Proċedura : 2019/2928(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0214/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0214/2019

Dibattiti :

PV 28/11/2019 - 3.2
PV 28/11/2019 - 5.1
CRE 28/11/2019 - 3.2
CRE 28/11/2019 - 5.1

Votazzjonijiet :

PV 28/11/2019 - 8.3

Testi adottati :

P9_TA(2019)0074

<Date>{27/11/2019}27.11.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9‑0214/2019/REV</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0217/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0221/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0222/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0223/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 173kWORD 53k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9‑0214/2019 (PPE)

B9‑0217/2019 (Verts/ALE)

B9‑0221/2019 (S&D)

B9‑0222/2019 (GUE/NGL)

B9‑0223/2019 (Renew)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-Haiti</Titre>

<DocRef>(2019/2928(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, Tomáš Zdechovský, Ivan Štefanec, Eva Maydell, Vladimír Bilčík, Magdalena Adamowicz, Michaela Šojdrová, Milan Zver, Isabel Wiseler‑Lima, Željana Zovko, Roberta Metsola, Lefteris Christoforou, Loucas Fourlas, Tomas Tobé, Seán Kelly, Romana Tomc, David McAllister, Stelios Kympouropoulos, Arba Kokalari, Tomasz Frankowski, Sandra Kalniete, Stanislav Polčák, Loránt Vincze, Inese Vaidere, Jiří Pospíšil, Ioan‑Rareş Bogdan, Andrey Kovatchev, Krzysztof Hetman, Antonio López-Istúriz White</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri, Norbert Neuser</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Irena Joveva, Atidzhe Alieva‑Veli, Abir Al‑Sahlani, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Phil Bennion, Stéphane Bijoux, Izaskun Bilbao Barandica, Gilles Boyer, Jane Brophy, Sylvie Brunet, Catherine Chabaud, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Fredrick Federley, Barbara Ann Gibson, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Bernard Guetta, Antony Hook, Ivars Ijabs, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Jan‑Christoph Oetjen, Urmas Paet, María Soraya Rodríguez Ramos, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Yana Toom, Viktor Uspaskich, Hilde Vautmans, Marie‑Pierre Vedrenne</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Ernest Urtasun</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Miguel Urbán Crespo, José Gusmão, Dimitrios Papadimoulis, Eugenia Rodríguez Palop, Idoia Villanueva Ruiz, Stelios Kouloglou</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

<Depute>Assita Kanko, Fabio Massimo Castaldo, Ruža Tomašić</Depute>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Haiti

(2019/2928(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Haiti, b'mod partikolari dik tad-19 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Haiti sena wara t-terremot: għajnuna umanitarja u rikostruzzjoni[1] u dik tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-iskjavitù tat-tfal fil-Haiti[2],

 wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2018, b'mod partikolari l-aġġornament tiegħu dwar il-Haiti, adottat mill-Kunsill fit-13 ta' Mejju 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' Segwitu Elettorali tal-UE fil-Haiti bejn id-19 u t-23 ta' Novembru 2018,

 wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Missjoni għall-Istabbilizzazzjoni fil-Haiti (MINUSTAH) u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Haiti, mill-1 ta' Lulju 2015 sal-31 ta' Diċembru 2016, ta' Lulju 2017,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-MINUSTAH u tal-OHCHR tan-NU dwar allegazzjonijiet ta' ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem tat-13 u l-14 ta' Novembru 2018 fid-distrett ta' La Saline, Port-au-Prince,

 wara li kkunsidra r-Rieżami Perjodiku Universali (UPR) dwar il-Haiti, adottat mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-34 sessjoni tiegħu fis-17 ta' Marzu 2017,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fis-16 ta' Diċembru 1966 u li għalih il-Haiti huwa Stat parti,

 wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tagħha il-Haiti huwa firmatarju,

 wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2476 (2019) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-25 ta'Ġunju 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE tal-2015,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni fil-Haiti tas-7 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra l-artiklu ppubblikat minn Amnesty International fil-31 ta' Ottubru 2019, li jipprovdi evidenza ta' użu eċċessiv tal-forza kontra d-dimostranti,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-NU rigward is-sitwazzjoni fil-Haiti tal-1 ta' Ottubru 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Haiti fit-28 ta' Mejju 2019,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi d-dikjarazzjoni tal-gvern f'Lulju 2018 li se jelimina s-sussidji, b'żidiet sa 50 % fil-prezzijiet tal-fjuwil, wasslet għal protesti mifruxa u l-agħar diżordni ċivili li l-pajjiż ra fis-snin; billi din il-miżura kienet reazzjoni għat-tnaqqis maqbul mal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) fi Frar 2018 bi skambju għal self finanzjarju ta' USD 96 miljun biex il-pajjiż jiġi megħjun iħallas id-dejn estern tiegħu;

