Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 9 : PROĊEDURI OĦRA

Artikolu 101 : Proċeduri dwar id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema

1.   Il-President ghandu jirreferi kwalunkwe dokument imħejji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 154 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew kull ftehim milħuq bejn min imexxi u l-ħaddiema skont l-Artikolu 155(1) ta’ dak it-Trattat, kif ukoll kwalunkwe proposti ppreżentati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 155(2) ta’ dak it-Trattat, lill-kumitat responsabbli, biex jiġu eżaminati.

2.   Meta min imexxi u l-ħaddiema jgħarrfu lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess kif stipulat fl-Artikolu 155 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli jista' jħejji rapport dwar il-mertu tal-kwistjoni.

3.   Meta min imexxi u l-ħaddiema jkunu laħqu ftehim u flimkien jitolbu li l-ftehim tagħhom ikun implimentat b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli għandu jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali