Proċedura : 2019/2800(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0040/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0040/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/09/2019 - 7.4

Testi adottati :

P9_TA(2019)0020

<Date>{17/09/2019}17.9.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0040/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0041/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0042/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0043/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0044/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0047/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 157kWORD 46k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 136(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0040/2019 (PPE)

B9-0041/2019 (Verts/ALE)

B9-0042/2019 (GUE/NGL)

B9-0043/2019 (ECR)

B9-0044/2019 (S&D)

B9-0047/2019 (Renew)</TablingGroups>


<Titre>dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi</Titre>

<DocRef>(2019/2800(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Annie Schreijer-Pierik, Herbert Dorfmann</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Paolo De Castro</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Jan Huitema</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Martin Häusling</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Anthea McIntyre, Bert-Jan Ruissen, Veronika Vrecionová, Nicola Procaccini, Mazaly Aguilar</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Martin Buschmann, Luke Ming Flanagan, Stelios Kouloglou, Petros Kokkalis, Marisa Matias, Manuel Bompard</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

<Depute>Dino Giarrusso, Daniela Rondinelli</Depute>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' privattivi għall-pjanti u l-proċessi essenzjalment bijoloġiċi

(2019/2800(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 fuq il-privattivi ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar il-privattivi u d-drittijiet ta' min inissel il-pjanti[2],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi[3], b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, li jiddikjara li l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi m'għandhomx ikunu s-suġġett ta' privattiva,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) tal-5 ta' Ottubru 1973, b'mod partikolari l-Artikolu 53(b) tagħha,

 wara li kkunsidra r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP, b'mod partikolari l-Artikolu 26 tagħhom, li jiddikjara li għal applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej u privattivi Ewropej li jikkonċernaw invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, id-Direttiva 98/44/KE għandha tintuża bħala mezz ta' interpretazzjoni supplementari,

 wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2016 dwar ċerti artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi[4],

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2017 dwar l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ċerti artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi[5],

 wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi tad-29 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Artikoli 27 u 28 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-KEP (CA/D 6/17)[6],

 wara li kkunsidra r-rinviju ta' bosta mistoqsijiet dwar id-deċiżjoni T 1063/18 tal-Bord Tekniku tal-Appell 3.3.04 tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) tal-5 ta' Diċembru 2018 lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP mill-President tal-UEP[7],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità[8] (minn hawn 'il quddiem ir-"Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94"), b'mod partikolari l-Artikolu 15(c) tiegħu, li jipprevedi l-eżenzjoni għal min inissel,

 wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ, inkluż il-Kummerċ ta' Oġġetti Ffalsifikati (TRIPS), b'mod partikolari l-Artikolu 27(3) tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 136(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-aċċess ħieles għall-materjal tal-pjanti (inklużi l-karatteristiċi tal-pjanti) huwa assolutament essenzjali għall-kapaċità innovattiva tas-setturi Ewropej tat-tnissil tal-pjanti u tal-biedja, għall-kompetittività tagħhom u għall-iżvilupp ta' varjetajiet ta' pjanti ġodda sabiex tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel fuq livell globali, jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u jiġu evitati monopolji fis-settur tat-tnissil, filwaqt li fl-istess ħin jingħataw aktar opportunitajiet lill-SMEs u lill-bdiewa;

B. billi kull restrizzjoni jew tentattiv biex jiġi ostakolat l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi, jistgħu jwasslu għal konċentrazzjoni eċċessiva tas-suq fil-qasam tat-tnissil tal-pjanti, għad-detriment tal-kompetizzjoni tas-suq, tal-konsumaturi u tas-suq intern Ewropew kif ukoll tas-sigurtà tal-ikel;

C. billi privattivi fuq prodotti li ġejjin minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi jew fuq materjal ġenetiku meħtieġ għat-tnissil konvenzjonali jistgħu jikkompromettu l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 53(b) tal-KEP u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE;

D. billi l-prodotti li ġejjin minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, bħal pjanti, żrieragħ, karatteristiċi awtoktoni u ġeni, iridu jiġu esklużi mill-għoti ta' privattivi;

E. billi t-tnissil tal-pjanti u tal-annimali huwa proċess li ilu jintuża mill-bdiewa u l-komunitajiet tal-biedja sa mill-ħolqien tal-agrikoltura, u billi l-użu mingħajr restrizzjonijiet tal-varjetajiet u l-metodi ta' tnissil huwa importanti għad-diversità ġenetika;

F. billi d-Direttiva 98/44/KE tirregola l-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, b'mod partikolari l-inġinerija ġenetika;

G. billi fl-Avviż tagħha tat-8 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-UE meta adotta d-Direttiva 98/44/KE kienet li jeskludi mill-għoti ta' privattivi prodotti miksuba permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi;

H. billi l-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-3 ta' Frar 2017 laqa' l-Avviż tal-Kummissjoni; billi l-leġiżlaturi kollha tal-UE involuti għamluha espliċitament ċara li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-UE meta adotta d-Direttiva 98/44/KE kienet li jeskludi mill-għoti ta' privattivi prodotti miksuba permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi;

I. billi fid-29 ta' Ġunju 2017 il-Kunsill Amministrattiv tal-UEP emenda l-Artikoli 27 u 28 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni tal-KEP[9] u ddetermina li l-privattivi għall-pjanti u l-annimali li ġejjin minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi huma projbiti;

J. billi t-38 Stat Kontraenti għall-KEP ikkonfermaw li l-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom huma allinjati biex jeskludu b'mod effikaċi l-prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi mill-għoti ta' privattivi;

K. billi l-istati kontraenti għall-KEP esprimew it-tħassib tagħhom fir-rigward tal-inċertezza tad-dritt ikkawżata mid-deċiżjoni T 1063/18[10] tal-5 ta' Diċembru 2018 tal-Bord Tekniku tal-Appell 3.3.04;

L. billi sar rinviju ta' din id-deċiżjoni lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP mill-President tal-UEP waqt il-159 laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv f'Marzu 2019;

M. billi għadd kbir ta' applikazzjonijiet fir-rigward ta' prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi qed jistennew deċiżjoni mill-UEP, u dan qed iħalli lill-applikanti, flimkien ma' dawk kollha affettwati minn dawn il-privattivi, fi bżonn kbir ta' ċertezza tad-dritt dwar il-validità tal-Artikolu 28(2);

N. billi huwa prinċipju fundamentali tas-sistema internazzjonali tad-drittijiet fuq varjetajiet ta' pjanti bbażata fuq il-Konvenzjoni tal-UPOV tal-1991, u tas-sistema tal-UE bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, li d-detentur ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta ma jistax iwaqqaf lil oħrajn milli jużaw il-varjetà ta' pjanta protetta għal attivitajiet ta' tnissil ulterjuri;

1. Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Tekniku 3.3.04 tal-UEP tal-5 ta' Diċembru 2018 (T 1063/18), li toħloq sitwazzjoni ta' inċertezza tad-dritt;

2. Itenni li l-varjetajiet tal-pjanti u tal-annimali, inklużi partijiet u karatteristiċi, proċessi essenzjalment bijoloġiċi, kif ukoll prodotti li ġejjin minn tali proċessi, bl-ebda mod ma jistgħu jingħataw privattivi fir-rigward tagħhom, skont id-Direttiva 98/44/KE u l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-UE;

3. Iqis li r-regoli tal-UEP għat-teħid ta' deċiżjonijiet m'għandhomx jimminaw il-kontroll politiku demokratiku tal-liġi Ewropea dwar il-privattivi u l-interpretazzjoni tagħha u l-intenzjoni tal-leġiżlatur kif iċċarata mill-Avviż tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2016 dwar ċerti artikoli tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi;