B. billi d-dimostrazzjonijiet organizzati mill-mexxejja tal-oppożizzjoni talbu b'insistenza r-riżenja tal-President Jovenel Moïse minħabba inflazzjoni rampanti, allegazzjonijiet ta' korruzzjoni sistematika tal-gvern li kienu jinvolvu wkoll l-eks president Michel Martelly, u nuqqas ta' sigurtà ekonomika u alimentari, mingħajr ma dan ingħata attenzjoni kbira mid-dinja esterna; billi d-dimostrazzjonijiet li bdew aktar minn sena ilu bi protesta għall-iskandli ta' korruzzjoni li kienu jinvolvu l-awtoritajiet tal-Haiti ħallew madwar mitt ruħ mejta u eskalaw f'qerda kbira; billi jidher li l-korruzzjoni hija problema endemika tas-soċjetà u l-politika tal-Haiti;

C. billi l-forzi tas-sigurtà rażżnu l-protesti bl-użu ta' munizzjon attiv u gass tad-dmugħ; billi, skont l-OHCHR tan-NU, fi Frar mietu 41 ruħ u ndarbu 100 fil-protesti; billi, skont l-aħħar ċifri tal-OHCHR, bejn il-15 ta' Settembru u l-1 ta' Novembru 2019 mill-inqas 42 persuna mietu fi protesti simili, li minnhom 19 inqatlu mill-forzi tal-infurzar tal-liġi, u 86 sfaw midruba;

D. billi l-Haiti ilu minn Marzu 2019 mingħajr gvern, fatt li xekkel il-kapaċità tal-pajjiż li jkollu aċċess għal fondi ta' għajnuna internazzjonali u self mill-Bank Dinji; billi minn Jannar 2020 il-Haiti se jkun mingħajr parlament minħabba li naqas milli jorganizza elezzjonijiet parlamentari f'Ottubru 2019; billi s-Sur Moïse indika l-intenzjoni tiegħu li jintroduċi riformi kostituzzjonali li jsaħħu s-setgħat tal-uffiċċju tal-President;

E. billi ma ttieħdet ebda azzjoni legali minkejja d-dimostrazzjonijiet; billi din l-impunità u n-nuqqas ta' attenzjoni mill-komunità internazzjonali komplew ikebbsu l-vjolenza; billi waħda mill-konsegwenzi ta' din il-kriżi mġebbda u kontinwa hija li kompliet tillimita l-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-ikel, l-edukazzjoni u ħtiġijiet oħra, kif ukoll ikkawżat aktar skarsezzi fil-provvista tal-elettriku u tal-fjuwil;

F. billi ħafna komunitajiet għadhom neqsin mill-aċċess għall-grilja elettrika wara t-terremot tal-2010 u jiddependu minn ġeneraturi tal-elettriku għall-ħtiġijiet tagħhom ta' kuljum; billi ż-żieda fil-prezz tal-fjuwil kompliet tillimita l-opportunitajiet ekonomiċi;

G. billi hemm evidenza kredibbli li pulizija armati b'azzarini semiawtomatiċi sparaw munizzjon attiv matul il-protesti, bi ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards internazzjonali dwar l-użu tal-forza; billi l-ġurnalisti huma fil-mira ta' fastidju u attakki fiżiċi kontinwi; billi Néhemie Joseph, ġurnalist ma' Radio Méga li rrapporta dwar il-protesti, inqatel b'arma tan-nar fil-karozza tiegħu fil-11 ta' Ottubru 2019, il-fotoġurnalist tal-Associated Press Chery Dieu-Nalio qala' tir ta' arma tan-nar f'wiċċu f'Settembru 2019, il-ġurnalist ta' Radio Sans Fin Pétion Rospide nqatel b'arma tan-nar fil-karozza tiegħu f'Ġunju 2019 u l-ġurnalist Vladjimir Legagneur għeb f'Marzu 2018;

H. billi l-impunità pprevaliet ukoll f'każijiet bħall-massakru f'La Saline, fil-periferija tal-kapitali Port-au-Prince, fejn f'Ottubru 2018 inqatlu 70 persuna b'mod arbitrarju u ġew stuprati13-il mara; billi l-gvern attribwixxa l-massakru għal gwerra bejn gruppi kriminali; billi l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) u l-Missjoni tan-NU għall-Appoġġ tal-Ġustizzja fil-Haiti (MINUJUSTH), abbażi tal-informazzjoni miġbura min-Netwerk Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (RNDDH), jattribwixxu dan il-massakru għal tentattiv min-naħa ta' mart il-President, Martine Moïse, u diversi rappreżentanti tal-gvern biex ixaħħmu l-poplu ta' La Saline bil-għan li jwaqqfu d-dimostrazzjonijiet kontra l-President Moïse, u jallegaw li l-massakru kien konsegwenza tar-rifjut tagħhom li jaċċettaw it-tixħim; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Haiti appellaw biex il-massakru jiġi investigat minn missjoni tal-OAS;

I. billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż marret lura drastikament minn Ottubru 2017 'l hawn, meta l-forzi taż-żamma tal-paċi tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fil-Haiti (UNSTAMIH) ġew sostitwiti mill-MINUJUSTH, li l-persunal tagħha għandu taħriġ tal-pulizija limitat;

J. billi d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru għadha toħloq tħassib serju fil-pajjiż; billi l-Haiti għandu Indiċi ta' Inugwaljanza tal-Ġeneru ta' 0,593 u jikklassifika fil-142 post minn 159 fl-Indiċi 2015; billi fil-Haiti d-diskriminazzjoni, l-istigmatizzazzjoni, l-esklużjoni u l-vjolenza kontra l-persuni LGBTI huma sistemiċi u mifruxa; billi l-bniet iż-żgħar ma jirċievu l-ebda edukazzjoni jew inkella ftit li xejn; billi l-liġijiet li jikkriminalizzaw l-istupru u l-vjolenza domestika ma ġewx adottati qabel l-2005, il-kodiċi kriminali ma ġiex rivedut mill-1835 'l hawn u ħafna drabi n-nisa u l-bniet iħabbtu wiċċhom ma' protezzjoni legali inugwali; billi, fis-7 ta' Novembru 2019, 10 detenuti ta' sess femminil, inkluża tifla ta' 15-il sena, ġew stuprati fil-Ħabs Ċivili ta' Gonaïves; billi l-affollament eċċessiv, l-ikel skars, in-nuqqas ta' żjarat mill-familji u kundizzjonijiet inumani oħrajn ilhom mifruxa fil-ħabsijiet tal-Haiti sa mill-bidu tal-protesti;

K. billi l-biċċa l-kbira tat-tfal fil-Haiti ilhom ma jistgħux imorru skola sa mill-bidu tas-sena skolastika f'Settembru; billi l-illitteriżmu u l-aċċess għall-edukazzjoni huma problemi kbar fil-Haiti, peress li madwar nofs il-Haitjani ta' 15-il sena u aktar huma illitterati u fost it-tfal u ż-żgħażagħ mill-anqas 350 000 għadhom barra mill-iskola primarja u sekondarja fil-pajjiż kollu;

L. billi fil-pajjiż għadha tiġi prattikata s-sistema tar-"Restavèk", forma moderna ta' skjavitù li permezz tagħha t-tfal Haitjani minn djar foqra jintbagħtu mill-ġenituri tagħhom biex jgħixu ma' familji oħra u jaħdmu għalihom bħala sefturi fid-djar, fejn ħafna drabi jġarrbu abbuż u trattament ħażin u ma jkollhom ebda aċċess għat-tagħlim fl-iskejjel;

M. billi, fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-UNDP, il-Haiti kklassifika fil-168 post f'livell dinji, liema pożizzjoni hija aktar baxxa minn dik ta' snin preċedenti, u jinsab fi bżonn kontinwu ta' għajnuna umanitarja u ta' għajnuna għall-iżvilupp; billi, skont il-Bank Dinji, il-Haiti għadu l-aktar pajjiż fqir fil-Kontinent Amerikan u wieħed mill-aktar pajjiżi foqra tad-dinja, peress li 59 % tal-popolazzjoni jgħixu taħt is-soll nazzjonali tal-faqar u 24 % jgħixu taħt is-soll nazzjonali tal-faqar estrem, filwaqt li 'l fuq minn 40 % tal-popolazzjoni jinsabu qiegħda; billi l-korruzzjoni tal-gvern hija bla rażan u l-Indiċi 2018 dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni ta' Transparency International jikklassifika lill-Haiti fil-161 post minn fost il-180 pajjiż li ġew mistħarrġa;

1. Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni tal-protesti paċifiċi mill-awtoritajiet Haitjani, kif ukoll l-użu tal-forza letali, id-detenzjoni arbitrarja, l-intimidazzjoni, il-fastidju u l-vjolenza sesswali; jitlob b'insistenza li l-awtoritajiet Haitjani jtemmu minnufih l-użu illegali tal-forza, b'mod partikolari l-armi tan-nar u l-munizzjon attiv, fil-konfront tad-dimostranti paċifiċi u jħarsu d-dritt li n-nies jipprotestaw b'mod ħieles u paċifiku; japprova t-talbiet tal-poplu Haitjan biex jintemmu l-korruzzjoni u l-impunità;

2. Jissottolinja li, biex jiġu evitati aktar instabbiltà u tbatija tal-popolazzjoni, il-partijiet kollha involuti jeħtiġilhom jastjenu mill-vjolenza; jistieden lill-partijiet kollha jimpenjaw ruħhom fi djalogu sinċier, miftuħ u inklużiv inter-Haitjan sabiex jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet bażiċi u l-aspirazzjonijiet tal-popolazzjoni u jistedinhom jipprovdu soluzzjonijiet dejjiema għall-kriżi politika, ekonomika u umanitarja attwali;

3. Ifakkar li r-riforma tal-ġustizzja, il-waqfien mill-użu tal-arrest preventiv qabel il-proċess u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni jridu jibqgħu prijorità, kif identifikat fl-aħħar Eżami Perjodiku Universali; jitlob lill-komunità internazzjonali tgħin lill-poplu Haitjan jibni sistema ġudizzjarja indipendenti u b'saħħitha, li tkun kapaċi tressaq lit-trasgressuri quddiem il-qorti u tikkastigahom, irrispettivament mill-istatus soċjali tagħhom;

4. Jappella biex issir investigazzjoni indipendenti dwar il-każ tal-massakru ta' La Saline, dwar il-fastidju u l-attakki fil-konfront tal-ġurnalisti u dwar l-imwiet li seħħew f'nofs Settembru 2019; jitlob b'insistenza li l-awturi tad-delitti jitressqu quddiem il-ġustizzja u jiġu kkastigati; isostni mill-ġdid l-importanza tal-libertà tal-midja li tirrapporta dwar is-sitwazzjoni; iħeġġeġ lill-atturi kollha jżommu lura milli joħduha kontra l-ġurnalisti u jippermettulhom jirrappurtaw dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż; itenni li d-dritt ta' espressjoni paċifika ta' opinjoni u ta' kritika jrid jiġi ggarantit;

5. Japprova l-appell biex tintbagħat missjoni indipendenti ta' esperti tal-OAS fil-Haiti għal perjodu itwal, bil-kompitu li tiċċara l-vjolazzjonijiet diversi tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż u bil-għan li twettaq investigazzjonijiet imparzjali, bir-reqqa, trasparenti u indipendenti, kif ukoll li ssaħħaħ l-obbligu ta' rendikont u li tipprovdi l-ġustizzja u l-verità lill-familji u lill-vittmi superstiti, kif jesiġu l-organizzazzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

6. Jopponi kwalunkwe tentattiv minn xi forzi biex jerġa' jiġi stabbilit dittatorjat; jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta' governanza strutturali u riformi ekonomiċi biex terġa' tinkiseb il-fiduċja fis-sistema politika tal-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa li jinqerdu l-korruzzjoni sistemika tal-gvern, il-klijenteliżmu u l-erożjoni tal-istat tad-dritt;

7. Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Ambaxxata tal-UE f'Port-au-Prince jappoġġjaw l-istabbilizzazzjoni demokratika sħiħa tal-pajjiż u jgħinu biex jintemmu l-korruzzjoni u forom oħra ta' kriminalità;

