Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament EwropewPDF
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 3 : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI

Artikolu 130 : Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub

1.   Kwalunkwe Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont kriterji stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura (1). L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklużivament responsabbli għall-kontenut tal-mistoqsijiet.

2.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President. Kwistjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta' mistoqsija għandhom jiġu deċiżi mill-President. Id-deċiżjoni tal-President ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq id-dispożizzjonijiet tal-anness imsemmi fil-paragrafu 1 iżda fuq id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura b'mod ġenerali. Id-deċiżjoni motivata tal-President għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.

3.   Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati f'format elettroniku. Kull Membru jista' jippreżenta massimu ta' 20 mistoqsija fuq perjodu ta' tliet xhur konsekuttivi.

4.   Mistoqsija tista' tiġi appoġġjata minn Membri minbarra l-interpellant.  Tali mistoqsijiet għandhom jgħoddu ma' dawk tal-interpellant u mhux mal-massimu ta' mistoqsijiet ta' min jappoġġja skont il-paragrafu 3.

5.   Jekk mistoqsija ma tkunx tista' titwieġeb mid-destinatarju fi żmien tliet ġimgħat (mistoqsija prijoritarja) jew sitt ġimgħat (mistoqsija mhux bi prijorità) minn meta tkun intbagħtet lid-destinatarju, tista' titqiegħed, fuq talba tal-interpellant, fl-aġenda tal-laqgħa ta' wara tal-kumitat responsabbli.

6.   Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda mistoqsija prijoritarja waħda fix-xahar.

7.   Il-mistoqsijiet u kwalunkwe tweġiba, inkluż l-annessi relatati ma' din tal-aħħar, għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Parlament.

(1) Ara l-Anness II.
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali