Proċedura : 2019/2819(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0097/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0097/2019

Dibattiti :

PV 18/09/2019 - 17
CRE 18/09/2019 - 17

Votazzjonijiet :

PV 19/09/2019 - 7.5
CRE 19/09/2019 - 7.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0021

<Date>{18/09/2019}18.9.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9‑0097/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0098/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0099/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0100/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 164kWORD 56k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0097/2019 (PPE)

B9-098/2019 (ECR)

B9-0099/2019 (S&D)

B9-0100/2019 (Renew)</TablingGroups>


<Titre>dwar l-importanza tat-tifkira tal-istorja Ewropea għall-ġejjieni tal-Ewropa</Titre>

<DocRef>(2019/2819(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, Andrius Kubilius, Rasa Juknevičienė, Željana Zovko, David McAllister, Antonio Tajani, Sandra Kalniete, Traian Băsescu, Radosław Sikorski, Andrzej Halicki, Andrey Kovatchev, Ewa Kopacz, Lukas Mandl, Alexander Alexandrov Yordanov, Andrea Bocskor, Inese Vaidere, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Vladimír Bilčík, Ivan Štefanec, Liudas Mažylis, Loránt Vincze, Arba Kokalari</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri, Isabel Santos, Sven Mikser, Marina Kaljurand</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Michal Šimečka, Frédérique Ries, Ramona Strugariu, Katalin Cseh, Ondřej Kovařík, Vlad-Marius Botoş, Izaskun Bilbao Barandica, Jan-Christoph Oetjen, Sheila Ritchie, Olivier Chastel, Petras Auštrevičius</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Ryszard Antoni Legutko, Anna Fotyga, Tomasz Piotr Poręba, Dace Melbārde, Witold Jan Waszczykowski, Ryszard Czarnecki, Jadwiga Wiśniewska, Bogdan Rzońca, Anna Zalewska, Jacek Saryusz-Wolski, Grzegorz Tobiszowski, Joanna Kopcińska, Elżbieta Rafalska, Joachim Stanisław Brudziński, Beata Szydło, Beata Mazurek, Andżelika Anna Możdżanowska, Beata Kempa, Patryk Jaki, Charlie Weimers</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-importanza tat-tifkira tal-istorja Ewropea għall-ġejjieni tal-Ewropa

(2019/2819(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-prinċipji universali tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea bħala komunità msejsa fuq valuri komuni,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa fit-22 ta' Awwissu 2019 mill-Ewwel Viċi President Timmermans u l-Kummissarju Jourová qabel il-Jum ta' Tifkira fl-Ewropa kollha għall-vittmi tar-reġimi totalitarji u awtoritarji kollha,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem adottata fl-10 ta' Diċembru 1948,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2005 dwar is-60 anniversarju ta' tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropea fit-8 ta' Mejju 1945[1],

 wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1481 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tas-26 ta' Jannar 2006 dwar il-ħtieġa ta' kundanna internazzjonali tad-delitti tar-reġimi totalitarji Komunisti,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas 2008/913/ĠAI tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali[2],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Praga dwar il-Kuxjenza Ewropea u l-Komuniżmu, adottata fit-3 ta' Ġunju 2008,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proklamazzjoni tat-23 ta' Awwissu bħala l-Jum Ewropew ta' Tifkira tal-Vittmi tal-Istaliniżmu u tan-Naziżmu, adottata fit-23 ta' Settembru 2008[3],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2009 dwar il-kuxjenza Ewropea u t-totalitarjaniżmu[4],

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2010 bit-titolu "Il-memorja tad-delitti mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa" (COM(2010)0783),

 wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 u l-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-memorja tad-delitti mwettqa minn reġimi totalitarji fl-Ewropa,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Varsavja tat-23 ta' Awissu 2011 fl-okkażjoni tal-Jum ta' Tifkira tal-Vittmi tar-Reġimi Totalitarji,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-23 ta' Awwissu 2018 tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE biex jikkommemoraw lill-vittmi tal-Komuniżmu,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni storika tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, adottata fit-13 ta' Jannar 1983 b'reazzjoni għall-"Appell Baltiku" ta' 45 ċittadin minn dawn il-pajjiżi,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet dwar id-delitti tar-reġimi totalitarji Komunisti adottati minn għadd ta' parlamenti nazzjonali,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi din hija s-sena tat-80 anniversarju mindu faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, li wasslet għal livelli bla preċedenti ta' tbatija umana u kkundannat lil pajjiżi fl-Ewropa għal bosta deċennji ta' okkupazzjoni;

B. billi 80 sena ilu, fit-23 ta' Awwissu 1939, l-Unjoni Sovjetika Komunista u l-Ġermanja Nazista ffirmaw Trattat ta' Non-Aggressjoni, magħruf bħala l-Patt Molotov-Ribbentrop, u l-protokolli sigrieti tiegħu, li qassam l-Ewropa u lit-territorji tal-istati indipendenti bejn żewġ reġimi totalitarji u ġabarhom fi sferi ta' interess, ħaġa li wittiet it-triq biex tfaqqa' it-Tieni Gwerra Dinjija;

C. billi, bħala konsegwenza diretta tal-Patt Molotov-Ribbentrop, li ġie segwit bit-Trattat dwar il-Konfini u l-Ħbiberija bejn in-Nazisti u s-Sovjetiċi tat-28 ta' Settembru 1939, ir-Repubblika Pollakka ġiet invaduta l-ewwel minn Hitler u ġimagħtejn wara minn Stalin – fatt li ċaħħad lill-pajjiż mill-indipendenza tiegħu u li kien traġedja bla preċedenti għall-poplu Pollakk – l-Unjoni Sovjetika Komunista bdiet gwerra aggressiva kontra l-Finlandja fit-30 ta' Novembru 1939, u f'Ġunju 1940 okkupat u annettiet partijiet mir-Rumanija – territorji li qatt ma traddew lura – u annettiet ir-repubbliki indipendenti tal-Litwanja, tal-Latvja u tal-Estonja;

D. billi wara d-disfatta tar-reġim Nazista u t-tmien tat-Tieni Gwerra Dinjija, xi pajjiżi Ewropej kienu kapaċi jerġgħu jibnu u jidħlu fi proċess ta' rikonċiljazzjoni, filwaqt li pajjiżi Ewropej oħra baqgħu taħt dittatorjati – xi wħud taħt okkupazzjoni jew influwenza Sovjetika diretta – għal nofs seklu u komplew jiġu mċaħħda mil-libertà, mis-sovranità, mid-dinjità, mid-drittijiet tal-bniedem u mill-iżvilupp soċjoekonomiku;

E. billi minkejja li d-delitti tar-reġim Nazista ġew iġġudikati u kkastigati permezz tal-proċessi ta' Nuremberg, għad hemm bżonn urġenti ta' sensibilizzazzjoni, li jitwettqu valutazzjonijiet morali u li jsiru inkjesti ġuridiċi dwar id-delitti tal-Istaliniżmu u ta' dittatorjati oħra;

F. billi f'xi Stati Membri, l-ideoloġiji tal-Komuniżmu u tan-Naziżmu huma pprojbiti bil-liġi;

G. billi l-integrazzjoni Ewropea, mill-bidu tagħha, kienet tweġiba għat-tbatija kkawżata miż-żewġ gwerer dinjija u mit-tirannija Nazista li wasslet għall-Olokawst, u għat-tifrix tar-reġimi totalitarji u Komunisti mhux demokratiċi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, u kienet ukoll mod li bih setgħu jingħelbu il-qasmiet profondi u l-ostilità fl-Ewropa permezz tal-kooperazzjoni u tal-integrazzjoni u biex tintemm il-gwerra u tiġi żgurata d-demokrazija fl-Ewropa, billi għall-pajjiżi Ewropej li batew taħt l-okkupazzjoni Sovjetika u d-dittaturjati Komunisti, it-tkabbir tal-UE, li beda fl-2004, ifisser li ġew lura fil-familja Ewropea li lilha jappartienu;

H. billi l-memorji tal-imgħoddi traġiku tal-Ewropa għandhom jinżammu ħajjin, sabiex jiġu onorati l-vittmi, jiġu kkundannati dawk li wettqu d-delitti u jitħejjew il-pedamenti għal rikonċiljazzjoni msejsa fuq il-verità u fuq it-tifkira,

