Proċedura : 2019/2896(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0187/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0187/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/11/2019 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0077

<Date>{26/11/2019}26.11.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0187/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0189/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0191/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0192/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 162kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0187/2019 (PPE)

B9-0189/2019 (ECR)

B9-0191/2019 (Renew)

B9-0192/2019 (S&D)</TablingGroups>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja</Titre>

<DocRef>(2019/2896(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Antonio Tajani, Michael Gahler, Leopoldo López Gil, Željana Zovko, David McAllister, Esteban González Pons, Pilar del Castillo Vera, Francisco José Millán Mon, Antonio López-Istúriz White, Isabel Wiseler-Lima, Javier Zarzalejos, Ivan Štefanec, Vladimír Bilčík, Daniel Caspary, Paulo Rangel</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Javi López, Kati Piri</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Izaskun Bilbao Barandica, Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Phil Bennion, Gilles Boyer, Jane Brophy, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Fredrick Federley, Barbara Ann Gibson, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Antony Hook, Ivars Ijabs, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Urmas Paet, Stéphane Séjourné, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Yana Toom, Hilde Vautmans, Marie-Pierre Vedrenne</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Veronika Vrecionová, Ryszard Czarnecki, Adam Bielan, Jan Zahradil, Ruža Tomašić, Alexandr Vondra, Assita Kanko, Anna Fotyga, Hermann Tertsch, Carlo Fidanza, Angel Dzhambazki, Raffaele Fitto</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>


European Parliament resolution on the situation in Bolivia

(2019/2896(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-22 ta' Ottubru 2019 dwar il-proċess elettorali fil-Bolivja u tal-15 ta' Novembru 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) fil-Bolivja tal-21 ta' Ottubru 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Awdituri dwar il-Proċess Elettorali fil-Bolivja tal-10 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, tas-16 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra r-referendum kostituzzjonali li sar fil-Bolivja fil-21 ta' Frar 2016,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

 wara li kkunsidra l-aħħar dikjarazzjonijiet għall-istampa dwar il-Bolivja maħruġa mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari dawk tat-23 ta' Ottubru, tat-12 ta' Novembru u tad-19 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Bolivja,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fl-20 ta' Ottubru 2019, saru l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi fil-Bolivja f'ambjent polarizzat ferm, peress li l-President Morales huwa persunaġġ kontroversjali ħafna u li kien hemm kontroversja dwar l-aċċettazzjoni tal-kandidatura tiegħu;

B. billi, wara li ma rnexxilux jirbaħ referendum biex jemenda l-Kostituzzjoni tal-Bolivja fl-2016, Evo Morales ippreżenta ruħu bħala kandidat għar-raba' mandat bl-approvazzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, deċiżjoni li wriet in-nuqqas ċar ta' indipendenza tal-ġudikatura fil-Bolivja;

C. billi wara li kienu ngħaddew aktar minn 80 % tal-voti permezz tas-sistema rapida u sikura għat-trażmissjoni tar-riżultati preliminari (TREP), il-Qorti Elettorali Suprema waqfet milli tiżvela aktar riżultati preliminari; billi, f'dan il-punt, iċ-ċifri kienu jindikaw b'mod ċar li l-votazzjoni kellha ssir it-tieni darba; billi, 24 siegħa wara, il-Qorti Elettorali Suprema "ppreżentat data b'bidla inspjegabbli fix-xejra, li mmodifikat radikalment l-eżitu tal-elezzjoni u ġġenerat telf ta' fiduċja fil-proċess elettorali", kif iddikjarat mill-OAS; billi t-Tribunal Kostituzzjonali eskluda l-possibbiltà li l-votazzjoni ssir it-tieni darba fuq il-bażi li d-differenza perċentwali meħtieġa ta' 10 % bejn iż-żewġ kandidati ewlenin kienet intlaħqet;

D. billi l-azzjonijiet tat-Tribunal Elettorali Suprem wasslu għal nuqqas ta' qbil u suspetti ta' frodi mhux biss fost il-partitarji tal-kandidati tal-oppożizzjoni, iżda anke fost l-osservaturi nazzjonali u internazzjonali u l-maġġoranza tal-komunità internazzjonali;

E. billi l-President Morales ipproklama lilu nnifsu pubblikament bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni, anke qabel ma r-riżultati uffiċjali kollha ġew trażmessi u mħabbra pubblikament;

F. billi dikjarazzjonijiet tal-OAS, l-UE u l-komunità internazzjonali esprimew tħassib serju dwar l-interruzzjoni mhux ġustifikata tal-għadd tal-voti, li tindika l-possibbiltà ta' approċċ preġudikat mill-osservaturi tal-Kummissjoni Elettorali; billi r-rakkomandazzjoni tal-interlokuturi domestiċi u internazzjonali kienet li l-elezzjoni ssir it-tieni darba bħala mod kif tissolva l-kriżi politika;

G. billi l-interruzzjoni mhux mistennija tal-għadd tal-voti u l-proklamazzjoni tar-rebħa mill-President Morales wasslu għal protesti u mobilizzazzjoni enormi mill-partitarji tal-oppożizzjoni, kif ukoll mill-partitarji tal-President Morales stess; billi dawn id-dimostrazzjonijiet kienu kawża ta' tħassib kbir għall-komunità internazzjonali kollha u, sal-lum, wasslu għall-qtil ta' mill-inqas 32 ruħ, filwaqt li mijiet aktar indarbu u aktar minn 600 ruħ ġew arrestati; billi l-pajjiż kien qed ibati minħabba nuqqas ta' ikel u ta' fjuwil li qed ikollu konsegwenzi serji għall-popolazzjoni ċivili minħabba mblokki fit-toroq mis-sostenituri ta' Morales; billi hemm tħassib dwar il-vjolenza, allegazzjonijiet ta' użu mhux meħtieġ u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà u t-tifrik tas-soċjetà;

H. billi l-korp inkarigat mill-amministrazzjoni tal-elezzjonijiet ma kellu ebda kredibbiltà, u wieħed mill-membri tiegħu rriżenja matul l-għadd tal-voti; billi l-oppożizzjoni ma rrikonoxxietx ir-riżultat tal-elezzjoni li saret f'ċirkustanzi bħal dawn, u ddenunzjat il-frodi elettorali allegata;

I. billi l-UE ma bagħtitx missjoni ta' osservazzjoni elettorali sħiħa iżda kienet rappreżentata biss minn tim tekniku żgħir magħmul minn tliet uffiċjali bi grad iktar baxx;

J. billi, bil-għan li terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja, kemm il-gvern kif ukoll l-awtoritajiet elettorali aċċettaw awditu tekniku vinkolanti minn tim professjonali tal-OAS; billi dan l-awditu kellu l-appoġġ tas-Segretarju Ġenerali tan-NU;

K. billi, fl-10 ta' Novembru 2019, l-awditu tal-OAS żvela irregolaritajiet u manipulazzjoni gravi matul l-elezzjoni, talab l-annullament tar-riżultat tal-elezzjoni u rrakkomanda proċess elettorali ġdid li għandu jinkludi awtoritajiet elettorali ġodda sabiex jiġi żgurat li jsiru elezzjonijiet kredibbli;

L. billi, wara l-preżentazzjoni tar-rapport tal-awditu tal-OAS fl-10 ta' Novembru 2019 li talab li l-proċess elettorali jiġi annullat u jsir mill-ġdid, ħafna uffiċjali tal-istat bi grad għoli rriżenjaw, inklużi l-President, il-Viċi President, il-President tas-Senat u rappreżentanti tal-korp elettorali; billi Evo Morales u xi membri oħra tal-gvern tiegħu kellhom jirriżenjaw, jitilqu mill-pajjiż u jabbandunaw il-funzjonijiet tagħhom; billi membri anzjani tal-forzi armati ssuġġerew li l-ex President Evo Morales kellu jirreżenja; billi l-forzi armati u l-pulizija għandhom iżommu lura milli jinfluwenzaw il-proċessi politiċi u għandhom ikunu soġġetti għall-kontroll ċivili;

M. billi Jeanine Áñez iffirmat digriet kontroversjali li jipproteġi lill-forzi armati mill-prosekuzzjoni minħabba atti li jwettqu biex jerġa' jiġi stabbilit l-ordni pubbliku;

N. billi diversi riżenji wasslu biex it-Tieni Viċi President, Jeanine Áñez, assumiet il-presidenza interim, bl-obbligu li titlob malajr li jsiru elezzjonijiet presidenzjali ġodda peress li dan huwa l-uniku mod demokratiku u kostituzzjonali biex tissolva l-kriżi attwali;

O. billi kemm it-tieni kamra kif ukoll l-ewwel kamra tal-Parlament tal-Bolivja approvaw b'mod unanimu, fit-23 ta' Novembru 2019, leġiżlazzjoni li twitti t-triq għal elezzjoni presidenzjali ġdida, li sussegwentement ġiet iffirmata mill-President interim Áñez; billi l-leġiżlazzjoni approvata tipprojbixxi lil dawk li servew għal żewġ mandati konsekuttivi bħala president milli joħorġu għall-elezzjoni, u b'hekk Evo Morales mhuwiex eliġibbli;

1. Jilqa' l-approvazzjoni miż-żewġ kmamar tal-leġislazzjoni biex jitħejjew l-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss, iżda jemmen li r-ritorn għall-istabbiltà fil-Bolivja jirrikjedi li ssir elezzjoni ġdida mill-aktar fis possibbli, u għalhekk jappoġġa l-objettiv li tinħatar Qorti Elettorali indipendenti ġdida li tiggarantixxi elezzjonijiet trasparenti; jistieden lill-awtoritajiet interim jassumu r-responsabbiltà għall-kredibbiltà tal-proċedura billi jorganizzaw elezzjonijiet li jsiru b'mod xieraq u inklużiv fejn l-atturi politiċi kollha jkollhom l-opportunità jikkompetu f'konformità mal-liġi Bolivjana u l-ordni kostituzzjonali;

2. Jiddenunzja n-nuqqas ta' trasparenza u kredibbiltà tal-awtoritajiet Bolivjani u t-tentattiv tagħhom li jwettqu frodi, biex b'hekk jimminaw id-dritt taċ-ċittadini Bolivjani li jeleġġu l-President tagħhom b'mod liberu u demokratiku; iqis li t-tentattiv ta' frodi elettorali jikkostitwixxi reat serju; ifakkar li, skont il-leġiżlazzjoni Bolivjana, l-elezzjoni trid tiġi ddikjarata nulla u bla effett u individwi u organizzazzjonijiet involuti f'tali proċessi illegali għandhom jiġu esklużi awtomatikament mill-korpi elettorali;

3. Jiddenunzja bil-qawwa l-vjolenza u l-qerda li seħħew wara l-elezzjoni tal-20 ta' Ottubru 2019, u jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-membri kollha tal-familja tal-vittmi u jappella biex dawk responsabbli jitressqu l-qorti;

4. Jesprimi l-appoġġ sħiħ u r-rikonoxximent tiegħu għall-ħidma tal-osservaturi elettorali tal-OAS li ssir f'kundizzjonijiet estremament diffiċli fil-Bolivja;

5. Jilqa' d-deċiżjoni li l-armata tirtira miż-żoni ta' protesta u li l-liġi li tagħtihom diskrezzjoni wiesgħa fl-użu tal-forza tiġi rtirata; jistieden lill-forzi tas-sigurtà biex, fiż-żamma tas-sigurtà u l-ordni pubbliku, jeżerċitaw il-proporzjonalità u jrażżnu għemilhom; jappella għal investigazzjonijiet fil-pront, imparzjali, trasparenti u bir-reqqa dwar il-vjolenza, u li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

6. Jistieden lill-awtoritajiet interim il-ġodda jieħdu l-passi meħtieġa biex ibiddlu s-sitwazzjoni, jerġgħu jdaħħlu l-fiduċja, u, bħala l-għan ewlieni tagħhom, jorganizzaw il-proċess elettorali; jappella biex jiġi stabbilit djalogu bil-għan li tiġi organizzata minnufih elezzjoni ġdida demokratika, inklużiva, trasparenti u ġusta, b'korp elettorali magħmul minn nies ġodda, bħala soluzzjoni għall-kriżi attwali, filwaqt li tiġi evitata r-ritaljazzjoni politika; jistieden lill-gvern interim ma jieħu ebda miżura ta' tfixkil li tista' taggrava s-sitwazzjoni;

7. Jilqa' r-rwol ta' medjazzjoni tal-UE u l-Knisja Kattolika biex jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet dwar it-twettiq ta' elezzjonijiet ħielsa, inklużivi u trasparenti fil-perjodu ta' żmien stabbilit u f'konformità mal-Kostituzzjoni tal-Bolivja;

8. Itenni l-fatt li r-rispett għall-indipendenza tal-ġudikatura, il-pluraliżmu politiku, u l-libertà tal-għaqda u tal-espressjoni għall-Bolivjani kollha, inklużi n-nazzjonijiet u l-popli indiġeni bdiewa, huma drittijiet fundamentali u pilastri essenzjali tad-demokrazija u l-istat tad-dritt;

9. Jitlob b'insistenza li l-proċess elettorali l-ġdid isir fil-preżenza ta' osservaturi internazzjonali kredibbli u trasparenti, li jkunu liberi jaħdmu u jikkondividu l-osservazzjonijiet indipendenti tagħhom;

10. Jesprimi d-disponibbiltà tiegħu li jgħin fi proċess elettorali bħal dan u jistieden lill-VP/RGħ tibgħat missjoni ta' osservazzjoni elettorali sħiħa tal-UE;

11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tal-Bolivja, lill-Parlament Andin u lill-Assemblea EuroLat.

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019Avviż legali