil-pajjiż, u biex jippermettulhom iwettqu x-xogħol leġittimu tagħhom mingħajr ebda ndħil;

3. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jirtiraw l-hekk imsejħa liġi dwar "l-aġenti barranin" u jfittxu li jappoġġjaw u jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Russja f'dan ir-rigward;

4. Jistieden lir-Russja tippubblika lista sħiħa tal-priġunieri miżmuma fit-territorji okkupati tal-Ukrajna f'Donbas u f'Luhansk u tiffaċilita l-kuntatt tagħhom mal-familji u l-avukati;

5. Jikkundanna bil-qawwa l-ksur kontinwu tal-prinċipji u r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali min-naħa tar-Russja, b'mod partikolari r-rifjut tagħha li tikkonforma mad-deċiżjonijiet ta' tribunali u qrati internazzjonali; iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa timplimenta d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni detenuti fil-peniżola tal-Krimea u fil-Federazzjoni Russa;

6. Jenfasizza li l-qrati Russi, kemm dawk militari kif ukoll dawk ċivili, ma għandhomx il-kompetenza biex jiġġudikaw atti mwettqa barra mit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tar-Russja, u jindika li l-proċedimenti ġudizzjarji f'każijiet bħal dawn ma jistgħux jitqiesu leġittimi;

7. Jistieden lill-Federazzjoni Russa tiggarantixxi aċċess bla xkiel għat-territorji okkupati Ukreni tal-Krimea u Donbas għal organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali, b'mod partikolari l-Missjoni ta' Monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, il-Missjoni ta' Valutazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Krimea tal-OSKE, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa, konvenzjonijiet u mekkaniżmi istituzzjonali oħra tal-Kunsill tal-Ewropa, u organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali, b'mod partikolari l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar;

8. Jistieden lill-awtoritajiet Russi jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-Proċeduri Speċjali tan-NU, fosthom billi jistiednu lir-Rapporteur Speċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent, lir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lir-Rappreżentant Speċjali dwar id-drittijiet għal-libertà ta' assemblea paċifika u ta' assoċjazzjoni jżuru l-pajjiż, sabiex dawn ikunu jistgħu jirrappurtaw dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedem;

9. Jindika li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa, inklużi l-attivisti ambjentali, spiss huma soġġetti għal atti ta' fastidju, sorveljanza, attakki fiżiċi, theddidiet, rejds u tfittxijiet fl-uffiċċji u fid-djar tagħhom, kampanji ta' diffamazzjoni u malafama, fastidju ġudizzjarju, detenzjoni arbitrarja, u trattament ħażin, kif ukoll ksur tad-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda;

10. Jipproponi li l-Unjoni Ewropea tikkunsidra li tintroduċi monitoraġġ permanenti tal-proċessi ġudizzjarji tal-vittmi ta' persekuzzjoni politika fil-Federazzjoni Russa u fil-Krimea okkupata, u jistieden lid-delegazzjoni tal-UE għar-Russja u lill-ambaxxati tal-Istati Membri jkomplu jissorveljaw u jattendu l-proċessi ġudizzjarji tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-priġunieri politiċi Ukreni, u jorganizzaw missjonijiet li jinvolvu tobba indipendenti għaċ-ċittadini Ukreni detenuti għal raġunijiet politiċi fil-Federazzjoni Russa u l-Krimea okkupata, sabiex jissorveljaw il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni tagħhom u l-istat ta' saħħithom;

11. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi fil-livelli kollha jirrikonoxxu r-rwol kruċjali tad-difensuri ambjentali fil-ħarsien tal-ambjent u fl-iżgurar tar-rispett tad-drittijiet ambjentali u jikkundannaw pubblikament kull attakk, intimidazzjoni, fastidju u kriminalizzazzjoni tad-difensuri ambjentali;

12. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi ma jkomplux irażżnu l-attivitajiet paċifiċi u leġittimi tal-organizzazzjonijiet ambjentali permezz tal-fabbrikazzjoni ta' kawżi kriminali kontra attivisti ambjentali lokali, l-arrest tal-parteċipanti fi protesti lokali paċifiċi u l-impożizzjoni ta' multi sproporzjonatament kbar fuqhom;

13. Jistieden lill-awtoritajiet Russi jieħdu l-passi legali xierqa u jużaw l-għodod legali kollha disponibbli biex jipprevjenu u jwaqqfu l-attakki kontra l-attivisti ambjentali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jiżguraw li ssir investigazzjoni effettiva u li l-persuni kkonċernati jħallsu ta' għemilhom fil-każ ta' Andrey Rudomakha u każijiet oħra ta' attakki kontra d-difensuri ambjentali;

14. Jistieden lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, id-delegazzjoni tal-UE għar-Russja u l-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE jagħtu attenzjoni kontinwa lis-sitwazzjoni tad-difensuri ambjentali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu passi addizzjonali biex jappoġġjaw id-difensuri tal-ambjent u tad-drittijiet tal-bniedem Russi;

15. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti dwar il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni, inklużi allegazzjonijiet ta' tortura u trattament ħażin u ċ-ċaħda ta' aċċess għal kura tas-saħħa essenzjali, u għalhekk itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Russi biex jiżguraw rispett sħiħ tad-drittijiet tal-persuni kollha detenuti, biex jiżguraw li l-priġunieri kollha jirċievu attenzjoni u trattament mediċi xierqa, u biex jirrispettaw l-etika medika, fosthom li ma jimponu ebda trattament mhux mixtieq jew tmigħ sfurzat fil-każ ta' strajks tal-ġuħ li jistgħu jammontaw għal tortura u trattament ħażin ieħor;

16. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jipprolunga l-miżuri restrittivi; itenni l-konvinzjoni qawwija tiegħu li s-sanzjonijiet tal-UE ma għandhomx jitneħħew sakemm ir-Russja tikkonforma mal-obbligi internazzjonali tagħha, fosthom li tirrispetta l-ftehimiet ta' Minsk; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jibqgħu sodi u magħquda fl-impenn tagħhom fir-rigward tas-sanzjonijiet maqbula kontra r-Russja u jikkunsidraw miżuri mmirati kontra l-individwi responsabbli għad-detenzjoni u l-proċess ġudizzjarju tal-priġunieri politiċi; jistieden lill-komunità internazzjonali tintensifika l-pressjoni biex tiżgura l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha detenuti fit-territorju okkupat mir-Russja;

17. Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li għad irid jinħatar biex isawwar strateġija komprensiva ġdida għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, immirata lejn it-tisħiħ tal-paċi u l-istabbiltà; jissottolinja li d-djalogu meħtieġ għandu jkun ibbażat fuq prinċipji sodi, fosthom ir-rispett tad-dritt internazzjonali u l-integrità territorjali tal-ġirien tar-Russja, filwaqt li fl-istess ħin isaħħaħ il-kuntatti bejn il-persuni maċ-ċittadini tar-Russja; jissottolinja li s-sanzjonijiet kontra r-Russja jistgħu jitneħħew biss meta l-pajjiż jirrispetta għalkollox l-obbligi tiegħu; jenfasizza, madankollu, li l-UE għandha wkoll tkun lesta, jekk ikun meħtieġ, li tadotta aktar sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet personali mmirati, u li tillimita l-aċċess għall-finanzi u t-teknoloġija jekk ir-Russja tkompli tikser id-dritt internazzjonali;

18. Itenni l-appoġġ tiegħu favur sistema ta' sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f'każ ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li għandha tissanzjona lill-awturi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Kunsill ikompli x-xogħol tiegħu fuq din il-kwistjoni mingħajr dewmien; jenfasizza li l-awturi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem ma għandhomx jingħataw viżi tal-UE, u lanqas ma għandhom jitħallew iżommu assi fl-Istati Membri;

19. Itenni l-kundanna qawwija tiegħu għall-att ta' aggressjoni mwettaq mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 ħdejn l-Istrett ta' Kerch, lil hinn mix-xatt tal-Krimea okkupata illegalment; jissottolinja li l-ITLOS ordna lir-Russja teħles lill-bastimenti u lill-membri tal-militar minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jenfasizza li n-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-ordni tal-ITLOS jikkostitwixxi ksur gravi ieħor tal-obbligi internazzjonali; iqis li "l-kundizzjonijiet" tar-Russja għall-ħelsien tal-bastimenti u tal-membri tal-militar, li huma deskritti fin-nota tagħha lill-Ukrajna tal-25 ta' Ġunju 2019, jikkostitwixxu kontravenzjoni tal-ordni u possibilment jiksruha saħansitra aktar billi jaggravaw jew jestendu t-tilwima;

20. Jistieden lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem jħares b'attenzjoni kontinwa lejn is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola tal-Krimea u fiż-żoni tal-Lvant tal-Ukrajna li mhumiex ikkontrollati mill-gvern;

21. Jistieden lill-Federazzjoni Russa timplimenta għalkollox ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Marzu 2014 dwar l-integrità territorjali tal-Ukrajna, tad-19 ta'Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta' Sevastopol (l-Ukrajna), tad-19 ta' Diċembru 2017 u tat-22 ta' Diċembru 2018, u l-ordni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar miżuri proviżorji fil-kawża tal-Ukrajna vs ir-Russja rigward l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali;

22. Ifakkar bi tħassib li ħafna mis-sentenzi tal-qrati Russi kontra priġunieri politiċi Ukreni għandhom x'jaqsmu mal-ispjunaġġ (fosthom fil-kawżi ta' Pavlo Hryb, Oleksiy Stogniy, Gleb Shabliy, Volodymyr Prysych, Volodymyr Dudka, Dmitry Shtyblikov, Yevlen Panov, Andriy Zakhtey, Valentyn Vygovskyi, Viktor Shur u Dmytro Dolgopolov), u dan ifakar fil-perjodu repressiv ta' bejn it-tletinijiet u nofs il-ħamsinijiet tas-seklu għoxrin, meta ħafna ċittadini ta' dik li dak iż-żmien kienet l-Unjoni Sovjetika kienu ġew detenuti u nstabu ħatja ta' dan;

23. Jipprotesta kontra d-deċiżjoni maħruġa mill-Prosekutur Ġenerali tar-Russja, li tiddikjara li l-Kungress Dinji Ukren huwa theddida għas-sigurtà nazzjonali tar-Russja;

24. Jistenna li d-deċiżjoni tal-PACE tal-25 ta' Ġunju 2019 se twassal għal titjib immedjat fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa fir-Russja, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna.

