Proċedura : 2019/2881(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0145/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0145/2019

Dibattiti :

PV 24/10/2019 - 3.3
CRE 24/10/2019 - 3.3

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2019 - 8.3

Testi adottati :

P9_TA(2019)0044

<Date>{23/10/2019}23.10.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9‑0145/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0150/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0152/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0153/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 165kWORD 49k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9‑0145/2019 (Verts/ALE)

B9‑0150/2019 (Renew)

B9‑0152/2019 (S&D)

B9‑0153/2019 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-proposta ta' kodiċi kriminali ġdid fl-Indoneżja</Titre>

<DocRef>(2019/2881(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, Tomáš Zdechovský, Eva Maydell, Lefteris Christoforou, Loucas Fourlas, Loránt Vincze, Vladimír Bilčík, Željana Zovko, Karlo Ressler, Romana Tomc, Tomasz Frankowski, Luděk Niedermayer, Magdalena Adamowicz, Isabel Wiseler‑Lima, Milan Zver, Maria Walsh, Roberta Metsola, Krzysztof Hetman, Sandra Kalniete, Stanislav Polčák, Jiří Pospíšil, Inese Vaidere</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Katalin Cseh, Atidzhe Alieva‑Veli, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Phil Bennion, Izaskun Bilbao Barandica, Sylvie Brunet, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Laurence Farreng, Valter Flego, Luis Garicano, Barbara Ann Gibson, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Bernard Guetta, Svenja Hahn, Martin Hojsík, Antony Hook, Irena Joveva, Karin Karlsbro, Elsi Katainen, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Karen Melchior, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Viktor Uspaskich, Hilde Vautmans, Marie‑Pierre Vedrenne</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Heidi Hautala, Hannah Neumann, Ernest Urtasun</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo</Depute>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta ta' kodiċi kriminali ġdid fl-Indoneżja

(2019/2881(RSP))

 

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Indoneżja,

 wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u l-Indoneżja, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014,

 wara li kkunsidra s-Seba' Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Indoneżja tal-1 ta' Frar 2018,

 wara li kkunsidra t-8 ċiklu ta' negozjati dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indoneżja li sar f'Ġunju 2019,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' kodiċi kriminali kif ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2019,

 wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Yogyakarta,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 (ICCPR) li l-Indoneżja rratifikat fl-2006,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1987,

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Indoneżja hija n-nazzjon bir-raba' l-akbar popolazzjoni fid-dinja, demokrazija stabbli fir-reġjun, l-akbar pajjiż b'maġġoranza Musulmana u soċjetà diversa magħmula minn 265 miljun ċittadin ta' reliġjonijiet, etniċitajiet, lingwi u kulturi differenti;

B. billi l-Gvern tal-Indoneżja ppropona abbozz ta' kodiċi kriminali biex jemenda l-Kodiċi Kriminali fis-seħħ bħalissa; billi dan l-abbozz ta' kodiċi kriminali ġie ffinalizzat fil-15 ta' Settembru 2019;

C. billi l-abbozz ta' kodiċi kriminali fih artikoli li jiksru d-drittijiet tan-nisa, tal-minoranzi reliġjużi u tal-persuni LGBTI, kif ukoll il-libertà tal-kelma u ta' assoċjazzjoni;

D. billi, f'Settembru, eluf ta' persuni, inklużi studenti, inġabru fl-Indoneżja kollha biex jipprotestaw kontra l-abbozz ta' kodiċi kriminali u appellaw għas-sospensjoni tal-adozzjoni tiegħu;

E. billi, fl-20 ta' Settembru, il-President tal-Indoneżja ordna lill-Parlament Indoneżjan idewwem l-adozzjoni tal-proposta wara protesti fuq skala kbira; billi d-deċiżjoni dwar l-adozzjoni issa tinsab f'idejn il-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Indoneżja;

F. billi l-Artikolu 2 tal-abbozz ta' kodiċi kriminali li jirreferi għal "liġijiet tal-ħajja" huwa meqjus vag, peress li ma jelenkax id-delitti kastigabbli, u għaldaqstant jista' jintuża biex jilleġittimizza mijiet ta' liġijiet tax-Xarija eżistenti u diskriminatorji fil-livell lokali;

G. billi l-abbozz ta' kodiċi kriminali jikkastiga s-sess ekstrakonjugali b'perjodu ta' priġunerija li jista' jdum sa sena; billi din id-dispożizzjoni fil-fatt tikkriminalizza l-imġiba kollha bejn il-persuni tal-istess sess; billi dan l-artikolu se jissoġġetta lill-persuni kollha li jaħdmu fl-industrija tas-sess għall-prosekuzzjoni kriminali;

H. billi l-kodiċi kriminali propost jiddikjara li l-persuni mhux miżżewġin li jgħixu flimkien jistgħu jiġu kkundannati għal priġunerija ta' sitt xhur;