I. billi t-tifkira tal-vittmi tar-reġimi totalitarji u r-rikonoxximent tal-wirt Ewropew kondiviż tad-delitti mwettqa mid-dittatorjat-Komunist, minn dak Nazist u minn dittatorjati oħra, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni dwaru, huma ta' importanza vitali għall-għaqda tal-Ewropa u tal-poplu tagħha u għall-bini tar-reżiljenza Ewropea għat-theddid estern ta' żmienna;

J. billi 30 sena ilu, fit-23 ta' Awwissu 1989, ġie mfakkar il-50 anniversarju tal-Patt Molotov-Ribbentrop u l-vittmi tar-reġimi totalitarji ġew imfakkra fil-Katina Baltika, dimostrazzjoni bla preċedenti minn żewġ miljun Litwan, Latvjan u Estonjan li qabdu id f'id biex iffurmaw katina ta' ħajja li bdiet minn Vilnius, għaddiet minn Riga u spiċċat Tallinn;

K. billi minkejja l-fatt li fl-24 ta' Diċembru 1989 il-Kungress tad-Deputati tal-Poplu tal-URSS ikkundanna l-iffirmar tal-Patt Molotov-Ribbentrop, kif ukoll ftehimiet oħra li saru mal-Ġermanja Nazista, f'Awwissu 2019 l-awtoritajiet Russi ċaħdu r-responsabbiltà għal dan il-ftehim u l-konsegwenzi tiegħu u attwalment qegħdin jippromwovu l-idea li l-Polonja, l-Istati Baltiċi u l-Punent huma dawk li fil-verità instigaw it-Tieni Gwerra Dinjija;

L. billi t-tifkira tal-vittmi tar-reġimi totalitarji u awtoritarji u r-rikonoxximent tal-wirt Ewropew kondiviż tad-delitti mwettqa mid-dittatorjat Stalinist, minn dak Nazist u minn dittatorjati oħra, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni dwaru, huma ta' importanza vitali għall-għaqda tal-Ewropa u tal-poplu tagħha u għall-bini tar-reżiljenza Ewropea għat-theddid estern ta' żmienna;

M. billi l-gruppi u l-partiti politiċi li huma apertament radikali, razzisti u ksenofobi kienu qegħdin ixewxu għall-mibegħda u l-vjolenza fis-soċjetà, pereżempju permezz tat-tixrid online ta' diskors ta' mibegħda, li spiss iwassal biex jiżdiedu l-vjolenza, il-ksenofobija u l-intolleranza;

1. Ifakkar li, kif hemm minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE, l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-persuni li jappartienu lil minoranza; ifakkar li dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri kollha;

2. Jisħaq fuq il-fatt li t-Tieni Gwerra Dinjija, l-aktar gwerra devastanti fl-istorja tal-Ewropa, inbdiet b'riżultat dirett tat-Trattat ta' Non-Aggressjoni bejn in-Nazisti u s-Sovjetiċi tat-23 ta' Awwissu 1939, magħruf ukoll bħala l-Patt Molotov-Ribbentrop, u l-protokolli sigrieti tiegħu, fejn żewġ reġimi totalitarji li kellhom l-objettiv komuni li jaħkmu d-dinja qasmu l-Ewropa f'żewġ żoni ta' influwenza;

3. Ifakkar li r-reġimi Nazista u Komunista kkommettew qtil tal-massa, ġenoċidju u deportazzjonijiet u kkawżaw telf ta' ħajja u ta' libertà fis-seklu 20 fuq skala li l-istorja tal-bniedem qatt ma kienet rat bħalu qabel, u jfakkar fid-delitt tal-waħx tal-Olokawst li wettaq ir-reġim Nazista; Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-atti ta' aggressjoni, id-delitti kontra l-umanità u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq skala wiesgħa mwettqa min-Nazisti, mill-Komunisti u minn reġimi totalitarji oħra;

4. Jesprimi r-rispett kbir tiegħu għal kull vittma ta' dawn ir-reġimi totalitarji u jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-atturi kollha tal-UE jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-delitti totalitarji orribbli kontra l-umanità u l-ksur gravi u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem jitfakkru u jinġiebu quddiem il-qrati, u biex jiggarantixxu li tali delitti qatt ma jiġu ripetuti; jisħaq fuq l-importanza li l-memorji tal-imgħoddi jinżammu ħajjin, għaliex ma jistax ikun hemm rikonċiljazzjoni mingħajr tifkira, u jtenni l-pożizzjoni soda tiegħu kontra kull ħakma totalitarja minn kwalunkwe sfond ideoloġiku;

5. Jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jagħmlu valutazzjoni ċara u bi prinċipju tad-delitti u l-atti ta' aggressjoni mwettqa mir-reġimi totalitarji Komunisti u mir-reġim Nazista;

6. Jikkundanna l-manifestazzjonijiet kollha u t-tixrid ta' ideoloġiji totalitarji, bħan-Naziżmu u l-Istaliniżmu, fl-UE;

7. Jikkundanna r-reviżjoniżmu u l-glorifikazzjoni storiċi ta' kollaboraturi Nazisti f'xi Stati Membri tal-UE; jinsab imħasseb sew dwar iż-żieda tal-aċċettazzjoni ta' ideoloġiji radikali, u r-riverżjoni għall-faxxiżmu, ir-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta' intolleranza fl-Unjoni Ewropea, u jinsab inkwetat bir-rapporti f'xi Stati Membri ta' kollużjoni bejn il-mexxejja politiċi, il-partiti politiċi u l-entitajiet tal-infurzar tal-liġi u l-movimenti radikali, razzisti u ksenofobiċi ta' denominazzjonijiet politiċi differenti; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex dawn l-atti jikkundannawhom bl-aktar mod qawwi possibbli, peress li jdgħajfu l-valuri tal-UE, il-paċi, il-libertà u d-demokrazija;

8. Jistieden lill-Istati Membri kollha jikkommemoraw it-23 ta' Awwissu bħala l-Jum Ewropew ta' Tifkira għall-vittmi tar-reġimi totalitarji kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali, u biex jissensibilizzaw lill-ġenerazzjoni żagħżugħa dwar dawn il-kwistjonijiet, billi jinkludu l-istorja u l-analiżi tal-konsegwenzi tar-reġimi totalitarji fil-kurrikuli u fil-kotba tal-iskejjel kollha fl-UE; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jappoġġaw id-dokumentazzjoni tal-imgħoddi mimli inkwiet tal-Ewropa, pereżempju permezz tat-traduzzjoni tal-proċedimenti tal-Proċessi ta' Nuremberg fil-lingwi kollha tal-UE;

9. Jistieden lill-Istati Membri jikkundannaw u jikkontrobattu kull forma ta' ċaħda tal-Olokawst, inklużi t-trivjalizzazzjoni u l-minimizzazzjoni tad-delitti mwettqa min-Nazisti u l-kollaboraturi tagħhom, u jipprevjenu t-trivjalizzazzjoni fid-diskors politiku u medjatiku;

10. Jappella għal kultura komuni ta' tifkira li twarrab id-delitti tar-reġimi Faxxisti, Stalinisti, u r-reġimi totalitarji u awtoritarji oħra tal-imgħoddi bħala mod kif titrawwem ir-reżiljenza kontra t-theddid modern għad-demokrazija, b'mod partikolari fost il-ġenerazzjonijiet aktar żagħżugħa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-edukazzjoni permezz tal-kultura tradizzjonali dwar id-diversità tas-soċjetà tagħna u dwar l-istorja komuni tagħna, inkluża edukazzjoni dwar l-atroċitajiet tat-Tieni Gwerra Dinjija, bħall-Olokawst u d-diżumanizzazzjoni sistematika tal-vittmi tagħha tul għadd ta' snin;

11. Jitlob, barra minn hekk, li l-25 ta' Mejju (anniversarju tal-eżekuzzjoni tal-Kaptan Witold Pilecki, eroj ta' Auschwitz) jiġi pproklamat "Jum Internazzjonali tal-Eroj tal-Ġlieda kontra t-Totalitariżmu", bħala turija ta' rispett u ġieħ lil dawk kollha li, huma u jiġġieldu t-tirannija, taw xhieda tal-eroiżmu tagħhom u ta' mħabba vera fil-konfront tal-umanità, u b'hekk taw lill-ġenerazzjonijiet tal-futur eżempju ċar tal-imġiba ġusta li għandha tiġi adottata quddiem it-theddida tat-tjassir totalitarju;

12. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ effikaċi għall-proġetti ta' memorja storika u l-kommemorazzjoni fl-Istati Membri u għall-attivitajiet tal-Pjattaforma tal-Memorja u tal-Kuxjenza Ewropej, u talloka riżorsi finanzjarji adegwati fil-qafas tal-programm Ewropa għaċ-Ċittadini sabiex tappoġġja t-tifkira u l-kommemorazzjoni tal-vittmi tat-totalitariżmu, kif stabbilit fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri 2021-2027;

13. Jiddikjara li l-integrazzjoni Ewropea bħala mudell għall-paċi u għar-rikonċiljazzjoni kienet għażla ħielsa mill-popli tal-Ewropa biex jimpenjaw ruħhom lejn futur kondiviż u li l-Unjoni Ewropea għandha responsabilità partikolari biex tippromwovi u tissalvagwardja d-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt, mhux biss fl-Unjoni Ewropea iżda wkoll barra minnha;

14. Josserva li meta l-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant ingħaqdu mal-UE u man-NATO, huma mhux biss irritornaw għall-familja Ewropea ta' pajjiżi demokratiċi ħielsa, iżda wrew ukoll suċċess, bl-għajnuna tal-UE, fir-riformi u l-iżvilupp soċjoekonomiku; jisħaq, madankollu, fuq il-punt li din l-għażla għandha tibqa' miftuħa għal pajjiżi oħra Ewropej kif stipulat fl-Artikolu 49 tat-TUE;

15. Isostni li r-Russja għadha l-akbar vittma tat-totalitarjaniżmu Komunista u li l-iżvilupp tagħha fi stat demokratiku se jkompli jiġi mxekkel sakemm il-gvern, l-elite politiku u l-propaganda politika jkomplu jgħattu d-delitti Komunisti u jigglorifikaw ir-reġim totalitarju Sovjetiku; jistieden, għaldaqstant, lis-soċjetà Russa taċċetta l-imgħoddi traġiku tagħha;

16. Jinsab inkwetat sew bl-isforzi tat-tmexxija Russa attwali biex tgħawweġ il-fatti storiċi u tgħatti d-delitti mwettqa mir-reġim totalitarju Sovjetiku, u jqis dawn l-isforzi bħala komponent perikoluż tal-gwerra ta' informazzjoni li qed issir kontra l-Ewropa demokratika bl-iskop li taqsam l-Ewropa, u għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni deċiżiva kontra dawn l-isforzi;

17. Jesprimi tħassib minħabba l-użu kontinwu tas-simboli tar-reġim Sovjetiku fl-isferi pubbliċi u għal finijiet kummerċjali, u jfakkar li għadd ta' pajjiżi Ewropej introduċew projbizzjoni fuq l-użu ta' simboli kemm Nazisti kif ukoll Komunisti;

18. Jinnota li f'xi Stati Membri għadhom jeżistu monumenti u memorjali fi spazji pubbliċi (parks, pjazez, toroq, eċċ.) li jigglorifikaw ir-reġimi totalitarji, u dan joħloq kundizzjonijiet għal distorsjoni tal-fatti storiċi dwar il-konsegwenzi tat-Tieni Gwerra Dinjija u għat-tixrid tas-sistema politika totalitarja;

19. Jikkundanna l-fatt li l-forzi politiċi estremisti u ksenofobiċi fl-Ewropa qegħdin jirrikorru dejjem aktar għad-distorsjoni tal-fatti storiċi, jagħmlu użu minn simboliżmu u retorika li jfakkru aspetti ta' propaganda totalitarja, inklużi r-razziżmu, l-anti-Semitiżmu u l-mibegħda lejn minoranzi sesswali jew ta' tip ieħor;

20. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill, biex jiġġieldu kontra organizzazzjonijiet li jxerrdu diskors ta' mibegħda u vjolenza fi spazji pubbliċi u online;

21. Jisħaq fuq il-punt li l-imgħoddi traġiku tal-Ewropa għandu jkompli jservi ta' ispirazzjoni morali u politika biex tgħinha taffaċċja l-isfidi tad-dinja tal-lum, inkluża l-ġlieda għal dinja aktar ġusta, il-ħolqien ta' soċjetajiet u komunitajiet miftuħa għal minoranzi etniċi, reliġjużi u sesswali, u valuri Ewropej li jista' jibbenefika minnhom kulħadd;

22. Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lid-Duma Russa u lill-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

 

 

 

 

 

[1] ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 392.

[2] ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.

[3] ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 57.

[4] ĠU C 137 E, 27.5.2010, p. 25.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2019Avviż legali