1. Grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jitolbu li jitqiegħed fl-aġenda tal-Parlament dibattitu strarodinarju dwar xi materja ta' interess kbir li jkollha x'taqsam mal-politika tal-Unjoni Ewropea. Bħala regola, m'għandux isir aktar minn dibattitu straordinarju wieħed matul kull sessjoni parzjali.
2. It-talba għandha ssir lill-President bil-miktub mhux anqas minn tliet sigħat qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha jkun ħa jsir id-dibattitu straordinarju. Il-vot fuq din it-talba għandu jittieħed fil-bidu tas-sessjoni parzjali meta l-Parlament jadotta l-agenda tiegħu.
3. B'risposta għal żviluppi li jseħħu wara l-adozzjoni tal-aġenda għal sessjoni parzjali, il-President, wara li jikkonsulta lill-presidenti tal-gruppi politiċi, jista' jipproponi dibattitu straordinarju. Il-vot fuq tali proposta għandu jittieħed fil-bidu ta' seduta jew f' ħin tal-votazzjonijiet skont l-iskeda. Il-Membri għandhom jiġu notifikati b’ tali -proposta tal- anqas siegħa qabel il-vot.
4. Il-President għandu jistabbilixxi l-ħin li fih għandu jsir tali dibattitu. B'kollox, il-ħin tad-dibattitu m'għandux jisboq is-60 minuta. Il-ħin għall-interventi għandu jiġi allokat lill-gruppi politiċi u lill-Membri mhux affiljati skont l-Artikolu 162(4) u (5).
5. Id-dibattitu għandu jiġi xolt mingħajr ma tiġi adottata riżoluzzjoni.