Proċedura : 2019/2821(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0049/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0049/2019

Dibattiti :

PV 19/09/2019 - 4.1
CRE 19/09/2019 - 4.1

Votazzjonijiet :

PV 19/09/2019 - 7.1

Testi adottati :

P9_TA(2019)0017

<Date>{18/09/2019}18.9.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0049/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0083/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0084/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0085/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0088/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 167kWORD 55k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0049/2019 (Verts/ALE)

B9-0083/2019 (S&D)

B9-0084/2019 (Renew)

B9-0085/2019 (GUE/NGL)

B9-0088/2019 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija, b'mod partikolari t-tneħħija ta' sindki eletti</Titre>

<DocRef>(2019/2821(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, Michaela Šojdrová, Antonio López-Istúriz White, Vladimír Bilčík, David McAllister, Željana Zovko, Loránt Vincze, Arba Kokalari, Lefteris Christoforou, Loucas Fourlas, Romana Tomc, Karoline Edtstadler, Tomáš Zdechovský, Ivan Štefanec, Vangelis Meimarakis, Milan Zver, Manolis Kefalogiannis, David Lega, Isabel Wiseler-Lima, Tomasz Frankowski, Sandra Kalniete, Esther de Lange, Stanislav Polčák, Stelios Kympouropoulos, Paulo Rangel, Rosa Estaràs Ferragut, Inese Vaidere, Andrey Kovatchev, Ioan-Rareş Bogdan</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute> Kati Piri, Nacho Sánchez Amor</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Abir Al-Sahlani, Andrus Ansip, Petras Auštrevičius, Phil Bennion, Izaskun Bilbao Barandica, Sylvie Brunet, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Chris Davies, Anna Júlia Donáth, Laurence Farreng, Fredrick Federley, Valter Flego, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Irena Joveva, Nathalie Loiseau, Karen Melchior, Javier Nart, Lucy Nethsingha, Bill Newton Dunn, Urmas Paet, Dragoş Pîslaru, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Hilde Vautmans, Marie-Pierre Vedrenne, Chrysoula Zacharopoulou</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Sergey Lagodinsky, Heidi Hautala, Hannah Neumann, Ernest Urtasun, Klaus Buchner, Saskia Bricmont, Katrin Langensiepen, Bronis Ropė, Ville Niinistö, Catherine Rowett, Reinhard Bütikofer, Erik Marquardt, Anna Cavazzini, Viola Von Cramon-Taubadel, Kim Van Sparrentak, Tineke Strik, Ellie Chowns</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Özlem Demirel, Miguel Urbán Crespo, Konstantinos Arvanitis, Marisa Matias, José Gusmão, Idoia Villanueva Ruiz, Eugenia Rodríguez Palop, Sira Rego, Kateřina Konečná, Younous Omarjee, Stelios Kouloglou, Dimitrios Papadimoulis, Manu Pineda</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo</Depute>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija, b'mod partikolari t-tneħħija ta' sindki eletti

(2019/2821(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dawk tal-24 ta' Novembru 2016 dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija[1], tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija[2], tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija[3] u tat-13 ta' Marzu 2019 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar it-Turkija[4],

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Mejju 2019 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2019)0260) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tagħha li jakkumpanja r-Rapport 2019 dwar it-Turkija (SWD(2019) 0220),

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2018 u l-konklużjonijiet preċedenti rilevanti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet preliminari tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u l-impenn tat-Turkija fir-rigward tal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali,

 wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2260 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) tal-24 ta' Jannar 2019 intitolata "The worsening situation of opposition politicians in Turkey: what can be done to protect their fundamental rights in a Council of Europe Member State?",

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li saru mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fid-19 ta' Awwissu 2019 dwar is-sospensjonijiet ta' sindki eletti u d-detenzjoni ta' mijiet ta' persuni fix-Xlokk tat-Turkija,

 wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kawża Selahattin Demirtaş v. it-Turkija,

 wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2156 (2017) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fit-Turkija,

 wara li kkunsidra l-fatt li l-valuri kostituttivi tal-UE huma msejsa fuq l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri, li japplikaw ukoll għall-pajjiżi kollha li huma kandidati għal sħubija fl-UE,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li t-Turkija hija Stat parti għalihom,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi t-Turkija hija sieħba importanti tal-UE u, bħala pajjiż kandidat, mistennija tirrispetta l-ogħla standards tad-demokrazija, inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, l-elezzjonijiet kredibbli, il-libertajiet fundamentali u d-dritt universali għal proċess ġust;

