1. Meta t-test li għandu jitqiegħed għall-vot ikun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista' jinqasam f'żewġ partijiet jew iżjed li jkollhom tifsira distinta u/jew valur normattiv distint, tista' tintalab votazzjoni maqsuma minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx.
2. L-aktar tard, it-talba għandha ssir filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti. Il-President għandu jiddeċiedi fuq it-talba.