Proċedura : 2019/2938(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0182/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0182/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/11/2019 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0081

<Date>{26/11/2019}26.11.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9‑0182/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0183/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0184/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0185/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0186/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 169kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9‑0182/2019 (PPE)

B9‑0183/2019 (Verts/ALE)

B9‑0184/2019 (ECR)

B9‑0185/2019 (S&D)

B9‑0186/2019 (Renew)</TablingGroups>


<Titre>dwar azzjonijiet riċenti mill-Federazzjoni Russa kontra mħallfin, prosekuturi u investigaturi Litwani involuti fl-investigazzjoni tal-ġrajjiet traġiċi tat-13 ta' Jannar 1991 f'Vilnius</Titre>

<DocRef>(2019/2938(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Rasa Juknevičienė, Andrius Kubilius, Michael Gahler</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri, Birgit Sippel, Tonino Picula, Raphaël Glucksmann, Juozas Olekas, Vilija Blinkevičiūtė, Sven Mikser</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Petras Auštrevičius, Abir Al-Sahlani, Malik Azmani, Phil Bennion, Gilles Boyer, Jane Brophy, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Fredrick Federley, Barbara Ann Gibson, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Antony Hook, Ivars Ijabs, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Nathalie Loiseau, Jan-Christoph Oetjen, Urmas Paet, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Marie-Pierre Vedrenne</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Sergey Lagodinsky, Tineke Strik, Bronis Ropė</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Anna Fotyga, Ryszard Czarnecki, Zdzisław Krasnodębski, Ruža Tomašić, Assita Kanko, Adam Bielan, Alexandr Vondra, Jan Zahradil, Evžen Tošenovský, Witold Jan Waszczykowski, Veronika Vrecionová, Jacek Saryusz-Wolski</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar azzjonijiet riċenti mill-Federazzjoni Russa kontra mħallfin, prosekuturi u investigaturi Litwani involuti fl-investigazzjoni tal-ġrajjiet traġiċi tat-13 ta' Jannar 1991 f'Vilnius

(2019/2938(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Federazzjoni Russa,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem),

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali.

 wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Indipendenza tal-Ġudikatura,

 wara li kkunsidra l-iskambju riċenti ta' fehmiet li sar fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fit-12 ta' Novembru 2019[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi bħala konsegwenza diretta tal-Patt Molotov-Ribbentrop, l-USSR Komunista annettiet ir-Repubblika tal-Litwanja, flimkien ma' pajjiżi oħra;

B. billi l-Federazzjoni Russa, li ħadet impenji fil-qafas tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, ikkommettiet ruħha li tosserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem;

C. billi bejn il-11 u t-13 ta' Jannar 1991 il-forzi armati tal-USSR wettqu att ta' aggressjoni kontra l-Istat indipendenti tal-Litwanja u n-nies li kienu qed jipprovaw jiddefendu b'mod paċifiku it-torri tat-televiżjoni ta' Vilnius, li rriżulta f'14-il persuna mejta u kważi 800 feruta; billi l-azzjonijiet soppressivi tal-forzi armati Sovjetiċi komplew sat-tentattiv ta' kolp ta' stat li sar f'Awwissu 1991 f'Moska;

D. billi t-tixrid ta' demm ġie kkundannat madwar id-dinja kollha, inkluż mill-Kap tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Soċjalista Federattiva Sovjetika Russa waqt dimostrazzjoni tal-massa f'Moska ftit jiem wara;

E. billi l-Federazzjoni Russa, fit-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Soċjalista Federattiva Sovjetika Russa fuq il-Bażi tar-Relazzjonijiet bejn l-Istati tad-29 ta' Lulju 1991, irrikonoxxiet ir-restawr tar-Repubblika tal-Litwanja indipendenti fil-11 ta' Marzu 1990;

F. billi l-Federazzjoni Russa assumiet id-drittijiet u l-obbligi tal-eks Unjoni Sovjetika u hija l-Istat suċċessur tagħha;

G. billi fis-27 ta' Marzu 2019 il-Qorti Reġjonali ta' Vilnius tat deċiżjoni fl-hekk imsejħa "kawża tat-13 ta' Jannar", li fiha Dmitry Yazov, l-eks ministru tad-difiża tal-Unjoni Sovjetika, Vladimir Uskhopchik, l-eks kmandant tal-gwarniġjon ta' Vilnius tal-Armata Sovjetika, Mikhail Golovatov, l-eks kmandant tal-forzi speċjali tal-KGB, u 64 ċittadin Russu, Belarussu u Ukren instabu ħatja ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità għall-involviment tagħhom fl-att ta' aggressjoni kontra l-Istat tal-Litwana;

H. billi l-awturi kollha ta' dan l-attakk kienu kontumaċi fil-proċess, minbarra tnejn minnhom, Yuri Mel u Gennady Ivanov, eks uffiċjali tal-armata Sovjetika, u l-imputati ġew ikkundannati għal perjodu ta' priġunerija sa 14-il sena; billi s-sentenzi li ngħataw fir-rebbiegħa 2019 jikkonċernaw il-ġrajjiet traġiċi li ġraw wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza Litwana tal-11 ta' Marzu 1990 u t-tentattivi Sovjetiċi biex jisfurzaw lil-Litwanja tirrevoka d-dikjarazzjoni tal-indipendenza tagħha, tentattivi li bdew b'imblokk ekonomiku fl-ewwel nofs tal-1990 u kkulminaw fi sforz brutali biex iwaqqgħu lill-Gvern Litwan f'Jannar 1991;

I. billi, fit-twettiq tal-investigazzjoni preliminari għall-kawża tat-13 ta' Jannar, l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Litwanja talbu b'mod attiv li l-awtoritajiet kompetenti tal-Federazzjoni Russa jipprovdu assistenza legali f'dawn il-proċedimenti kriminali, iżda l-Federazzjoni Russa ma kkooperatx;

J. billi huwa mifhum li l-Federazzjoni Russa qiegħda toffri b'mod attiv kenn u protezzjoni lill-uffiċjali kapijiet eżekuttivi u awturi tal-atti ta' aggressjoni armata kontra persuni ċivili innoċenti u mhux armati, bħall-ogħla uffiċjal militari matul l-avvenimenti ta' Jannar 1991, Mikhail Golovatov, u qiegħda tieħu l-miżuri possibbli kollha biex tgħinhom jevitaw li jinżammu responsabbli;

K. billi r-reazzjoni inizjali tar-Russja għad-deċiżjoni tal-qorti kienet negattiva, u d-Duma tal-Istat Russu ppremettiet li l-proċess kien "politikament motivat" u "tentattiv biex l-istorja tinkiteb mill-ġdid", u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja ħabbar li "mhux se joqgħod mingħajr ma jirreaġixxi ulterjorment";

L. billi bejn Lulju 2018 u April 2019 il-Kumitat Investigattiv tal-Federazzjoni Russa fetaħ diversi proċedimenti kriminali kontra l-prosekuturi, l-investigaturi u l-imħallfin tar-Repubblika tal-Litwanja li kienu involuti fl-investigazzjoni jew fid-deċiżjonijiet fil-kawża tat-13 ta' Jannar, fuq il-bażi tal-Artikoli 299 u 305 tal-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa, li jipprevedu responsabbiltà kriminali għal min "jistabbilixxi r-responsabbiltà kriminali ta' persuna magħrufa bħala innoċenti" u għall-"imħallef (imħallfin) li joħorġu sentenza, deċiżjoni jew kwalunkwe att ġuridiku ieħor intenzjonalment inġusti";

M. billi din il-prosekuzzjoni kriminali, ibbażata fuq motivazzjonijiet politiċi, mibdija mill-Federazzjoni Russa tista' tirriżulta f'tentattivi ta' użu ħażin tas-sistema Interpol u ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali oħra sabiex jiġu ristretti d-drittijiet tal-prosekuturi investigattivi u l-imħallfin aditi fil-kawża tat-13 ta' Jannar matul il-perkwiżizzjonijiet, l-interrogazzjonijiet u l-arresti; billi l-Federazzjoni Russa jaf tipprova tikseb mandati ta' arrest internazzjonali kontra l-uffiċjali Litwani involuti f'dawn il-proċedimenti;

N. billi qed issir kampanja ta' propaganda u diżinformazzjoni fil-midja kkontrollata mill-Istat tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll mir-rappreżentanti uffiċjali tiegħu, immirata lejn l-iżvilupp ta' teoriji ta' konfoffa dwar il-kawża tat-13 ta' Jannar, u hija parti mit-theddid ibridu kontra l-UE u d-demokraziji;

O. billi l-istat tad-dritt, inkluża l-indipendenza ġudizzjarja, huwa wieħed mill-valuri komuni li fuqhom hija mibnija l-UE; billi l-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament u mal-Kunsill, hija responsabbli taħt it-Trattati biex tiggarantixxi r-rispett tal-istat tad-dritt bħala valur fundamentali tal-Unjoni u biex tiżgura li d-dritt, il-valuri u l-prinċipji tal-UE jiġu rispettati;

P. billi l-imħallfin ta' kwalunkwe Stat Membru huma wkoll imħallfin tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi;

Q. billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija l-bażi tal-istat tad-dritt u hija essenzjali għall-funzjonament tad-demokrazija u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-indipendenza tal-ġudikatura hija minquxa fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

R. billi l-Prinċipji Bażiċi tan-NU dwar l-Indipendenza tal-Ġudikatura jistipulaw li huwa d-dmir tal-istituzzjonijiet governattivi u oħrajn kollha li jirrispettaw u josservaw l-indipendenza tal-ġudikatura; billi huma jiddikjaraw ukoll li ma jrid ikun hemm ebda ndħil mhux xieraq jew mhux ġustifikat fil-proċess ġudizzjarju[2];

S. billi fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem hemm minqux b'mod partikolari l-prinċipji ta' ugwaljanza f'għajnejn il-liġi, il-preżunzjoni ta' innoċenza u d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi;

T. billi l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali – li ġiet ratifikata mill-Federazzjoni Russa – jistipula li "l-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jagħtu lil xulxin, skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-Konvenzjoni, l-assistenza reċiproka l-aktar wiesgħa possibbli, fil-proċeduri li jikkonċernaw reati li l-piena li għalihom, fi żmien it-talba għall-assistenza, taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Parti li tagħmel it-talba";

U. billi l-Federazzjoni Russa qed tikser dejjem aktar id-dritt u l-impenji internazzjonali u tieħu pożizzjonijiet li jmorru kontra r-relazzjonijiet tajbin ta' viċinat, u b'hekk timmina kwalunkwe prospett ta' kooperazzjoni futura;

1. Jesprimi s-solidarjetà u s-simpatija tiegħu mal-familji tal-vittmi tal-kawża tat-13 ta' Jannar;

2. Jinnota li l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa fir-rigward tal-imħallfin u l-prosekuturi Litwani jiksru valuri legali fundamentali, b'mod partikolari l-indipendenza tal-ġudikatura, kif ukoll il-prinċipju li d-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem jistgħu jiġu legalment ristretti biss għall-finijiet li għalihom tali restrizzjonijiet jiġu imposti mid-dritt internazzjonali;

3. Ifakkar li l-prosekuzzjoni kriminali tal-prosekuturi u l-imħallfin għall-attivitajiet professjonali tagħhom hija forma ta' influwenza esterna inaċċettabbli li tinterferixxi mal-preminenza tal-liġi;

4. Jenfasizza l-fatt li tali proċedimenti kriminali kontra prosekuturi u mħallfin ma jistgħux jitqiesu bħala leġittimi;

5. Jikkundanna bil-qawwa dan il-ksur ta' prinċipji u normi fundamentali tad-dritt internazzjonali mwettaq mill-awtoritajiet Russi u joġġezzjona għal dawn l-eżempji ta' prosekuzzjonijiet kriminali politikament motivati;

6. Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-prosekuturi, l-investigaturi u l-imħallfin Litwani akkużati mill-Federazzjoni Russa f'dan il-każ u mal-isforzi tal-Gvern Litwan biex jattira l-attenzjoni lejn il-każ u jillimita l-ħsara u l-periklu li jiffaċċjaw dawk akkużati inġustament mill-awtoritajiet Russi;

7. Jenfasizza li l-garanziji universalment rikonoxxuti għall-indipendenza tal-imħallfin u l-prosekuturi jipprojbixxu kwalunkwe ndħil fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja mill-qorti jew l-eżerċizzju ta' saħansitra l-iċken influwenza fuq sentenza, kif ukoll il-prosekuzzjoni ta' mħallef għal sentenza mogħtija minnu jew indħil fil-ħidma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fl-investigazzjoni ta' każijiet;

8. Jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Federazzjoni Russa jabbandunaw il-proċedimenti kriminali mibdija kontra l-prosekuturi, l-investigaturi u l-imħallfin Litwani fil-kawża tat-13 ta' Jannar;

9. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa, waqt li jimplimentaw it-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika Sovjetika Federattiva Soċjalista Russa fuq il-Bażi tar-Relazzjonijiet bejn l-Istati tad-29 ta' Lulju 1991, biex jivvalutaw ir-responsabbiltà tal-persuni li mexxew jew ipparteċipaw fl-att ta' aggressjoni tal-11 sat-13 ta' Jannar 1991 kontra l-Istat tal-Litwanja, u li jassistu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja biex ifittxu li ssir ġustizzja fil-kawża tat-13 ta' Jannar;

10. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u l-Belarussja jikkonformaw mat-talbiet tar-Repubblika tal-Litwanja għall-assistenza legali reċiproka fil-kawża tat-13 ta' Jannar;

11. Jistieden lill-awtoritajiet Russi jwaqqfu d-diżinformazzjoni irresponsabbli u d-dikjarazzjonijiet ta' propaganda li saru minn uffiċjali tal-Federazzjoni Russa fir-rigward tal-kawża tat-13 ta' Jannar;

12. Jistieden lill-Istati Membri biex, jekk il-Federazzjoni Russa tagħmel talbiet għall-assistenza legali reċiproka b'rabta mal-prosekuzzjoni kriminali fil-Federazzjoni Russa tal-prosekuturi u l-imħallfin Litwani involuti fil-kawża tat-13 ta' Jannar, jittrattaw dan il-każ bħala politikament motivat, jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet Litwani u jirrifjutaw assistenza legali mill-Federazzjoni Russa f'dan il-każ;

13. Jistieden lill-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Fajls tal-Interpol, inkarigata biex tipprevjeni mandati ta' arrest ta' natura politika abbużivi, biex tkun attenta għal kwalunkwe mandat ta' arrest internazzjonali mitlub kontra l-uffiċjali Litwani akkużati; jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-firmatarji l-oħra tal-Kostituzzjoni tal-ICPO-Interpol jinjoraw il-mandati ta' arrest internazzjonali kollha kontra l-uffiċjali Litwani akkużati; jistieden lill-Interpol tinjora t-talbiet Russi kollha għal mandati relatati mal-kawża tat-13 ta' Jannar;

14. Jistieden lill-Istati Membri kollha jżommu lura milli jittrasferixxu lejn ir-Russja kwalunkwe data personali li tkun tista' tintuża fi proċedimenti kriminali kontra l-imħallfin, il-prosekuturi u l-investigaturi Litwani;

15. Jappella biex l-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ fil-livell Ewropew fir-rigward tal-politiki tagħhom dwar ir-Russja, peress li aktar konsistenza u koordinazzjoni aħjar huma essenzjali biex tinkiseb politika tal-UE aktar effikaċi, u biex jagħmlu sforzi akbar ħalli jibnu r-reżiljenza u jaħdmu favur soluzzjonijiet prattiċi li jappoġġaw u jsaħħu l-proċessi demokratiċi u ġudikatura indipendenti;

16. Jistieden lill-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, lill-VP / RGħ u lill-Istati Membri jkomplu jsegwu tali każijiet b'attenzjoni, iqajmu dawn il-kwistjonijiet f'formati differenti u fil-laqgħat mal-Federazzjoni Russa, u jirrapportaw lura lill-Parlament dwar l-iskambji li jsiru mal-awtoritajiet Russi, filwaqt li jgħarrfu lill-awtoritajiet Russi b'mod sħiħ dwar l-unità u s-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea f'dan il-każ, kif ukoll f'każijiet relatati oħra; iħeġġeġ lill-Istati Membri jqajmu dan il-każ meta jikkomunikaw mal-awtoritajiet Russi;

17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-Presidenti, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Federazzjoni Russa u l-Belarussja.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Novembru 2019Avviż legali