B. billi fil-31 ta' Marzu 2019 saru elezzjonijiet lokali fit-Turkija u dawn "twettqu b'mod ordnat", skont il-konklużjonijiet preliminari tad-delegazzjoni ta' osservazzjoni elettorali mill-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa; billi l-għadd ta' persuni li vvutaw fl-elezzjonijiet lokali kien impressjonanti; billi l-elezzjoni ġiet ikkritikata fil-wisa' mill-osservaturi minħabba preġudizzju eċċessiv tal-media favur il-partit Alleanza tal-Poplu li qiegħed fil-gvern;

C. billi, fl-elezzjonijiet lokali tal-31 ta' Marzu 2019, is-sindku Adnan Selçuk Mızraklı ta' Diyarbakır kiseb maġġoranza ta' 63 %, is-sindku Ahmet Türk ta' Mardin kiseb maġġoranza ta' 56 %, filwaqt li s-sindku Bedia Özgökçe ta' Van kisbet maġġoranza ta' 54 % tal-voti, jiġifieri, għalhekk, li t-tliet sindki kollha kisbu mandat ċar mill-poplu biex iwettqu d-dmirijiet li jikkonċernaw il-kariga tagħhom ta' sindku;

D. billi t-tliet sindki kollha ngħataw l-approvazzjoni mill-Kunsill Elettorali Suprem tar-Repubblika tat-Turkija (YSK) biex joħorġu għall-elezzjonijiet bħala kandidati;

E. billi s-sindki eletti demokratikament ta' Diyarbakır, Van u Mardin fix-Xlokk tat-Turkija ġew sostitwiti bi gvernaturi/amministraturi provinċjali maħtura mill-gvern minħabba li kienu għaddejjin minn investigazzjoni kriminali għal allegati rabtiet mat-terroriżmu;

F. billi s-sostituzzjoni ta' Adnan Selçuk Mızraklı, Ahmet Türk u Bedia Özgökçe Ertan bi gvernaturi tal-Istat hija ta' tħassib serju peress li tqajjem dubji dwar ir-rispett tar-riżultati demokratiċi tal-elezzjonijiet tal-31 ta' Marzu 2019; billi 418-il persuna ċivili oħra, prinċipalment membri u impjegati tal-kunsill muniċipali minn 29 provinċja differenti madwar it-Turkija, ġew detenuti fit-18 ta' Awwissu 2019 abbażi ta' allegazzjonijiet simili u mhux sostanzjati;

G. billi, f'Settembru 2016, il-liġi Torka dwar il-muniċipalitajiet inbidlet skont digriet ta' stat ta' emerġenza biex tiffaċilita t-tneħħija amministrattiva ta' sindki akkużati b'rabtiet mat-terroriżmu u s-sostituzzjoni tagħhom bi gvernaturi provinċjali; billi l-Kummissjoni ta' Venezja stiednet lill-awtoritajiet Torok jirrevokaw id-dispożizzjonijiet imdaħħla mid-Digriet Leġiżlattiv Tork Nru 674 tal-1 ta' Settembru 2016, li mhumiex strettament meħtieġa mill-istat ta' emerġenza, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw ir-regoli li jippermettu l-mili ta' postijiet battala għall-karigi ta' sindku, viċi sindku u membru tal-kunsill lokali permezz ta' ħatriet;

H. billi, fid-9 ta' April 2019, il-YSK iddikjara lil erba' sindki u membri eletti oħra ta' kunsilli muniċipali fix-Xlokk tat-Turkija bħala ineliġibbli li jokkupaw il-kariga, minkejja li kien ikkonvalida l-kandidaturi tagħhom qabel l-elezzjonijiet tal-31 ta' Marzu 2019, għaliex qal li dawn il-kandidati preċedentement kienu impjegati taċ-ċivil u tkeċċew minn xogħolhom b'digriet tal-Gvern; billi, wara din id-deċiżjoni, il-YSK ta dawn il-karigi lil kandidati mill-Partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp (AKP); billi t-trażżin tal-oppożizzjoni politika Torka qed iseħħ f'kuntest fejn l-ispazju għall-ilħna demokratiċi qiegħed jiċkien u fl-isfond ta' miżuri kontinwi meħuda mill-awtoritajiet Torok bil-għan li jsikktu lil min ma jaqbilx magħhom, inklużi l-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-akkademiċi, l-imħallfin u l-avukati;

I. billi ħafna mill-miżuri li ttieħdu huma sproporzjonati, jiksru kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali Torka kif ukoll l-impenji tal-pajjiż bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u jmorru kontra l-ICCPR; billi aktar minn 150 000 ruħ ġew detenuti fit-trażżin ta' wara l-kolp ta' stat u 78 000 ruħ ġew arrestati abbażi ta' akkużi ta' terroriżmu, filwaqt li aktar minn 50 000 ruħ għadhom il-ħabs – fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mingħajr evidenza konklużiva; billi, minn Diċembru 2018 'il hawn, in-numru totali ta' persuni detenuti l-ħabs mingħajr akkuża jew li qed jistennew proċess huwa ta' madwar 57 000; billi aktar minn 20 % tal-popolazzjoni tal-ħabs qegħdin il-ħabs għal akkużi relatati mat-terroriżmu, inklużi ġurnalisti, attivisti politiċi, avukati u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u dan iwassal għal aktar tħassib dwar l-indipendenza tal-ġudikatura;

J. billi d-deċiżjonijiet tal-YSK li terġa' ssir l-elezzjoni tas-sindku f'Istanbul u li l-kariga ta' sindku ta' muniċipalitajiet individwali fix-Xlokk tat-Turkija tingħata lill-kandidati li ġew it-tieni huma ta' tħassib serju, b'mod partikolari fir-rigward tar-rispett tal-legalità u l-integrità tal-proċess elettorali u tal-indipendenza tal-istituzzjoni mill-indħil politiku;

K. billi, fit-3 ta' Settembru 2019, il-Ministru tal-Intern Tork ħabbar li kienu se jingħataw ordnijiet oħra biex jitneħħew uffiċjali eletti, u hedded b'mod speċifiku li jneħħi lis-sindku ta' Istanbul, Ekrem İmamoğlu;

L. billi, fis-6 ta' Settembru 2019, il-President Provinċjali tal-Partit Popolari Repubblikan (CHP), Canan Kaftancıoğlu, ġiet ikkundannata 9 snin u 8 xhur ħabs fuq akkużi li insolentat lill-President u lil uffiċjali pubbliċi, umiljat lill-Istat, inċitat lill-poplu għall-ostilità u l-mibegħda, u użat il-kanali tal-media soċjali tagħha biex ixxerred il-propaganda għal organizzazzjoni terroristika bejn l-2012 u l-2017;

M. billi diversi dimostrazzjonijiet pubbliċi organizzati kontra t-tneħħija tas-sindki ġew ipprojbiti għal raġunijiet ta' sigurtà, u dawk li seħħew ġew sfrattati bil-forza mill-pulizija, ħafna drabi b'detenzjonijiet tal-massa u bil-prosekuzzjoni tal-parteċipanti; billi dan huwa r-riżultat ta' leġiżlazzjoni introdotta immedjatament wara t-tneħħija tal-istat ta' emerġenza;

N. billi t-Turkija ġarrbet numru ta' attakki u t-tentattiv ta' kolp ta' stat tal-2016 li fih inqatlu 248 ruħ;

1. Jikkundanna d-deċiżjoni li ttieħdet mill-awtoritajiet Torok biex sindki eletti demokratikament jitneħħew mill-kariga abbażi ta' evidenza dubjuża; jenfasizza li dawn l-azzjonijiet ikomplu jdgħajfu l-kapaċità tal-oppożizzjoni politika li teżerċita d-drittijiet tagħha u twettaq ir-rwol demokratiku tagħha; jistieden lill-awtoritajiet Torok jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-membri tal-oppożizzjoni arrestati bħala parti mit-trażżin tal-ilħna kollha ta' dissens fil-pajjiż, u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom;

2. Jikkritika bil-qawwa s-sostituzzjoni arbitrarja ta' rappreżentanti eletti lokali b'amministraturi mhux eletti, billi dan ikompli jdgħajjef l-istruttura demokratika tat-Turkija; jistieden lill-awtoritajiet Torok jerġgħu jagħtu l-kariga lis-sindki u lill-uffiċjali eletti l-oħra kollha li rebħu l-elezzjonijiet lokali fil-31 ta' Marzu 2019 u ma tħallewx jieħdu l-kariga jew tkeċċew jew ġew sostitwiti b'amministraturi mhux eletti abbażi ta' allegazzjonijiet mhux sostanzjati;

3. Jikkundanna bil-qawwa s-sentenza motivata politikament ta' Canan Kaftancıoğlu, li huwa ċar li qed tiġi kkastigata talli kellha rwol ewlieni fil-kampanja elettorali ta' suċċess tas-sindku ta' Istanbul, u jitlob b'insistenza li titreġġa' lura minnufih;

4. Jikkundanna t-theddid tal-awtoritajiet Torok li jkeċċu uffiċjali eletti oħra u jistieden lit-Turkija ma tkomplix tieħu miżuri intimidatorji oħra;

5. Itenni l-importanza ta' relazzjonijiet tajbin mat-Turkija li jkunu bbażati fuq valuri komuni, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi, inkluż ir-rispett tar-riżultati elettorali, il-libertajiet fundamentali u d-dritt universali ta' proċess ġust; jistieden lill-Gvern Tork jiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem ta' dawk  kollha li jgħixu u jaħdmu fit-Turkija, inklużi dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;

6. Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar id-deterjorament kontinwu tal-libertajiet fundamentali u tal-istat tad-dritt fit-Turkija, u jikkundanna l-użu tad-detenzjoni arbitrarja, il-fastidju ġudizzjarju u amministrattiv, il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minbarra mezzi oħra maħsuba biex jippersegwitaw eluf ta' ċittadini Torok, inklużi politiċi u uffiċjali eletti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, impjegati taċ-ċivil, membri ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, akkademiċi u għadd bla qies ta' ċittadini ordinarji; jesprimi tħassib dwar rapporti ta' prosekuzzjonijiet u investigazzjonijiet kontinwi rigward reati ta' terroriżmu vagi u ġenerali żżejjed;

7. Iħeġġeġ lit-Turkija tiżgura li l-leġiżlazzjoni tagħha kontra t-terroriżmu tkun konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; itenni li leġiżlazzjoni Torka kontra t-terroriżmu definita f'termini ġenerali m'għandhiex tintuża biex tikkastiga liċ-ċittadini u lill-media talli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' libertà tal-espressjoni, jew biex rappreżentanti eletti jitneħħew b'mod arbitrarju u jiġu sostitwiti b'amministraturi tal-Gvern;

8. Jistieden lill-awtoritajiet Torok jirrispettaw il-prinċipji internazzjonali, jiżguraw il-pluraliżmu u l-libertajiet tal-assoċjazzjoni u tal-espressjoni, isegwu l-aħjar prattiki u jiggarantixxu ambjent favorevoli għal dawk eletti permezz tal-espressjoni ħielsa u ġusta tar-rieda tal-poplu Tork; jenfasizza li dawn id-deċiżjonijiet jiksru d-dritt ta' elezzjonijiet ħielsa, id-dritt ta' parteċipazzjoni politika u d-dritt ta' libertà tal-espressjoni skont il-KEDB;

9. Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-użu eċċessiv ta' proċedimenti legali kontra rappreżentanti eletti lokali fit-Turkija u s-sostituzzjoni tagħhom b'uffiċjali maħtura – prattika li ddgħajjef serjament il-funzjonament xieraq tad-demokrazija lokali;

10. Jistieden lill-Gvern Tork jiżgura li l-individwi kollha jkollhom id-dritt ta' proċess ġust u li l-każijiet tagħhom jiġu eżaminati minn qorti ġudizzjarja indipendenti, f'konformità ma' standards internazzjonali, li tkun tista' tiżgura rimedju – inkluż kumpens għad-danni materjali u morali kkawżati; jistieden lit-Turkija tiżgura l-indipendenza operattiva, strutturali u finanzjarja tal-Istituzzjoni Torka tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Ugwaljanza u tal-Istituzzjoni Torka tal-Ombudsman sabiex tiggarantixxi l-kapaċità tagħhom li jipprovdu opportunitajiet ġenwini ta' rieżami u rimedju u tikkonforma mas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;

11. Jikkundanna l-fatt li Selahattin Demirtaş, kap tal-oppożizzjoni u kandidat presidenzjali, għadu arrestat, u jitlob li jinħeles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-każ tiegħu, li tistieden lill-awtoritajiet Torok jeħilsuh minnufih;

12. Jesprimi tħassib serju dwar il-monitoraġġ tal-pjattaformi tal-media soċjali u l-għeluq ta' kontijiet tal-media soċjali mill-awtoritajiet Torok;

13. Jitlob lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħtu lill-Parlament rendikont sħiħ dwar is-suġġetti diskussi matul id-djalogu politiku bejn l-UE u t-Turkija tat-13 ta' Settembru 2019;

14. Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jqajmu s-sitwazzjoni tal-membri tal-oppożizzjoni arrestati, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-attivisti politiċi, tal-avukati, tal-ġurnalisti u tal-akkademiċi li jinsabu f'detenzjoni mal-interlokuturi Torok tagħhom, u jipprovdulhom appoġġ diplomatiku u politiku, inklużi l-osservazzjoni tal-proċessi u l-monitoraġġ tal-każijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-użu ta' għotjiet ta' emerġenza għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President Tork, lill-Gvern tat-Turkija u lill-Parlament tagħha, u jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta bit-Tork.

 

 

[1] ĠU C 224, 27.6.2018, p. 93.

[2] ĠU C 215, 19.6.2018, p. 199.

[3] ĠU C 463, 21.12.2018, p. 56.

[4] Testi adottati, P8_TA(2019)0200.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Settembru 2019Avviż legali