8. Jilqa' l-istabbiliment tal-Uffiċċju Integrat tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Haiti (BINUH) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fis-16 ta' Ottubru 2019, li għandu jiġi fdat bil-kompitu li jagħti parir lill-Gvern tal-Haiti dwar kif għandhom jittejbu l-istabbiltà politika u l-governanza tajba; jitlob lin-NU jkomplu jwettqu rwol attiv fi proċess ta' żamma u tħejjija tal-paċi, mingħajr ma jirrepetu l-iżbalji tal-passat; jistieden lin-NU u lill-pajjiżi membri tagħha jinvestigaw b'mod effikaċi l-każijiet ta' allegat sfruttament jew abbuż sesswali min-naħa tal-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MINUSTAH u min-naħa tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-Haiti u jressqu lill-awturi ta' dawn id-delitti quddiem il-ġustizzja u jipprovdu appoġġ u kumpens lill-vittmi;

9. Jistieden lill-UE ssaħħaħ u tappoġġja l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet Haitjani li jkunu minn ta' quddiem fid-deċiżjoni dwar it-tip ta' assistenza mogħtija lill-pajjiż, kif ukoll dwar il-benefiċjarji tagħha;

10. Jistieden b'urġenza lill-Gvern tal-Haiti jippermetti aċċess bla xkiel lill-organizzazzjonijiet umanitarji sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-operazzjonijiet tagħhom, jassistu lil dawk fil-bżonn u jqassmu l-ikel u għajnuna vitali oħra;

11. Jitlob li tintemm il-prattika ta' Restavèk; jitlob lill-Gvern Haitjan jimplimenta miżuri li jiżguraw ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal, kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament, u biex jinforza l-edukazzjoni; jitlob lill-UE tikkoopera mal-Gvern Haitjan sabiex jimplimenta qafas leġiżlattiv li jħares id-drittijiet tat-tfal;

12. Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, li ssir leġiżlazzjoni kontra kull forma ta' vjolenza bbażata fuq il ġeneru u li jiġi dekriminalizzat l-abort li attwalment huwa pprojbit fiċ-ċirkostanzi kollha, inkluż f'każijiet ta' vjolenza sesswali; iqis li jeħtieġ li jiġu implimentati miżuri urġenti għall-protezzjoni u l-appoġġ tan-nisa u t-tfal li huma vittmi ta' abbuż sesswali, bħall-kura medika u psikoloġika u programmi speċifiċi ta' inklużjoni soċjali u riabilitazzjoni; jikkundanna l-gang rape fuq nisa detenuti fil-ħabs ta' Gonaïves; jitlob investigazzjoni f'waqtha, imparzjali, indipendenti u effettiva tal-allegazzjonijiet; ifakkar li meta l-istati jċaħħdu lin-nies mil-libertà tagħhom, huma responsabbli biex jiggarantixxu l-integrità tagħhom u jipproteġuhom minn atti ta' vjolenza;

13. Jikkundanna l-abbozzi ta' liġijiet kontra l-LGBT mgħoddija fl-2017 li appellaw għal projbizzjoni taż-żwieġ gay u elenkaw l-omosesswalità, flimkien mal-pornografija tat-tfal, l-inċest u l-isfruttament sesswali kummerċjali tat-tfal, bħala raġuni biex ċittadin jiċċaħħad minn ċertifikat ta' reputazzjoni tajba; jesprimi tħassib dwar iċ-ċirkostanzi madwar il-mewt ta' Charlot Jeudy, il-President tal-grupp ta' promozzjoni LGBTQI Kouraj;

14. Jistieden lill-Gvern Haitjan jimplimenta sistema amministrattiva li tiggarantixxi li t-trabi tat-twelid kollha jiġu reġistrati mat-twelid u biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri biex jiġu reġistrati dawk li ma ġewx reġistrati mat-twelid;

15. Jitlob li jkun hemm ġlieda sistematika kontra l-vjolenza fuq l-anzjani;

16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tal-Ministri AKP-UE, lill-istituzzjonijiet tal-Cariforum, lill-gvern u l-parlament tal-Haiti u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

[1] ĠU C 136E, 11.5.2012, p. 46.

[2] ĠU C 463, 21.12.2018, p. 40.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Novembru 2019Avviż legali