4. Iqis li kwalunkwe tentattiv biex jingħataw privattivi għal prodotti derivati mit-tnissil konvenzjonali, inklużi l-inkroċjar u l-għażla, jew għal materjal ġenetiku meħtieġ għat-tnissil konvenzjonali, jimmina l-esklużjoni stabbilita fl-Artikolu 53(b) tal-KEP u fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/44/KE;

5. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu dak kollu li jinsab fis-setgħa tagħhom biex jiksbu mill-UEP ċarezza tad-dritt fir-rigward tal-projbizzjoni tal-għoti ta' privattivi għal prodotti miksuba minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi;

6. Jilqa' l-Avviż tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2016 li jiċċara li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-UE meta adotta d-Direttiva 98/44/KE kienet li jeskludi mill-għoti ta' privattivi l-prodotti li jinkisbu permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi; jilqa' l-allinjament, mill-Istati Kontraenti għall-KEP, tal-liġi u l-prattika tagħhom, u d-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-UEP li tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni u t-tifsira tal-Artikolu 53(b) tal-KEP fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-għoti ta' privattivi;

7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproteġu l-kapaċità innovattiva tas-setturi Ewropej tat-tnissil tal-pjanti u tal-biedja, u l-interess pubbliku ġenerali, u jiżguraw li l-Unjoni se tissalvagwardja b'mod effikaċi l-aċċess garantit għall-materjal miksub minn proċessi essenzjalment bijoloġiċi, u l-użu ta' tali materjal, għat-tnissil tal-pjanti, sabiex – meta jkun applikabbli – ma jkunx hemm interferenzi mal-prattiki li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bdiewa u l-eżenzjoni ta' min inissel;

8. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, tippreżenta amicus curiae qabel l-1 ta' Ottubru 2019 quddiem il-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP, li ssaħħaħ il-konklużjonijiet stabbiliti fl-Avviż tagħha tal-2016 li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-UE meta adotta d-Direttiva 98/44/KE kienet li jiġu esklużi mill-għoti ta' privattivi l-prodotti li jinkisbu permezz ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi, u li tehmeż din ir-riżoluzzjoni mad-dikjarazzjoni tagħha;

9. Jistieden lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP jistabbilixxi mill-ġdid, mingħajr dewmien, iċ-ċertezza tad-dritt billi jwieġeb fl-affermattiv il-mistoqsijiet kollha li ġew rinvijati lilu mill-President tal-UEP fl-interess ta' min inissel, tal-bdiewa u tal-pubbliku;

10. Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod attiv ma' pajjiżi terzi meta tinnegozja ftehimiet ta' kummerċ u ta' sħubija, bl-għan li tiġi żgurata l-esklużjoni ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi mill-għoti ta' privattivi;

11. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur l-esklużjoni mill-għoti ta' privattivi ta' proċessi essenzjalment bijoloġiċi, u l-prodotti tagħhom, fil-kuntest ta' diskussjonijiet dwar l-armonizzazzjoni tal-liġi multilaterali tal-privattivi;

12. Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-iżvilupp u l-implikazzjonijiet tad-dritt tal-privattivi fil-qasam tal-bijoteknoloġija u l-inġinerija ġenetika, kif jirrikjedi l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 98/44/KE u kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 fuq il-privattivi u d-drittijiet ta' dawk li jnisslu l-pjanti, u sabiex tkompli tanalizza kwistjonijiet relatati mal-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni tal-privattivi;

13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni bħala dikjarazzjoni bil-miktub lill-Bord tal-Appell Estiż tal-UEP sal-1 ta' Ottubru 2019, u biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

[1] ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 31.

[2] ĠU C 399, 24.11.2017, p. 188.

[3] ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.

[4] ĠU C 411, 8.11.2016, p. 3.

[5] ĠU C 65, 1.3.2017, p. 2.

[6] Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UEP, A56, 31.7.2017.

[7] Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UEP, A52, 31.5.2019.

[8]ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

[9] Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UEP, A56, 31.7.2017 (CA/D 6/17).

[10] https://www.epo.org/news-issues/news/2019/20190329.html

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Settembru 2019Avviż legali