 

 

[1] ĠU C 407, 4.11.2016, p. 74.

[2] ĠU C 316, 22.9.2017, p. 198.

[3] ĠU C 35, 31.1.2018, p. 38.

[4] ĠU C 76, 28.2.2018, p. 27.

[5] ĠU C 263, 25.7.2018, p. 109.

[6] ĠU C 346, 27.9.2018, p. 86.

[7] ĠU C 463, 21.12.2018, p. 31.

[8] Testi adottati, P8_TA(2018)0259.

[9] Testi adottati, P8_TA(2018)0435.

[10] Testi adottati, P8_TA(2019)0115.

[11] Testi adottati, P8_TA(2018)0518.

[12] Testi adottati, P8_TA(2019)0157.

[13]Il-lista mhux eżawrjenti tinkludi lil: Oleh Sentsov, Oleksandr Kolchenko, Oleksiy Chyrniy, Mykola Karpyuk, Stanislav Klykh, Valentyn Vyhivskyi, Yurii Primov, Rustem Vaitov, Ruslan Zeytullayev, Ferat Sayfullayev, Viktor Shur, Andriy Kolomiyets, Roman Sushchenko, Pavlo Hryb, Oleksiy Syzonovych, Enver Mamutov, Rustem Abiltarov, Zevri Abseitov, Remzi Memetov, Henadii Lymeshko, Yevhen Panpv, Hlib Shablii, Volodymyr Prisich, Ihor Kyiashko, Teimur Abdillaiev, Uzeir Adsullaiev, Rustem Ismailov, Aider Saledinov, Emil Dzhemadenov, Volodymyr Balukh, Dmytro Shtyblikov, Muslim Aliyev, Emir Usein Kuku, Vadym Siruk, Inver Bekirov, Refat Alimov, Arsen Dzhepparov, Oleksandr Shumkov, Tofik Abdulgaziev, Izzet Abdullaev, Vladlen Abdulkadyrov, Mejit Abdurakhmanov, Bilyal Adilov, , Osman Arifmemetov, Farkhod Bazarov, , Servet Gaziev, Dzhemil Gafarov, Reza Izetov, Alim Karimov, Seyran Murtaza, Yashar Muyedinov, Erfan Osmanov, Seytveli Sietabdiev, Rustem Siethalilov, Ruslan Suleymanov, Shaban Umerov, Marlen Asanov, Seiran Sakiiev, Memet Belialov, Tymur Ibrahimov, Server Zekiriaiev, Ernes Ametov, Oleksiy Bessarabov, Volodymyr Dudka, Oleksii Stohnii, Mykola Shyptur, Evhen Karakashev, Nariman Memedeminov, Oleksandr Steshenko, Enver Seitosmanov, Server Mustafaiev, Edem Smailov, Edem Bekirov, Diliaver Gafarov, Renat Suleimanov, Eskender Abdulganiev, Rustem Emiruseinov, Arsen Abkhairov, Raim Aivazov, Aider Dzepparov, Taliat Abdurakhmanov, Seiran Mustafaiev, Arsen Kubedinov, Mustafa Dehermendzhi, Ali Asanov, Arsen Yunusov, Eskender Kantemyrov, Eskender Emirvaliev, Suleiman Kadyrov, Taliat Yunusov, Mykola Semena, Musa Abkerimov, Vitaliy Kuharenko Asan Chapukh, Bekir Dehermendzhi, Kiazim Ametov, Ruslan Trubach, Shaban Umerov, Rustem Seytkhalilov, Riza Izetov, Farid Bazarov, Dzemil Gafarov, Seyran Murtazi, Alim Kerimov, Tofik Abdulgariev, Bilyala Adilov, Medzhit Abdurakhmanov, Rustem Sheykhaliev, Alim Sheykhaliev, Seytveli Seytabdiev, Yashar Muedinov, Asan Yanikov, Enver Ametov, Ruslan Suleymanov, Akim Bekirov, Erfan Osmanov, Server Gaziev, Remzi Bekirov, Osman Arifmetov, Vlaslen Abdulkadyrov, Izzet Abdullaiev, Tair Ibragimov, Ayder Dzepparov, Eldar Kantermirov, Ruslan Mesutov, Ruslan Nagaiev, Enver Omerov, Riza Omerov, Eskander Suleymanov, Lenur Khalilov

 

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' Lulju 2019Avviż legali