1. Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President tal-Parlament.
Meta jkun qed isejjaħ laqgħa, il-president għandu jressaq abbozz tal-aġenda. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni fuq l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa.
2. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jistgħu jitkellmu f'laqgħat tal-kumitati jekk ikunu mistiedna biex jagħmlu dan f'isem kumitat mill-president tiegħu.
B'deċiżjoni ta' kumitat, kwalunkwe persuna oħra tista' tkun mistiedna sabiex tattendi u titkellem f'xi laqgħa.
Il-kumitat responsabbli jista', bl-approvazzjoni tal-Bureau, jorganizza smigħ ta' esperti jekk jikkunsidra dan is-smigħ bħala essenzjali għat-tweetiq effettif tax-xogħol tiegħu fir-rigward ta' xi suġġett partikulari.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53(8) u għajr fejn il-kumitat jiddeċiedi mod ieħor, il-Membri li jattendu l-laqgħat ta' kumitati li huma ma jkunux jagħmlu parti minnhom, ma jistgħux jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet.
Huma jistgħu, madankollu, jingħataw permess mill-kumitat biex jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu f'kapaċità konsultattiva.
4. L-Artikolu 162(2) dwar l-allokazzjoni tal-ħin tad-diskors għandu japplika
mutatis mutandis għall-kumitati.
5. Meta jitfassal rapport verbatim, l-Artikolu 194(2), (3) u (5) għandu japplika
mutatis mutandis.