I. billi r-relazzjonijiet bejn il-persuni tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtoritajiet Indoneżjani u għalhekk huma mmirati b'mod espliċitu; billi l-Indoneżja qed tesperjenza għadd bla preċedent ta' attakki vjolenti u diskriminatorji, kif ukoll atti numerużi ta' fastidju kontra l-persuni LGBTI, u d-dikjarazzjonijiet ta' mibegħda kontra l-persuni LGBTI qegħdin jiżdiedu;

J. billi d-dispożizzjonijiet fl-abbozz ta' kodiċi kriminali huma estensjoni tal-liġi dwar il-blasfemija fis-seħħ bħalissa; billi aktar minn 150 individwu, li fil-biċċa l-kbira tagħhom jappartjenu għal minoranzi reliġjużi, ġew ikkundannati bis-saħħa tal-liġi dwar il-blasfemija fis-seħħ bħalissa minn mindu ġiet adottata fl-1965; billi l-liġi dwar il-blasfemija tqiegħed lill-minoranzi reliġjużi f'riskju f'kuntest ta' intolleranza li qed tikber fil-konfront tal-minoranzi fl-Indoneżja;

K. billi l-abbozz ta' kodiċi kriminali jirrestrinġi l-forniment ta' informazzjoni dwar il-kontraċezzjoni u l-faċilitazzjoni tal-kontraċezzjoni għal kull persuna taħt it-18; billi l-aċċess ristrett għall-kontraċezzjoni għandu impatt partikolarment iebes fuq gruppi emarġinati li diġà jġorru l-biċċa l-kbira tal-piż tal-epidemija tal-HIV fl-Indoneżja;

L. billi l-kodiċi kriminali propost jiddikjara li mara li tkun għamlet abort tista' tiġi kkundannata għal perjodu ta' priġunerija li jista' jdum sa erba' snin; billi kull min jgħin mara tqila tagħmel abort jista' jiġi kkundannat għal perjodu ta' priġunerija li jista' jdum sa ħames snin;

M. billi, f'Settembru, l-Indoneżja għaddiet liġi kontroversjali li ddgħajjef il-Kummissjoni nazzjonali għall-Eradikazzjoni tal-Korruzzjoni, magħrufa wkoll bħala "KPK", li wettqet b'suċċess il-prosekuzzjoni ta' mijiet ta' politiċi sa mit-twaqqif tagħha fl-2002; billi dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali fis-seħħ bħalissa, il-liġi dwar id-data u t-tranżazzjonijiet elettroniċi u l-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu ntużaw biex jirrestrinġu b'mod arbitrarju l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

N. billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ġew attakkati għall-ħidma tagħhom li tiddenunzja l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment b'rabta mal-protesti f'Papua tal-Punent; billi, sa mill-bidu tal-protesti, mill-anqas 40 ruħ sfaw maqtula u mill-anqas 8 000 ruħ – indiġeni ta' Papua u Indoneżjani oħrajn –ġew spostati minn djarhom f'Papua tal-Punent; billi l-ġurnalisti u l-korpi indipendenti tan-NU ġew ripetutament miċħuda aċċess għar-reġjun;

O. billi, bejn l-2015 u l-2018, aktar minn 40 ruħ ġew ikkundannati għall-mewt, filwaqt li aktar minn 300 priġunier għadhom qed jistennew il-piena tal-mewt fl-Indoneżja; billi l-piena tal-mewt hija piena krudili, inumana u degradanti u tikkostitwixxi ksur tad-dritt għall-ħajja;

1. Jilqa' l-fatt li r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Indoneżja huma msejsa fuq valuri kondiviżi ta' demokrazija u governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-promozzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u l-progress ekonomiku;

2. Jinsab imħasseb bil-kbir dwar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-abbozz ta' kodiċi kriminali Indoneżjan rivedut, li jippermetti d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, ir-reliġjon u l-orjentazzjoni sesswali, kif ukoll id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi;

3. Jilqa' l-ordni tal-President Widodo biex tiġi posposta l-adozzjoni tiegħu; jistieden lill-Parlament Indoneżjan jirrevedi b'mod sostanzjali l-kodiċi kriminali propost ħalli jġibu f'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jneħħi d-dispożizzjonijiet diskriminatorji kollha;

4. Jistieden lill-awtoritajiet Indoneżjani jirrevokaw id-dispożizzjonijiet legali kollha li jirrestrinġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u jallinjaw il-liġijiet kollha tal-Indoneżja mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u mal-obbligi internazzjonali tal-pajjiż;

5. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Indoneżja jipproteġu d-drittijiet tal-persuni LGBTI permezz tal-prosekuzzjoni ta' kwalunkwe persekuzzjoni tal-persuni LGBTI u jiddekriminalizzaw l-omosesswalità billi jemendaw il-Kodiċi Kriminali tal-pajjiż; jistieden lill-uffiċjali Indoneżjani jżommu lura milli jagħmlu dikjarazzjonijiet xewwiexa kontra l-persuni LGBTI, li jistgħu jwasslu biss għal aktar stigmatizzazzjoni fil-konfront tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Indoneżjani jrawmu djalogu politiku mal-partijiet interessati ewlenin fi ħdan is-soċjetà ċivili sabiex jippromwovu u jissalvagwardaw l-applikazzjoni universali tad-drittijiet tal-bniedem;

6. Jappella biex issir reviżjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-liġi dwar il-blasfemija, peress li din tqiegħed lill-minoranzi reliġjużi u lill-atei f'riskju; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tan-NU biex jiġu revokati l-Artikoli 156 u 156(a) tal-Kodiċi Kriminali, il-liġi dwar il-prevenzjoni tal-abbuż u d-diffamazzjoni tar-reliġjon u l-liġi dwar id-data u t-tranżazzjonijiet elettroniċi, biex tiġi mmodifikata l-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu u biex jiġu rtirati l-akkużi kontra dawk akkużati bi blasfemija u l-prosekuzzjoni tagħhom;

7. Jinnota bi tħassib ir-restrizzjoni tat-tixrid ħieles ta' informazzjoni vitali dwar is-saħħa sesswali fl-abbozz ta' kodiċi kriminali; iħeġġeġ l-aċċess għal informazzjoni mingħajr ċensura dwar il-kontraċezzjoni u l-ippjanar tal-familja għan-nisa u l-bniet;

8. Isostni li l-aċċess għas-saħħa, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva, huwa dritt tal-bniedem; jenfasizza li għandha tkun garantita kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva xierqa u bi prezz raġonevoli, inklużi l-edukazzjoni u l-informazzjoni sesswali, l-ippjanar tal-familja, il-metodi ta' kontraċezzjoni, kif ukoll aborti sikuri u legali; jinnota li dawn is-servizzi huma importanti biex jiġu salvati l-ħajjiet tan-nisa, biex titnaqqas il-mortalità tat-trabi u tat-tfal u biex jiġi evitat il-mard trażmess sesswalment, inklużi l-HIV u l-AIDS;

9. Itenni l-appell tiegħu biex l-awtoritajiet jistabbilixxu mill-ġdid moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet kollha, bil-għan li l-piena tal-mewt tiġi abolita; jinnota li din ir-rakkomandazzjoni ġiet aċċettata mill-Indoneżja fl-aħħar ċiklu tal-Eżami Perjodiku Universali fl-2017;

10. Jappella għal monitoraġġ kontinwu u mill-qrib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Indoneżja, b'mod partikolari permezz ta' rappurtar regolari mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Indoneżja u l-Brunei; jistieden lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Indoneżja u l-Brunei, kif ukoll lill-Istati Membri, jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jipprovdu appoġġ u protezzjoni ta' emerġenza lil dawk li jinsabu f'riskju;

11. Jiddispjaċih dwar l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida kontra l-korruzzjoni, li bis-saħħa tagħha l-KPK issir aġenzija tal-gvern aktar milli korp indipendenti, u jappella biex din il-leġiżlazzjoni tiġi riveduta;

12. Jesprimi tħassib dwar il-vjolenza f'Papua tal-Punent; jistieden lill-awtoritajiet Indoneżjani jwettqu investigazzjoni indipendenti dwar il-protesti reċenti f'Papua tal-Punent; jappella għall-moderazzjoni fl-iskjerament tal-forzi tas-sigurtà fir-reġjun; iħeġġeġ lill-Gvern Indoneżjan jindirizza s-sitwazzjoni f'Papua tal-Punent permezz tad-djalogu politiku; jistieden lill-awtoritajiet jipprovdu lill-uffiċjali tan-NU, lill-NGOs u lill-ġurnalisti aċċess bla xkiel għal Papua tal-Punent;

13. Jistieden lill-Indoneżja tibgħat stedina permanenti għall-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li tkun tinkludi aċċess bla xkiel għall-pajjiż kollu;

14. Jistieden lill-Gvern Indoneżjan jissodisfa l-obbligi tiegħu u jirrispetta, jipproteġi u jħares id-drittijiet u l-libertajiet minquxa fl-ICCPR;

15. Jenfasizza l-importanza li jiġu inklużi dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Indoneżja li qed jiġi nnegozjat bħalissa;

16. Jilqa' t-tkomplija tad-Djalogu annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u l-Indoneżja u jistenna bil-ħerqa d-djalogu li ġej f'Novembru;

17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indoneżja, lis-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), lill-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ottubru 2019Avviż legali