Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VI : RELAZZJONIJIET MA' PARLAMENTI NAZZJONALI

Artikolu 143 : Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni (COSAC)

1.   Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista' tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn Viċi President tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u mill-president tal-kumitat responsabbli għal affarijiet kostituzzjonali.

2.   Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skont is-suġġetti li jkunu se jiġu eżaminati fil-laqgħa tal-COSAC, u għandhom jinkludu, kemm jista' jkun, rappreżentanti tal-kumitati responsabbli għal dawk is-suġġetti.

3.   Meta jintagħżlu l-membri tad-delegazzjoni, għandu jitqies kif xieraq il-bilanċ politiku globali fil-Parlament.

4.   Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport lill-Konferenza tal-Presidenti wara kull laqgħa tal-COSAC.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza