Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 4 : DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROĊEDURA TA' KONSULTAZZJONI

Artikolu 78e : Riferiment mill-ġdid lill-Parlament

1.   Fuq talba tal-kumitat responsabbli, il-President għandu jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament fl-istess ċirkustanzi u bl-istess kundizzjonijiet stipulati fil-Artikolu 63(1). Fuq talba tal-kumitat responsabbli, il-President għandu jitlob ukoll lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament, meta l-Kunsill jemenda sostanzjalment jew ikollu l-ħsieb li jemenda b'mod sostanzjali l-abbozz ta' att legalment vinkolanti li dwaru l-Parlament kien oriġinarjament ta l-pożizzjoni tiegħu, ħlief meta dan isir sabiex jiddaħħlu l-emendi tal-Parlament.

2.   Il-President għandu wkoll jitlob li abbozz ta' att legalment vinkolanti jerġa' jiġi riferut lill-Parlament fiċ-ċirkustanzi stabbiliti f'dan l-Artikolu meta, fuq proposta minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx, il-Parlament jiddeċiedi hekk.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza