Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU III  : RELAZZJONIJIET BARRANIN
KAPITOLU 3 : RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR L-AZZJONI ESTERNA TAL-UNJONI

Artikolu 113 : Rakkomandazzjonijiet dwar il-politiki esterni tal-Unjoni

1.   Il-kumitat responsabbli jista' jfassal abbozz ta' rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (l-azzjoni esterna tal-Unjoni) jew f'każijiet fejn ftehim internazzjonali jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 108 ma jkunx ġie riferut lill-Parlament jew il-Parlament ma jkunx ġie infurmat bih skont l-Artikolu 109.

2.   F'każijiet urġenti, il-President jista' jawtorizza laqgħa ta' emerġenza tal-kumitat ikkonċernat.

3.   Waqt il-proċedura għall-adozzjoni ta' dawk l-abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet fl-istadju tal-kumitati, għandu jkun meħtieġ li jittieħed vot fuq test bil-miktub.

4.   Fil-każijiet ta' emerġenza msemmija fil-paragrafu 2, l-Artikolu 158 m'għandux japplika fl-istadju tal-kumitat, u għandhom ikunu ammissibbli emendi orali. Il-Membri ma jistgħux joġġezzjonaw għal emendi orali li jittieħed vot fuqhom fil-kumitat.

5.   L-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet imħejji mill-kumitat għandu jkun inkluż fl-aġenda għas-sessjoni parzjali li jkun imiss. F'każi urġenti, li dwarhom jiddeċiedi l-President, rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu inklużi fl-aġenda ta' sessjoni parzjali kurrenti.

6.   Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu li ġew adottati ħlief jekk, qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali, grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx iressqu oġġezzjoni bil-miktub. Fejn titressaq tali oġġezzjoni, l-abbozz ta' rakkomandazzjonijiet tal-kumitat għandu jiġi inkluż fl-aġenda tal-istess seduta parzjali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu s-suġġett ta' dibattitu, u kull emenda mqiegħda fuq il-Mejda minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx għandu jittieħed vot fuqhom.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali